Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-Polonja mċanfra dwar is-saltna tad-dritt... Din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea bdiet proċess dixxiplinarju kontra l-Polonja, wara riformi ġudizzjarji li implimenta l-Gvern Pollakk. Imma x'ġara eżatt? X'tista' tagħmel l-UE? U dan ħoloq preċedent għal pajjiżna? L-ILLUM analizzat u staqsiet NHAR l-Erbgħa li għadda, il- Kummissjoni Ewropea imponiet miżuri dixxiplinarji fil-konfront tal-Polonja, hekk kif inhu permess bl- Artikolu 7 tat-Trattat ta' Lisbona. Skont il-Kummissjoni Ewropea dan sar minħabba diversi riformi ġudizzjarji, li poġġew is-sistema tal-ġustizzja tal-pajjiż taħt il-kontroll politiku tal-maġġoranza li tmexxi. Fost dawn il-miżuri proposti jidher li waħda mill-aktar li dejqet lill-UE kienet dik li permezz tagħha, il-Parlament Pollakk se jkollu s-setgħa li jaħtar 15 minn 25 membru li jifformaw parti miIl-Kunsill Nazzjonali tal- Ġudikatura tal-Polonja (KRS). L-UE qed tara dan bħala theddida għall-imparzjalità tal-ġudikatura li hija waħda mill-aktar pilastri importanti tas- saltna tad-dritt. Din ma kinitx l-unika miżura illi dwarha l-Kummissjoni Ewropea (KE), iddeċediet li tieħu azzjoni fil-konfront ta' dan il-pajjiż. Filfatt, id-deċiżjonijiet tal-Partit fil-maġġoranza, il-partit 'Prawo i Sprawiedliwość' (PIS), sikwit kien ikkrittikat mill-UE fuq diversi riformi li dan għamel fosthom dawk fil-midja. Madankollu, b'ekonomija sejra tajjeb ferm, il-partit xorta waħda jibqa' popolari ferm mal-Pollakki kif juri stħarriġ li għamel BOS f 'Novembru li għadda. Dan juri kif l-appoġġ pubbliku għall-PIS żdied għal 47%, żieda ta' 3% mix-xahar ta' qabel. L-ILLUM tat ħarsa lejn x'inhu eżatt l-Artikolu 7 tat-Trattat ta' Lisbona, u kif dan se jħalli l-impatt tiegħu fuq il-Polonja, il-problema li għandha l-UE bil-ħatriet fil-ġudikatura hekk kif huma proposti li jinbidlu fil-Polonja, u jekk b'xi mod dan ser jaffettwa s-sistema lokali tagħna fejn il-membri tal-ġudikatura huma appuntati mill-Gvern taħt il-ħarsa tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal- Ġudikatura li kien stabbilit fl-2016. Xi jgħid Artikolu 7? L-Artikolu 7, magħruf aħjar bħala 'l-miżura nukleari', hija l-klawsola tal- piena tal-UE, li bih tiddixxiplina l-Istati Membri meta jkun hemm "riskju ċar ta' ksur serju'' tal-prinċipji ċentrali tal- blokk. Sa qabel nhar l-Erbgħa, dan qatt ma kien ġie attivat. Kif jaħdem? Sabiex jiskatta l-proċess għall- Artikolu 7, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea jew terz tal- Pajjiżi Membri jridu jressqu proposta. Fil-każ tal-Polonja, il-Kummissjoni Ewropea kienet hi li għamlet dan. Il-Kunsill Ewropew, bil-kunsens tal- Parlament Ewropew, imbagħad jasal għal deċiżjoni li trid tinkludi erbgħa minn kull ħamsa tal-maġġoranza fil- Parlament. Ladarba din tiġi adottata, il-miżuri dixxiplinarji għandhom żewġ forom, dak ta' mekkaniżmu preventiv u dak ta' mekkaniżmu ta' sanzjonar. Il-miżuri dixxiplinarji imposti fuq il-Polonja nhar l-Erbgħa, kienu forma ta' mekkaniżmu preventiv, jiġifieri twissija formali lill-pajjiż akkużat li jikser id- drittijiet fundamentali. Jekk dan l-avviż formali jibqa' ma jiksibx ir-riżultati meħtieġa, mekkaniżmu ta' sanzjonar jista' jintuża biex jimponi sanzjonijiet u jissospendi d-drittijiet tal-vot tal-Polonja fl-UE. Għaliex ġie attivat fil-konfront tal-Polonja? Il-Polonja qed tkun ippenalizzata minħabba sensiela ta' riformi fil- ġudikatura li skont il-Kummissjoni Ewropea "kkompromettew l-indipendenza tal-ġudikatura." Skont il-Kummissjoni Ewropea Sitwazzjoni simili f 'Malta ? Fid-dikjarazzjoni tagħha ta' nhar l-Erbgħa, il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet is-saltna tad-dritt bħala "wieħed mill- valuri komuni li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea". Hi żiedet tgħid li ksur tas-saltna tad-dritt f 'pajjiż membru jkollu effett negattiv fuq l-Unjoni kollha. Waħda mill-'bozoz ħomor' li qanqlet tħassib mal- Kummissjoni Ewropea kienet is-setgħa li l-President Pollakki għandu biex jaħtar il-maġistrati. Kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu fejn tidħol ħatra fil-ġudikatura, għaldaqstant il-ħatriet ta' ġudikaturi f 'Malta kemm fiż-żmien ta' amministrazzjoni Laburista kif ukoll taħt Gvern Nazzjonalista, sikwit kienu kkritikati minħabba li l-individwi magħżula jkunu 'politikament favoriti'. L-ILLUM tkellmet mal-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; Owen Bonnici u staqsietu jekk is-sistema tal-ħatra tal-ġudikatura f 'pajjiżna hix l-istess bħal dik preżenti fil-Polonja. Bonnici kien pront biex jagħmilha ċara li, "meta aħna (Malta) dħalna fl-EU, is-sistema preżenti tagħna kienet ġiet skrutinizzata u għalhekk kien hemm kollox konformi mal-UE." Il-Ministru kompla jispjega d-differenza bejn iż-żewġ sistemi, "sentejn ilu aħna daħħalna fis-seħħ riforma pożittiva li kienet milqugħa miż-żewġ naħat tal-Kamra. Biddilna s-sistema ta' ħatra fejn avukat m'għandux għalfejn imur għand il- Ministru biex jiġi maħtur jew ikun kandidat għall-bank tal-ġudikatura. Bir-riformi li ddaħħlu, kull avukat jista' japplika għall-kariga, din l-applikazzjoni tiġi skrutinizzata mill-Kumitat." Il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, hu kompost mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra tal-Avukati. Dan il-Kumitat jimxi ma' għaxar kriterji li kandidat għall- bank tal-Ġudikatura għandu jissodisfa; fosthom in-numru ta' snin ta' prattika tal-professjoni ta' avukat f 'Malta, integrità, rettezza u onestà fil-ħajja pubblika u privata, bżulija u kapaċità ta' ħidma taħt pressjoni ta' xogħol, diliġenza, kapaċità analitika u li tiddeċiedi, imparzjalità u indipendenza. Bonnici qal li dan il-Kumitat "huwa l-ewwel tat-tip tiegħu, li kien ukoll parti mir-riformi fil-Kostituzzjoni ta' Malta biex, fost oħrajn, tbiddel u ġie mtejjeb il-metodu tal-ħatra ta' maġistrati u mħallfin."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017