Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Valletta mużiċisti Beltin il-Cappella Nani kienet tipprovdi servizzi 'il fuq minn għoxrin knisja! Minbarra l-impenji tiegħu fil-knejjes, Nani kien ukoll għalliem tal-mużika f 'diversi skejjel filwaqt li bejn l-1841 u l-1887 kien ukoll maestro concertatore (għalliem tal-kor) fit- Teatru Manoel u wara anke fit-Teatru Rjal. Paolo Nani kien kompożitur ta' fama, tant illi matul il- karriera tiegħu kiteb 'il fuq minn 250 xogħol li saħħru bi ġmielhom lill-poplu Malti, sew dawk li kienu jattendu għaċ-ċerimonji reliġjużi kif ukoll dawk li segwew xogħlijiet profani li kienu jsiru fit-teatri fil- Belt Valletta. Nani għadu sal-lum imfakkar l-aktar għall-antifoni tal-festi li l-għadd tagħhom jilħaq il-ħamsa u tletin – ewlenin fosthom Sancte Paule – Belt Valletta (1840), Flos Carmeli – Karmelitani, Belt Valletta (1861), Gloriosae Virginis Mariae - Naxxar (1868), Ego Sum - Siġġiewi (1875), u Beata Mater – Agostinjani, Belt Valletta (1881). Dottor Paolo Nani miet fit-23 ta' Marzu 1904 u l-funeral tiegħu sar l-għada fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu fil- Belt Valletta. Il-funeral tiegħu ġibed folol kbar ta' nies u dan kien jixhed il-popolarità li kien igawdi dan il-mużiċist magħruf. F'bijografija ppubblikata fis-sena 1904 stess, Mons. Luigi Farrugia jiddeskrivi lil Nani bħala 'uno degli astri più fulgidi che splendettero nel cielo di Malta' (waħda mill-istilel li dawlet is-sema Malti). Iben Paolo, Antonio Nani twieled il-Belt Valletta fis-6 ta' Ottubru 1842. Missieru stess kien l-ewwel għalliem tiegħu tal-mużika. Wara studja għand Giuseppe Burlon u Giuseppe Spiteri Fremond, u kompla jistudja anke f 'Napli bejn is-sena 1867 u 1877. Kif irritorna Malta, Mro Anton Nani kien diġà kkunsidrat bħala l-aqwa surmast Malti tal-perjodu. Kiteb tliet opri liriċi li baqgħu jissemmew fir-repertorju vast tiegħu: Zorilla (1870), Agnese Visconti (1876) u I Cavalieri di Malta (1877). It-tliet opri nħadmu fit- Teatru Rjal. L-istil ta' Nani kkonvinċa lill-udjenza kif ukoll lill-kritiċi. L-ewwel fost l-opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House fi tmiem l-1877 insibu l-opra ta' Antonio Nani 'I Cavalieri di Malta'. Skont gazzetta Maltija tad-19 ta' Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab encore għall-ħames arias sħaħ. Kif wasal lura minn Napli fl-1879, Anton Nani beda jassisti lil missieru fit-tmexxija tal-Cappella Musicale u fl-istess ħin kompla jikteb ħafna aktar mużika reliġjuża għall-użu fil-knejjes. Fost xogħlijiet importanti nsibu Requiem (b'dedika għall-memorja t'ommu), Messa del Naufrago, O Salutaris Hostia u Laudate Pueri. Fl-1866, ir-Requiem ta' Antonio Nani ngħatat Medalja tad-Deheb fil-London Universal Exhibition. Wara l-1885 kiteb ħafna mużika profana u operistika minħabba l-popolarità li beda jkollhom l-attivitajiet mużikali fit-teatri. Iżda Anton Nani beda jaffaċċja l-problemi wara li fis-sena 1903, il-Papa Piju X ħareġ Motu Proprio bil-ħsieb li tiġi mrażżna l-influwenza ta' mużika operistika fuq il-mużika sagra. Anton Nani pprotesta u ma riedx jobdi r-regoli ġodda maħruġa mill-Papa peress li l-identità mużikali tal-Cappella Nani kienet mibnija fuq l-għaqda tas-sagru mal-opra. Biex aċċetta għaddew ħames snin sakemm biddel l-istil f 'dik li kellha x'taqsam il-mużika sagra. Kien permezz tal- Messa in Fa, li Anton Nani kiseb tifħir kbir mingħand l-istess Papa għal din il-kompożizzjoni sagra li kienet konformi mar-regoli l-ġodda. Mro Anton Nani kien ukoll il-Maestro di Cappella f 'diversi knejjes Maltin bħala suċċessur ta' missieru, Dott. Paolo