Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Sports 27 Ritratt - Mario Micallef WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew, l-ASMK ħabbret proġett ieħor ta' strutturar fil- korsa tal-Motocross. Il- Kumpanija Honda ħabbret li ser tkun qed tisponsorja lill-Għaqda biex tagħmel dan il-proġett għal dan l-istaġun 2018. Waqt din il-konferenza kellna tliet kelliema fejn il- President tal-ASMK is-Sur Frans Deguara tkellem ftit fuq l-għaqda in- ġenerali u fejn waslet illum. Tkellem ukoll is-Sur John Cassar - president tal- Motocross fejn spjega iktar fid-dettall dwar il-proġett li ser ikun qed isir b'din l-għajnuna mid-ditta Honda kif ukoll is-Sur Manfred Galea Brand Manager tal- Kumpanija Gazan Zammit Motors Ltd fejn qal li huwa ta' pjaċir għalih flimkien mat-tim tiegħu li jkomplu jgħinu lill-isport Malti. Huwa spjega li r-relazzjoni ma' din l-Għaqda bdiet is- sena li għaddiet meta kienet użat il-korsa għal-launching uffiċjali tad-ditta Isuzu Dmax. Il-Kumpanija xtaqet tkompli toffri l-għajnuna tagħha lill-ASMK fejn jidħol l-isport tal-Muturi u għalhekk bid-ditta Honda qed tiġi offruta din l-għajnuna. Huwa rringrazzja lill- Għaqda għall-mod professjonali li miexja bih fejn ukoll fl-aħħar tad- diskors tiegħu pprezenta l-isponsorship lill-President tal-Għaqda ASMK. Grazzi għad-ditta Honda, ingħata bidu għax-xogħol fuq il-korsa tal-Muturi f 'Ta' Qali fejn għal darb'oħra l-Għaqda ġabet f 'Malta l-espert fil-bini tal-korsa tal-Motocross, is-Sur Angelo Chinquemani li minbarra li qed jerġa' jirranġa l-wiċċ tal-korsa li jittiekel bl-użu, ħa jsiru tibdiliet tekniċi li jgħinu lis-sewwieqa biex dejjem itejbu t-teknika tas- sewqan u b'hekk jinżammu aġġornati għal meta jmorru jikkompetu barra mill- pajjiż. Dan ix-xogħol qed issir ukoll b'għajnuna minn diversi sponsors fosthom Philip Agius & Sons u Central Asphalt Ltd taħt it-tmexxija tal-Projects Manger tal-Għaqda is-Sur Lawrence Darmanin. Intant, nhar il-Ħadd li għadda 18 ta' Frar 2018 ġiet organizzata t-tielet tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. L-attività ġiet organizzata fil-Barriera fil- Fawwara Limiti tas-Siġġiewi, grazzi għal Barbros Ltd li jagħti ċans biex isiru dawn l-attivitajiet. Matul din l-attivita fuq korsa twila 2.5km kellna dawn ir-rizultati fejn fl- Enduro Klassi A rajna lil Bernard Sammut fuq Beta jirbaħ din il-klassi kif ukoll l-attività Over All bl'aħjar ħin tiegħu ta' 4 minuti 21.398 sekondi. Dan kien segwit min James Zahra fuq Sherco b'ħin ta' 4 minuti 27.190 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Joseph Scilcuna fuq KTM b'ħin ta 4 minuti 29.363 sekondi. Fl-Enduro klassi B rajna lil Krist Falzon fuq Husqvarna jirbah din il-klassi b'ħin 5 minuti 22.306 sekondi waqt li fit-tieni post dahal Aidan Camilleri fuq KTM b'ħin ta 5 minuti 27.886 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn David Micallef fuq KTM b'ħin ta 5 minuti 35.610 sekondi. Fl-Enduro Klassi C rajna lil Nicovich Chircop fuq KTM jirbaħ din il-klassi b'ħin ta' 6 minuti 58.429 sekondi segwit min Kurt Muscat fuq Yamaha b'ħin ta' 7 minuti 3.589 sekondi. L-attività li jmiss hija dik bil-Muturi Trials fil- Barriera tal-Fawwara. Din il-kompetizzjoni ser tkun ir-raba' attività tal-istaġun 2017/2018 bit-Trials bikes. L-attività tibda f '12pm. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġna ta' Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt jew permezz tal-mowbajl fuq in-numru ċellulari 9942 5489. L-ASMK tħabbar proġett ieħor fil-Korsa tal-Motocross Ian Scicluna fuq mutur KTM Rebħa kbira għal Liverpool kontra West Ham United LIVERPOOL ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil West Ham United bl-iskor kbir ta' 4-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Emre Can, Mohamed Salah, Roberto Firmino u Sadio Mane. Min-naħa l-oħra, l-uniku gowl għall-Hammers wasal minn Michail Antonio fid-59 minuta. Leicester City u Stoke City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għall-Foxes jasal minn awto-gowl tal- goalkeeper ta' Stoke City, Jack Butland, waqt li kienu Stoke City li fetħu l-iskor perezz ta' Xherdan Shaqiri fit-43 minuta. AFC Bournemouth u Newcastle United temmew il-partita ta' bejnitehom fi draw ta' 2-2, biż-żewġ gowls għall-Magpies jaslu minn doppjetta ta' Dwight Gayle, waqt li Adam Smith u Dan Gosling skorjaw iż-żewġ gowls għal AFC Bournemouth. Brighton & Hove Albion għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 4-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Anthony Knockaert u minn doppjetta ta' Glenn Murray, bl-ewwel gowl għalih jasal minn penalty. Huddersfield Town barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Rajiv van La Parra u Steve Mounie. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għal WBA wasal minn Craig Dawson fl-64 minuta. Burnley u Southampton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bl-awtur tal-gowl għal Burnley ikun Ashley Barnes li rnexxielu jsib ix- xibka fis-67 minuta, waqt li Manolo Gabbiadini ġab l-iskor indaqs għas-Saints propju fid-90 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 24 ta' Frar Leicester City vs Stoke City 1-1 AFC Bournemouth vs Newcastle United 2-2 Brighton & Hove Albion vs Swansea City 4-1 Burnley vs Southampton 1-1 Liverpool vs West Ham United 4-1 West Bromwich Albion vs Huddersfield Town 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 25 ta' Frar 13:00 Crystal Palace vs Tottenham H. 15:05 Manchester U. vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM 12:30 Crotone vs SPAL 2013 15:00 Fiorentina vs ChievoVerona 15:00 Hellas Verona vs Torino 15:00 Sampdoria vs Udinese 15:00 Sassuolo vs Lazio 18:00 Juventus vs Atalanta 20:45 Roma vs AC Milan It-Tnejn 26 ta' Frar 20:45 Cagliari vs SSC Napoli Roberto Firmino jifraħ wara li skorja t-tielet gowl għal Liverpool

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018