Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 MINKEJJA d-daqs tagħha, Malta għandha patrimonju mużikali ddokumentat li jmur lura sew fiż-żmien. Il-mużika sagra u dik profana minn dejjem kienet taffaxxina lil ħafna nies tas-soċjetà Maltija. Fost numru ta' mużiċisti Maltin li għamlu isem lil pajjiżna f 'dan il-qasam insibu dawk ġejjin mill-familja Beltija – Nani. Fil-fatt, Angelo Nani kien l-ewwel membru tal- familja Nani li stabbilixxa ruħu ġewwa Malta wara li telaq minn Venezja fl-1766. Angelo kien ta' dixxendenza nobbli Venezjana u vjolinist mill-aqwa. Ġie Malta biex jieħu sehem f 'kunċert u fil-fatt kien impressjona sew lill-Gran Mastru Pinto tant li kkonvinċieh jibqa' f 'pajjiżna u jaħdem ta' vjolinist mal-Ordni ta' San Ġwann. Emanuele Nani, iben Angelo, segwa l-passi ta' missieru. Kien kompożitur imfittex fi żmienu u vjolinist imsemmi bħal missieru. Tant għamel suċċess fl-Italja, li Emanuele Nani sar magħruf bħala 'Nani Divino' jew 'L'illustre Nani'. Però kien Dottor Paolo Nani li baqa' magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas- seklu dsatax. Twieled il-Belt Valletta fit-18 ta' Novembru 1814, minn Dott. Giuseppe u Caterina née Recau. Angelo Nani kien jiġi nannuh. Sa minn ċkunitu ġie indirizzat lejn il-linja ta' avukat bħal missieru u fil- fatt iggradwa bħala Duttur tal-Liġi Ċivili fl-Università ta' Malta fl-1832 meta kellu biss 18-il sena. Dan ma naqqas xejn mill-passjoni li kellu lejn il-mużika. Fl-1834 iżżewweġ lil Maddalena née Cuschieri. Kellhom żewġt itfal, fosthom Anton, li l-quddiem ukoll kiseb fama bħala kompożitur ta' kalibru u suċċessur ta' missieru fit- tmexxija tal-Cappella Nani. Studja l-mużika ma' Dun Giuseppe Burlò (1772-1856) u Emanuele Muscat (1790- 1837) f 'Malta, u wara, fl-1833 mar ikompli l-istudji tiegħu fil-Konservatorju San Pietro a Majella f 'Napli taħt il-gwida ta' wħud mill-aqwa mużiċisti Taljani ta' dak iż- żmien: fosthom, Nicola Antonio Zingarelli (1752- 1837), Giovanni Furno u Francesco Ruggi (1767- 1845). Jingħad li waqt li kien Napli, Nani kellu ħbiberija mal-kompożitur operistiku illustri Gaetano Donizetti (1797- 1848) u li dan kellu impressjoni tajba ħafna tax-xogħlijiet ta' Nani. Meta rritorna Malta fl-1839 fl-età ta' 25 sena, Nani waqqaf il-Cappella di Musica tiegħu biex permezz tagħha jagħti servizz waqt il-liturġija fil-knejjes Maltin. Għaqqad orkestra minn mużiċisti li kienu ingaġġati fit-Teatru Manoel, u beda jikteb il-mużika liturġika li kellu bżonn. Kien sewwa sew f 'dan iż-żmien li huwa ġie inkarigat bis-servizzi mużikali fil-Bażilika tal- Patrijiet Karmelitani u fil-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu – it-tnejn fil-Belt Valletta. Dan huwa meqjus bħala l-bidu ta' fenomenu ġdid fil-mużika sagra Maltija. Fl-epoka Romantika żviluppat prattika mużikali kemxejn partikolari f 'Malta fejn ftit kien baqa' distinzjoni stilistika bejn il-mużika sagra u dik profana. Ġurnali ta' dak iż- żmien jiddefinixxu l-mużika ta' Nani hekk: 'The cappella became extremely popular; with a cult following that verged on hysteria.' Paolo Nani kien katalist ta' dan l-istil ġdid f 'pajjiżna. Il-formazzjoni akkademika tiegħu fid-dinja operistika ta' Napli żgur kellha impatt fuqu u wasslitu biex ikollu parti daqshekk importanti fl-iżvilupp ta' ġeneru li żewweġ il- mużika liturġika mal-opra. Il-mużika ta' Nani hija deskritta bħala mużika li hija rikka fil-melodija kif ukoll fl-orkestrazzjoni, speċjalment fejn jidħlu l-istrumenti tar-ram. Il-fattur illi iddistingwa l-mużika ta' Paolo Nani minn dik ta' kompożituri Maltin oħra stabbiliti huwa l-użu liberali tiegħu tal-istrumenti tar-ramm – strumenti li qabel kellhom użu limitat ħafna fil-mużika liturġika. Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż- żminijet tal- kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f 'Malta tas-seklu dsatax servew bħala l-bieb li minnu l-opra daħlet fil- knejjes tagħna. Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta' ħafna knejjes Maltin. Sorsi dokumentati jgħidulna li fl-aqwa tagħha, Valletta CLIFFORD GALEA Nani – Il-familja ta' mużiċisti fuqu u wasslitu biex Il-fattur illi iddistingwa l-mużika ta' Paolo Nani minn dik ta' kompożituri Maltin oħra stabbiliti huwa l-użu liberali tiegħu tal-istrumenti tar-ramm – strumenti li qabel kellhom użu limitat ħafna fil-mużika liturġika. Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż- żminijet tal- kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f 'Malta tas-seklu dsatax servew bħala l-bieb li minnu l-opra daħlet fil- knejjes tagħna. Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta' ħafna knejjes Maltin. Sorsi dokumentati jgħidulna li fl-aqwa tagħha,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018