Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet li baxxieh u dak li jista' jkissru oħrajn, kienu se jemmnu li din il-kumpanija hija ta' Michelle Muscat u li martu kienet qed tirċievi eluf kbar mill- Ażerbajġan. Il-fatt li din l-allegazzjoni ħadmet favur Muscat mhux kontrih, ma jfissirx illi ma kienx u m'għadux qed jirriskja r-reputazzjoni tiegħu u dik tal- Partit Laburista miegħu. Wieħed ma jistax iħares lejn il-kwistjoni Egrant u kull inkwiet serju li kellu f 'dan l-aħħar xhur u snin mingħajr ma jallaċċjahom ma' kwistjoni waħda: Il-Panama. Fil-fatt il-Panama Papers u l-fatt li tnejn minn nies qrib tiegħu ferm instab li kellhom kontijiet fil-Panama, ġurisdizzjoni li għal żmien twil kienet f 'kull lista sewda u marbuta intrinsikament mal- evażjoni tat-taxxa, hija l-għerq ta' kull problema li kellu, għandu u se jibqa' jkollu Gvern immexxi minn Joseph Muscat. U għalfejn? Egrant – Il-famuża kumpanija fil-Panama kienet l-akbar skussjatura li qala' Gvern Laburista u Joseph Muscat. Lil hinn min- numri u l-elezzjonijiet, din l-allegazzjoni ppubblikata minn Daphne Caruana Galizia kienet serja, dannuża ħafna u ħolqot klima politika kerha fil-pajjiż hekk kif kulħadd fil- pajjiż beda jistaqsi jekk Muscat hux vera fetaħ kumpanija, biex jitfa' flejjes minn kuntratti li sal-lum għadhom qed isiru mistoqsijiet dwarhom. Fil-verità l-allegazzjoni ta' Egrant, ressqet lill-pajjiż lejn sitwazzjoni politika insostenibbli u kellha tissejjaħ elezzjoni. VGH – Il-kwistjoni tal- kuntratt mal-Vitals Global Health li bħalissa qed tiddomina x-xena politika qed tagħmel ħsara lill-immaġini ta' Muscat (jekk hux ftit jew ħafna huwa dibattibbli; imma l-aħħar stħarriġ tal-Mediatoday juri tnaqqis ta' 9.4% fil-fiduċja f 'Muscat). L-akbar ħsara tista' qed issir għax anke hawn, għal darb'oħra qed naraw li 30% ta' din il-kumpanija li biegħet il-konċessjoni ma nafux ta' min hi. Nafu biss li l-kumpanija 'holding' tal-VGH, jiġifieri l-kumpanija li tikkontrolla lill-VGH, għandha indirizz fil-British Virgin Islands, post ieħor sinonimu mal-evażjoni tat-taxxa. Il-Ministru li ffirma dan il-ftehim kien Konrad Mizzi, il-Ministru li fetaħ kumpanija fil-Panama. Anke jekk mhux ġust jew fondat, il-mistoqsija dwar jekk hemmx rabta bejn din il-Kumpanija (issa magħluqa) u kuntratt bħal dan, magħluq f 'livelli straordinarji ta' segretezza, jibqgħu leġittimi u jibqgħu jagħmlu l-ħsara lill- Gvern. Kompliċità: Dawk li jridu akkost ta' kollox jimplikaw lil Muscat f 'kompliċità mal- Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, anke jekk mhux qed jirnexxilhom jgħaqqdu t-trufijiet kollha, sabuha ferm faċli biex jimplikaw dan b'argumenti leġittimi, għalkemm mhux neċessarjament popolari. L-argument huwa li ladarba Muscat ma neħħiex lil Mizzi u Schembri meta dawn inqabad li għandhom kontijiet fil-Panama, sinjal li kompliċi. Anke jekk naqblu li argument bħal dan huwa mibni fuq konġettura, il-fatt li Muscat ma neħħiex lil Mizzi, imma neħħa lill-eks Ministru Manuel Mallia u anke lil Michael Falzon qabel, ikebbes ix-xrar tal-argument. Għalfejn lil dawk iva u lil dan le? Dan ikompli jiggrava meta persuni oħrajn, anke jekk biss implikati f 'allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus li għad iridu jkunu ppruvati vera jew foloz, ingħataw pożizzjonijiet f 'diversi bordijiet. Il-kwistjoni Egrant kien l-akbar attentat li ssammar il-kompliċità ma' Muscat u l-eżitu tal-inkjesta dwar l-allegazzjoni se jilgħab ħafna fuq kif se jsir il-ġudizzju finali fuq l-allegazzjoni ta' kompliċità. Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia Daphne Caruana Galizia kienet avversarju akbar għal Muscat u l-Partit Laburista milli qatt seta' jkun il-Partit Nazzjonalista. Ħarxa, klassista u kważi tipperpetwa mibgħeda lejn il-Laburisti minn naħa u s-sors tal-aktar stejjer li mbarazzaw u heżżu lill-Partit Laburista mill-fundamenti tiegħu. Kienet is-sors tal- Panama, u allura l-għerq ta' kull problema tal-Gvern ta' Muscat, s-sors tal-allegazzjoni 'Egrant' u s-sors ta' bosta stejjer oħrajn, fosthom dwar il-VGH u l-istruttura wara l-kumpanija. Il-qtil makabru tagħha huwa dannuż ħafna għall-Gvern li jmexxi Muscat fuq diversi fronti. L-ewwel; Minkejja l-fattur taż-żmien li ma jista' jinbidel qatt. Jiġifieri li dan il-qtil seħħ meta Joseph Muscat kien Prim Ministru u allura huwa tebgħa fuqu u fuq l-awtorijitajiet li suppost kienu qed jipproteġu persuna kontroversjali, taħraq u li kienet kontinwament qed tkun mhedda b'ħajjitha. Isir xi jsir, qtil bħal dan se jibqa' jissemma. Se jinkiteb fl-istorja u se jkun parti mill- ħafna avvenimenti oħrajn li ġraw taħt Gvern Laburista It-tieni: L-istampa li tpinġiet ta' pajjiżna kienet waħda dannuża ħafna. L-aħbar inxterdet bħal-leħħa ta' berqa fl-Ewropa, l-Istati Uniti u kullimkien u f 'daqqa waħda isem pajjiżna spiċċa kullimkien assoċjat ma' qtil ta' ġurnalista. Il-ħsara lill-isem u l-immaġini ta' Malta kienet konsiderevoli u tat il-munizzjoni biex saru attakki kontra s-settur finanzjarju ta' pajjiżna, fost l-oħrajn. It-tielet; Għalkemm Caruana Galizia kkritikat bil-qawwi lil Adrian Delia wkoll, l-antipatija tagħha kontra Muscat, fissret illi wieħed mis-suspettati jibqa' dejjem xi ħadd qrib/fil-/ parti mill-Partit jew il-Gvern Laburista. Naturalment suspett huwa proprju dak u allura m'hemm xejn li huwa fil-konkret. Imma s-suspett jaf ikisser daqs il-fatt, u dan kull politiku jafu sew. L-akbar tkabbir ekonomiku... Jibqa' fatt u kważi, kważi l-aktar fatt importanti li wassal għas-suċċessi ta' Muscat, illi dan mexxa Gvern f 'dak li jista' faċilment ikun ikkunsidrat bħala l-aktar perjodu illi fih Malta rat tkabbir ekonomiku fl-aħħar 20 sena. Matul is-snin li Muscat ilu jmexxi bħala Prim Ministru diversi setturi imma speċjalment dawk relatati mal-kostruzzjoni, proprjetà, turiżmu, negozji (SMEs) u investiment raw tkabbir qawwi. Il-pajjiż qed jesperjenza perjodu ta' żmien illi fih l-ottimiżmu ekonomiku huwa għoli u pajjiżna qed jesperjenza prattikament full employment. L-inqas rati ta' qgħad u fost l-għola rati ta' nies f 'impjieg. Is-settur privat jinsab għaddej minn żmien vibranti ħafna u hawn sensazzjoni illi bħalissa huwa l-aħjar żmien biex tinvesti. Dan ma jfissirx li m'hawnx setturi ta' nies li mhumiex sejrin tajjeb, imma Muscat irnexxielu joħloq sens ta' ottimiżmu qawwi. U dan għamlu kemm b'miżuri li ħa hu (child care, first time buyers, żieda fil-pensjonijiet, benefiċċji biex nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol...) minħabba xogħol li sab lest (settur tas-servizzi finanzjarji, Fondi Ewropej, farmaċewtika, proġetti...) u anke b'dik in- naqra ta' xorti tajba (bosta ekonomiji fl-Ewropa bdew jirpiljaw f 'dawn l-aħħar snin...) Minkejja bidliet fil-qasam tad-drittijiet ċivili u numru ta' bidliet fil-liġi, kien proprju dan is-sentiment ekonomiku li rebaħ bil-kbir fuq l-għajta tal-Koalizzjoni Kontra l-Korruzzjoni fl-2017 u preżenta lil Muscat b'rebħa kbira oħra. U l-futur? Dak suġġett ta' analiżi ieħor. Imma jekk hemm suġġett illi fih il-passat mhux dejjem huwa garanzija tal-futur huwa propju x-xorti politika u kif din taf tinbidel. S'issa, minkejja kollox Muscat, jidher li għadu popolari ħafna u dak li jitlef jirnexxielu li jiksbu f 'politika ta' kompromessi ma' setturi differenti tal-poplu, ħafna minnhom voċiferi, effettivi u/jew b'saħħithom finanzjarjament. Daphne Caruana Galizia; L-akbar avversarju ta' Muscat f 'ħajjitha u f 'mewtha wkoll Parti mill-bidla fid-dehra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018