Nani. Il-gazzetta - L'Osservatore Maltese kitbet hekk dwar ir-relazzjoni li kellhom Nani l-missier u l-iben; 'Tajjeb tkunu tafu li tfaċċa surmast ieħor tal-Familja Nani. Dan huwa iben Paolo, Antonio Nani, li sa minn żgħożitu missieru, ħarrġu biex ikun jista' jieħu f 'idejh u jiret il- Kappella Nani.' Mro Antonio Nani miet fit-23 ta' Frar 1929. MELA kont f 'Tal-Ħandaq. Iva hija, ġol-uffiċċju taċ-Ċaqnu l-ħabib tagħna u tal-partit. U jekk qed taħseb liema partit, tajjeb ngħid li ma tagħmilx differenza kbira imma Ċaqnu dejjem ħabb il-PIENNE FTIT FTIT iktar mill-ħabb il-PL. Insomma kif qed taraw bħala nemusa assistejt għal-laqgħa sabiħa bejn il-kap tal-PINNE Dottor Adrian Delia u s-segretarju ġenerali Clyde Puli. Ċaqnu ta' qalbu tajba ħareġ daqxejn whisky, Johnny walker Black label u ordna xi ikel. Tajjeb ngħidu li Caqnu qiegħed fuq dieta stretta u għalhekk qal il-Clyde "kulu, kulu għax ma nistax niekol." Il-laqgħa fl-uffiċċju sabiħ u ferm organizzat taċ-Ċaqnu kienet waħda kordjali u f 'ebda mument ma ntużat il-kelma Alla, Madonna jew inkella xi riferenza għall-pudenda tal-mara jew tar-raġel. Bħalma jaf kulħadd iċ-Ċaqnu huwa l-oppost ta' bniedem midgħi, anzi huwa kalm u kajman, ġentili u edukat, gentlemen u raġel fuq l-irġiel u ħelu u ġustuż. Imma ejja nduru għal Delia u Puli. Min qed jaħseb li Delia żar liċ-Ċaqnu biex jitlob xi għajnuna fiskali qed ikun iblah u malafamanti. Delia żgur ma ħasibx f 'danakollu u ċ-Ċaqnu żgur ma ħasibx li jinflwenza lil xi ħadd b'xi flus. Anzi jkollna ngħidu fil-laqgħa tkellmu fuq affarijiet mhux marbuta mal-politika. Anzi ċ-Ċaqnu fid-diskors tiegħu ferraħ lil Delia u qallu li kien innota bil-qalb li l-predeċessur tiegħu kien għosfor. "Togħġobni kif titkellem, għax f 'nifs wieħed isemmi l-ambjent u f 'nifs ieħor turina li int lilna trid, għax taf li fl-aħħar mill-aħħar aħna xogħol inġibu u Malta ġibnieha nies. Jien lil Malta nħobbha, u nixtieq li kieku nara kullimkien mibni u msaqqaf." Delia li 146 ġurnata wara għadu ma ħallasx it-taxxa dovuta qabad it-tazza tal-whisky u niżlu qisu qed jixrob l-ilma. B'vuċi qisu għandu xafra tal-Gilette f 'griżmejh qal: "L-ewwel nett, Nicky sends her luv. It-tieni jien mhux bħal Simon. Jien mhux ser nirċievi xi riklam jew rigal u n***ik billi nikxfek fuq xi programm." Clyde infaqa' jidħaq, bħalu ċ-Ċaqnu u wisq aktar xi żewġ bidilli li kienu fil-kamra. Iċ-Ċaqnu sar aħmar nar: "Jien kieku għamilli hekk kont naqbdu minn għonqu, inniżżlu kokka …." "Ieqaf Ċal," qallu Delia. "Għax jien ma nistax nitkellem kif nixtieq. Issa aħna ġibna l-partit lura kif xtaqnieh. Nitkellmu mod u nagħmlu mod ieħor." Clyde infaqa' jidħak, id-daħka tiegħu falza qisha starter ta' karozza, tibda u tieqaf. Iċ-Ċaqnu dar fuqhom: "Ara dott, jiena taf kemm inħobb il-partit, jistgħu jgħidulek Beppe u Claudio. Jien lil dawn dejjem ħsibt fihom. Imma jien bħalma tafu ma nistax ntikom flus, għax jiena dawn l-affarijiet niddejjaq nagħilhom u f 'ħajti dejjem stinkajt biex ikolli subgħajja dritt." Delia fil-pront irrisponda. "Jien ukoll!!!" U f 'daqqa waħda kulħadd infexx jidħaq u jgħoxa u ċ-Ċaqnu tgerbeb mal-art iżomm żaqqu bl-uġigħ li qabdu minħabba l-ferħ ta' ġenn u d-daħk. Bid-daħk Delia beda jifga deher li kien xeraq fuq pastizz tal-piżelli u pront pront Clyde beda jtih fuq dahru. "Kap, kap... qum minn hemm kap. Ħu nifs kap, ixrob xi ħaġa kap. Kap, Kap, Kap…" Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Il-laqgħa bejn Adrian u ċ-Ċaqnu tmur tajba għajr għall-pastizz tal-piżelli Ritratt meħud qabel l-inċident bil-pastizz tal-piżelli

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018