Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
illum Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 Sports 26 Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. minn Cristian Antony Muscat Gżira U ..................... 0 Floriana ................... 0 F'LOGĦBA li fiha rrenja bilanċ assolut, Gzira United u Floriana temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Floriana ħarġu ferm aggressivi u wara biss żewġ minuti l-captain Steve Pisani kellu xutt mid- distanza li għadda għoli. Il-Greens komplew jattakkaw u wara kwarta, Steve Pisani, indirizza kross sabiħ lejn l-Arġentin Sebastian Nayar li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill- viċin tintemm għoli. Gzira United wieġbu fil-35 minuta permezz ta' xutt fil-baxx mid-distanza ta' Andrew Cohen li ntemm għoli. Huma komplew juru l-aħjar logħob u tliet minuti biss wara, freekick insidjuż tal-istess Andrew Cohen ġie mdawwar f 'korner mill-goalkeeper Niġerjan ta' Floriana, Ini Etim Akpan. Kien biss fis-56 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-tieni taqsima, bi Floriana jkunu huma li joħolqu l-periklu, permezz ta' freekick ċentrali ta' Sebastian Nayar li iżda ġie salvat minn Justin Haber mingħajr diffkultà. Il-Maroons wieġbu fl- 64 minuta meta Ndubisi Emmanuel Okoye qabad lil Ini Etim Akpan barra minn postu u ttanta xortih permezz ta' xutt minn distanza konsiderevoli iżda l-ballun intemm għoli. Fis-77 minuta, il-plejer żagħżugħ ta' Gzira United, Nikolai Muscat, kellu tentattiv minn freekick mxellef f 'korner minn difensur ta' Floriana. Il-Gżirjani komplew jattakkaw u 10 minuti wara Amadou Samb avvanza tajjeb fil-kaxxa, qabel ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Ini Etim Akpan. Gżira U. Haber, Briffa, Gatt Baldacchino, Mambouana, Thackray, Avila Perez (Garba 72'), Bilbao Zarate (Muscat 66'), 10 - Andrew Cohen (11 - Juan Corbolan 89'), 8 - Zack Scerri, 77 - Amadou Samb, 31 - Ndubisi Emmanuel Okoye Coach: Darren Abdilla Floriana Akpan, Nayar, Pepe, S. Pisani, Cabral, J. Pisani, Paolucci (Grima 75'), Cini, Oyama, Fontanella, Marcelina Referi Trustin Farrugia Cann Ritratt - Christine Borg ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ingħaqad ma' Gzira United fil-passat riċenti wara karriera twila ma' Hibernians. Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Ritratt - Christine Borg Bilanċ assolut bejn Gżira United u Floriana minn Cristian Antony Muscat Sliema W .................. 1 Tarxien R .................. 1 SLIEMA Wanderers u Tarxien Rainbows temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu fil-21 minuta Wellington Viera xeħet kross lejn Samba Tounkara bix-xutt tiegħu jgħaddi barra. Il-wanderers wieġbu ħames minuti wara u fetħu l-iskor meta Frank Temille għadda tajjeb lejn Nikolae Milinceanu li dar tajjeb mal-goalkeeper Andrea Cassar bix-xutt angulat tiegħu jintemm fix- xibka. Iżda fid-29 minuta, Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs meta xutt ta' Gabriel Aquiilina ġie salvat parzjalment minn Cotticelli, bil-ballun jerġa jasal għand Aquilina li għeleb għal kollox lill- goalkeeper Taljan tal- Wanderers. Sliema Wanderers wieġbu fit-32 minuta meta minn kross ta' Riccardo Silva Faria, il-ballun deher imiss id John Mintoff biex ir-referi Ishamael Barbara ordna penalty, li minnu l-istess Faria nkariga ruħu mill-penalty, iżda mill- ħdax-il metru, huwa falla hekk kif ra lil Cotticelli jdawwar f 'korner. Fit-63 minuta, freekick ta' Riccardo Correa għall- Wanderers ħabat mal- wieqfa, biex tliet minuti biss wara, hekk kif irċieva minn freekick ieħor ta' Correa, għola tajjeb Kurt Shaw li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin jaħbat mal-minduda, bil- ballun jibqa' sejjer barra. Sliema W. Cotticelli, Amehi (Spiteri 80'), Muchardi, Temile, Milinceanu, Agius (Sansone 80'), Pearson, Xuereb (Qeros 60'), Calixto Correa Duarte, Mintoff, Shaw Tarxien R. Cassar, Radovanovic, Baker, Gabriel Aquilina, Andrew Agius (88' Matthew Spiteri), Grech, Scicluna, Tounkara, De Oliveira Viera (Dieye 82'), Calin, Silva Faria Referi Ishmael Barbara ANTONIO COTTICELLI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Iddebutta ma' Sliema Wanderers propju f'din il-partita. Ingħaqad mal- Wanderers mingħand Benevento fil-ġimgħat li għaddew. Mario Fonta- nella segwit minn plejer ta' Gzira United Azzjoni mill-konfront bejn Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows Ritratt - Dominic Borg L-ebda rebbieħ bejn Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows