Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet tad-dritt... Malta se tgħaddi mill-istess xorti? Kieku għadna bis-sistema preċedenti kienet tkun inkwetanti għal Malta "Kienet tkun inkwetanti" saħaq l-Avukat Franco Debono meta mistoqsi x'kien se jkun l-impatt ta' din id-deċiżjoni fuq pajjiżna kieku seħħet qabel il-formazzjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal- Ġudikatura. Debono fakkar illi qabel ma ddaħlet fis-seħħ ir- riforma kostutizzjonali, il-membri tal-ġudikatura kienu jinħatru skont id-diskrezzjoni tal-Ministru. Mal-ILLUM, sostna li hu tal-fehma li, "kieku għadna nimxu mas-sistema preċedenti, kienet tkun ferm inkwetanti għall-kwistjoni tas-saltna tad-dritt f 'Malta." "Kull pajjiż jimxi bis-sistema tiegħu, id-differenza hi li hemm sistemi fejn l-eżekuttiv għandu aktar setgħa minn sistemi oħrajn. Fl-Istati Uniti, pereżempju, il-President jaħtar 'l-imħallfin. Naħseb li bis-sistema tagħna rnexxielna niksbu bilanċ tajjeb. Il-membri qed jiġu maħtura fuq parir tal-bord, fejn kull avukat jista' japplika. Madankollu rridu nżommu f 'moħħna li xi tip ta' poter tal-eżekuttiv fil-ħatriet irid jinżamm. Dan għaliex politiku hu finalment akkontabbli lejn l-elettorat u lejn il-Parlament. Għall-kuntrarju imħallef mhux. Ġudikant jiġi quddiem il-Parlament f 'każ estrem li jkun se jitneħħa", sostna Debono. Barra minn hekk, skont Debono, "li jkun hemm sistema indipendenti ta' ħatriet ġudizzjarji, mhux neċessarjament hi tajba. Waħda mill-fatturi li wasslet għall-kompożizzjoni tal-Kumitat kienet sabiex jonqos in-nepotiżmu u kandidati politikament preferenti. Minkejja dan, peress li Malta hu pajjiż ferm żgħir, li kieku jkollok bord magħmul minn ġudikaturi biss u li jkollhom is-setgħa li jaħtru, naħseb li xorta waħda jkollok problema ta' preferenzi", temm jgħid Debono. X'kien qal il-Prof Kevin Aquilina? Dawn ir-riformi joriġinaw mill-mozzjoni privata tad- deputat Franco Debono dwar 'Riformi Maġġuri fil- Ġustizzja u Intern' li saret fit-8 ta' Novembru 2011. Dawn il-proposti kienu mbagħad ifformaw s-sinsla tar-Rapport Bonello. Tul il-proċess ta' riċerka, Debono u t-tim tiegħu li kien jinkludi l-professur Kevin Aquilina għamlu riċerka intensiva fuq diversi sistemi ta' ħatriet ġudizzjarji madwar id-dinja. Skont korrispondenza li għandha l-ILLUM, din kienet l-opinjoni tal-professur Aquilina fuq is-sistema preżenti ta' Malta. "Id-diffikultà tas-sistema Maltija ta' ħatriet ġudizzjarji hija li din tiddependi ħafna fuq il-patiġjaniżmu politiku u mhux trasparenti. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet u m'hemm l-ebda kriterji ppubblikati li huma segwiti mill-Gvern meta jaħtar il-ġudikatura." "Sikwit il-membri tal-ġudikatura huma demoralizzati meta ma jkunux promossi għall-kariga ta' mħallef dan minkejja snin ta' servizz fuq il-bank. Ikun hemm l-istess sentiment meta s-senjorità ma tiġix irrispettata jew meta membru novell tal-professjoni jiġi maħtur minn imħallef fost avukati prattikanti." "Pajjiżi oħrajn li fil-passat użaw is-sistema Maltija ta' ħatriet ġudizzjarji, li wara kollox, hi bbażata fuq l-mudell qadim Ingliż, mxew 'il bogħod minn din is-sistema." "Fuq il-bażi ta' esperjenza barranija, jidher li anke f 'Malta għandna jkollna ħatriet ġudizzjarji magħmula mill-Prim Ministru wara l-parir tal-Bord tal-Ħatriet Ġudizzjarji jew permezz tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li diġà għandha funzjoni bħal din meta l-Gvern jiddeċiedi li jikkonsultaha." Finalment, il-Kumitat presedut minn Debono qabel li jadotta sistema simili tal-Iskozja. "it-13-il liġi adottata fuq perjodu ta' sentejn affettwaw l-istruttura sħiħa tas-sistema ġudizzjarja fil-Polonja, b'impatt fit-Tribunal Kostituzzjonali, Qorti Suprema, qrati ordinarji, Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura". It-tħassib tal-Kummissjoni jdur madwar ir-riforma fl-irtirar tal- imħallfin, li bih in-nisa għandhom jirtiraw fl-età ta'60 sena, filwaqt li l-imħallfin irġiel jistgħu jkomplu jaħdmu sa 65. Apparti minn hekk, kwistjonijiet oħra jiffukaw fuq is-setgħa mogħtija lill- Ministru tal-Ġustizzja biex itawwal il- mandat tal-imħallfin u li jistgħu jerġgħu jinfetħu s-sentenzi li jkunu ġew konklużi snin qabel. Is-sitwazzjoni tal-ħatra tal- membri tal-ġudikatura fil- Polonja Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura tal-Polonja (KRS) huwa parti integrali mill-kostituzzjoni Pollakka. Il-KRS hu responsabbli mill-għażla tal-imħallfin. Apparti minn hekk hu wkoll għandu responsabbilità li jżomm, l-istess membri tal-ġudikatura reponsabbli għal dmirijiethom. Il-KRS huwa magħmul minn 25 membru li skont il-liġi attwali, dawn huma l-ewwel President tal-Qorti Suprema, il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja Pollakk, membru ieħor magħżul mill-President Pollakk, erba' membri magħżula mill-kamra tad- deputati tal-Parlament Pollakk jiġifieri, is-Sejm. Żewġ membri magħżula mis-senat, u 15-il membru magħżula mill-imħallfin. Ir-riforma proposta mill- Gvern Pollakk, se tkun qed tibdel il-mod li bih jintgħażel dan l-aħħar grupp ta' membri tal-Lumitat. Skont il-liġi emendata l-membri mħallfin se jintgħażlu mis-Sejm. Il- President Duda ħareġ b'emenda biex il-membri mħallfin tal-KRS jintgħażlu minn 60% tad-delegati. Skont ir-regolamenti l-ġodda proposti mill-Gvern Pollakk, l-ewwel president tal-Qorti Suprema xorta se jinħatar mingħajr tibdil mill-arranġament attwali mill-kap tal-istat fuq talba tal- Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema. Madankollu, l-assemblea se jkollha tipproponi tliet kandidati għal din il- kariga, u mhux tnejn bħalissa. L-UE kemm tat żmien lill- Polonja biex tirratifika? Il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lill-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw il-problemi fi żmien tliet xhur. Il-Kummissjoni tat, diversi rakkomandazzjonijiet ta' azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Polonja biex tindirizza t-tħassib tagħha dwar is- sitwazzjoni preżenti fil-Polonja u l-bqija tal-Ewropa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017