Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Intervista 13 l-obbligu tal-istat mhux tal-privat' f 'pajjiżna." Dan l-argument filfatt huwa eku ta' artiklu ieħor li kien ippubblikat fuq il-gazzetta ILLUM dwar dan is-suġġett. Fil-fatt nhar il-Ħadd 15 ta' Ottubru din il-gazzetta rrappurtat kif ħafna ħaddiema fil-gaming qed ikunu sfurzati jfittxu kirjiet irħas f 'lokalitajiet lil hinn minn fejn qed jgħixu llum. Dan speċjalment fost dawk il-ħaddiema li jaqilgħu pagi ikkunsidrati baxxi u medji f 'dan il-qasam u li qed jgħixu f 'kirjiet li jibdew minn madwar €750 u jibqgħu telgħin sa €1,300 fix-xahar. Dan kienu kkonfermawh mal-ILLUM diversi ħaddiema f 'dan is-settur. 'L-akkomodazzjoni soċjali xogħol il-Gvern mhux il- privat...' Il-Partit Demokratiku ħareġ bi propsta li kull min jibni 10 sulari jew iktar ghandu jkun jew intaxxat, bil-ħlas imur għall-akkomodazzjoni soċjali jew inkella parti mill- istess binja (jekk tkun binja residenzjali) tmur għall- akkomodazzjoni soċjali. Galdes ma jaqbilx ma' dan u jinsisti li l-privat m'għandux jissussidja l-akkomodazzjoni soċjali, "għax huwa dmir u l-obbligu tal-istat. Għalhekk qed naħdmu biex ikollna ekonomija b'saħħitha. Biex ikollna l-finanzi biżżejjed biex nibnu akkmodazzjoni soċjali." Infakkru kif il-Partit Laburista huwa ħafna drabi akkużat illi kemm ilu fil-Gvern, jiġifieri ħames snin għadu ma beniex appartament wieħed. Galdes pront ifakkar li din l-kritika mhix ġusta għaliex fil-fatt il-Gvern beda x-xogħol fuq madwar 680 appartament madwar il-pajjiż u bħalissa għaddej il-proċess għall-finanzjament ta' 500 appartament ieħor. "Taf kemm ilhom ma jinbnew appartamenti għall- kiri għal dawk li mhuma se jifilħu qatt illi jkunu sidien ta' darhom? 20 sena... illum imma għandna Gvern xellugi u soċjali li għall-ewwel darba qed jibni akkomodazzjoni soċjali lil min ma jiflaħx iħallas. Nistaqsih meta se jibda x-xogħol fuq l-akbar proġett ta' housing mill-proġett kollu madwar il-pajjiż u li se jiswa €50 miljun, jiġifieri l-proġett ta' qasam tad-djar f 'Ħal Farruġ. Galdes jgħid li bħalissa qed ikunu evalwati t-tenders u wara li jgħaddi dan il-proċess jibda x-xogħol. Naturalment ifakkar kif f 'postijiet bħal Bormla hemm iktar tul ta' żmien sakemm jgħaddu minn proċessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba bini ta' wirt storiku. 'Kieku l-ġenituri tiegħi ma gawdewx mill-benefiċċji tal- Gvern ta' Mintoff...' "Fi żmien is-sena, is- sentejn u t-tlieta li ġejjin se ngawdu mill-frott ta' dak li qed nagħmlu llum. L-investiment li qed nagħmlu qed nagħmluh l-aktar għat- tfal ta' dawn il-familji, biex ikun garantit li jkollhom saqaf fuq rashom. Jekk ma nagħmlux dan ikollna nies li jispiċċaw f 'ċirku vizzjuż "Nieħu minni u minn ommi u missieri. Kienu bbenefikaw mill-għajnuna tal-Gvern ta' Mintoff biex isiru sidien ta' darhom. Kieku ma kienx hekk kieku forsi lanqas kien ikollhom biżżejjed biex jibagħtuni nieħu edukazzjoni u ma wasaltx fejn wasalt f 'ħajti," jgħid id-Deputat minn Ħal Qormi f 'anedottu dwar ħajtu li jallaċċja tajjeb mal-argument tiegħu fl- intervista bħalissa. Huwa jfakkar kif hemm madwar 3,200 persuna tistenna u se tingħata skont min ilu jistenna u l-aktar każi li jkunu gravi. L-MDA: L-idejn fuq it-tmun tal-White Paper? Resqin lejn tmiem din l-intervista u nistaqsi kemm qed tilgħab parti importanti l-Malta Developers Association (MDA) fid- diskussjoni dwar il-kirjiet L-MDA; kemm qed jilagħbu parti importanti fid-diskussjoni u kemm qed għamlu parametri f 'din l-istess diskussjoni li għaddejja bħalissa? "Jiena min-naħa tiegħi ltqajt ma' kulħadd, inkluż mal-MDA, naturalment għax huma stakeholders. Wiżinna dak kollu li qalilna kulħadd. Issa meta ġejna biex niddeċiedu ma konna preġudikati favur jew kontra ħadd, smajna lil kulħadd u qisna lil kulħadd." U meta se tkun ippubblikata l-White Paper? "Fiż-żmien li ġej" iwieġeb Galdes. Imma se nkunu qed niddiskutu din il-White Paper matul l-2018 jew le? "Persważ li iva" Se jkollok l-appoġġ tal- kabinett kollu? "Il-proposti li qed naħdmu fuqhom huma fil-fatt parti mill-manifest Laburista tal-aħħar elezzjoni ġenerali. "Nassigurak li meta taqraha u tara riċerka, konvint li din il-White Paper tista' tagħti direzzjoni tajba," itemm jgħid is-Segretarju Parlamentari ma' din il-gazzetta. Naturalment dawk li qed ibatu jridu l-għajnuna issa, imma l-affarijiet jieħdu ż-żmien. Din il- gazzetta u ċerti li bosta organizzazjonijiet u għaqdiet se jkunu attenti biex jaraw kif il-White Paper se tbiddel il-ħajja taċ-ċittadin li jinsab imsallab bejn l-ispejjeż biex jgħix u l-kirja li dejjem togħla. Nistennew u naraw. Biss għall-ġid tal-vera batut u ta' dak li l-forzi tas-suq insew, nisperaw li ma jkollniex għalfejn nistennew wisq. Taf kemm ilhom ma jinbnew appartamenti għall-kiri għal dawk li mhuma se jilħu qatt illi jkunu sidien ta' darhom? 20 sena...illum imma għandna Gvern xellugi u soċjali " Ommi u missieri kienu bbenekaw mill-għajnuna tal- Gvern ta' Minto biex isiru sidien ta' darhom. Kieku ma kienx hekk kieku forsi lanqas kien ikollhom biżżejjed biex jibagħtuni nieħu edukazzjoni " " " Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes