Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Sports 25 minn Cristian Antony Muscat Senglea A .................... 2 St Andrews .................. 1 SENGLEA Athletic, kisbu rebħa meritata u importanti ta' 2-1 kontra St Andrews. Kienu s-Sengleani li fetħu l-iskor wara biss tliet minuti meta Ivan Paz indirizza freekick pingut lejn Matias Garzia li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Is-Sengleani komplew jattakkaw u ħames minuti wara xutt mid-distanza ta' Brago Gregori ġie salvat tajjeb mill- goalkeeper ta' St Andrews, Matthew Calleja Cremona. Fl-24 minuta, is-Sengleani, kellhom ċans tad-deheb li jirdoppjaw l-iskor meta Terence Vella pprova jillobja l-ballun minn pożizzjoni angulata minn ġol-kaxxa bil-ballun iżda jistampa mal- mimduda qabel ma d-difiża tas-Saints ikklerjat il-ballun. Kulma jmur il-ħin, iktar beda jidher team wieħed fil-ground jiġifieri Senglea Athletic, u fis-36 minuta reġgħu kienu perikolużi meta wara li rċieva minn corner, Terence Vella ra x-xutt mill-viċin tiegħu jiġi salvat minn Matthew Calleja Cremona. Is-Saints ħarġu iktar aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit-48 minuta, il-captain Joseph Farrugia indirizza freekick lejn Tano Azian li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata minn Matthew Farrugia. St Andrews ġabu l-iskor meta fit-78 minuta Tano Azian għadda tajjeb lejn Joseph Farrugia li permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol- kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. Madankollu, huma ftit li xejn dau jifirħu hekk kif fit- 82 minuta, Senglea Athletic skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta' freekick dirett mill-isbaħ ta' Ivan Paz li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Calleja Cremona. Is-Sengleani setgħu faċilment għamluhom tlieta fil-ħin miżjud meta Terence Vella ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jistampa mal- wieqfa. Senglea A. Farrugia, Vella, Bondin, Uyi, Leyton, Garzia, Vella (Bonnici 74'), Paz, Vella, Caseres (Sammut 77'), Gregori (Volpini 86') St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Azian, Grima (Atkinson 65'), Farrugia, Vandelannoite, Gauci, Walker (Blagrove 56'), Jackson, Reid Referi Sandro Spiteri SPORTSillum Ritratt - Christine Borg IVAN PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl tar-rebħa għas-Sengleani permezz ta' freekick mill-isbaħ. F'din il-partita, kien qed jilgħab propju kontra l-eks tim tiegħu. Senglea A. jiksbu rebħa importanti kontra St Andrews Ritratt - Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Lija A ..............................0 Balzan ............................3 BALZAN għelbu lil Lija Athletic mingħajr tbatija bl- iskor ta' 3-0. Kienu l-Balzanin li ħolqu l-ewwel periklu meta fir-raba' minuta freekick minn Carlos Eduardo De Fiori Mendes ra lill-goalkeeper ta' Lija Athletic, Bonnici, idawwar tajjeb f 'korner. Lija Athletic wieġbu wara kwarta logħob permezz ta' xutt mid-distanza ta' Erjon Beu li kien miżmum b'faċilita minn Mintoff. Fl-24 minuta Balzan insidjużi hekk kif minn kross ta' Alves il-gowlkeeper Bonnici waqqa l-ballun f 'saqajn Siraj fejn dan minn naħa tiegħu lagħab il-ballun lura lejn Lepovic li iżda kkonkluda barra. Reazzjoni mmedjata minn Lija li fuq kross ta' Schembri kien Beu li bit-takkuna kkonkluda ftit barra.Balzan bdew issa jżidu l-pressjoni fejn fit-28 minuta fuq kross ta' Alves kien Siraj li bir-ras impenja lil Bonnici. Balzan fetħu l-iskor fil-31 minuta meta Ousmane Sidibe kklerja l-ballun li ħabat ma' Alfred Effiong bl-attakkant Niġerjan naturalizzat Malti, isegwi u javvanza waħdu biex poġġa l-ballun wara l-goalkeeper Bonnici. Balzan komplew jattakkaw u mumenti wara, Siraj Eddin Arab, niżżel il-ballun fil-kaxxa lejn Uros Ljubomirac iżda Ousmane Sidibe antiċipa u kklerja. Fil-51 minuta kontrattakk ta' Balzan b'De Fiori Mendes iġib lil Da Paixao Alves waħdu iżda l-goalkeeper ta' Lija Bonnici dawwar b'saqajh f 'corner. Mas-siegħa logħob Clinch waqqa lil Alex Da Paixao Alves fil-kaxxa bir-referi Darryl Agius jordna penalty biex mill-ħdax il-metru kien Carlos Eduardo De Fiori Mendes li kkonverta. Balzan skorjaw it-tielet gowl biex issiġillaw ir-rebħa fil-71 minuta b'azzjoni personali ta' Siraj Eddin Arab li b'xutt fil-baxx tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Lija A. Bonnici, Clinch (Agius 81'), Borg, Scerri, Schembri, Sammut, Hysa (Kooh Sohna 53'), Sidibe, Hirose, Beu, Sammut (Borg 75') Balzan Mintoff, Ljubomirac, Effiong (Zerafa 76'), Ascroft, Giglio de Oliveira, Bozovic, Lepovic (Brincat 73'), Arab Eddin, Da Paixao Alves, Grioli (Attard 86'), Eduardo de Fiori Mendes Referi Darryl Agius Balzan jegħlbu lil Lija Athletic mingħajr tbatija ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill- aqwa ma' Balzan. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Tarxien Rainbows fis-sajf li għadda. Dwell għall-balun bejn plejer ta' St Andrews u ieħor ta' Senglea Athletic Konfront għall-ballun bejn il-captain ta' Lija Athletic u plejer ta' Balzan Ritratt - Christine Borg Ritratt - www.balzanfc1937.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018