Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 Sports 28 Duncan Micallef u Yazmin Zammit Stevens jirbħu l-unuri tal-Isportiv u Sportiva tas-Sena 2017 DUNCAN Micallef u Yazmin Zammit Stevens rebħu l-unuri prinċipali tal- iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali hekk kif rebħu l-kategoriji tal-Isportiv u Sportiva tas-Sena 2017. Micallef kellu sena tajba meta rebaħ il-kampjonat Ewropew u sar champion tal-European FIA Top Fuel Dragster u kien l-iktar sewwieq veloċi fl-Ewropa. Zammit Stevens min naħa tagħha kkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja f 'kompetizzjoni internazzjonali għall-Malta f 'dan l-isport. Matul is-sena 2017 hi kisret 'il fuq minn 30 rekord nazzjonali. Dawn l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ilhom isiru mis- sena 1960 u din kienet it-58 edizzjoni. Hekk kif sar fl-aħħar snin is-serata tal-bieraħ kienet organiżżata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' SportMalta. Ir-rebbieħa tal-unuri l-oħra huma dawn: ŻAGĦZUGĦ TAS-SENA Edward XUEREB – Malta Tenpin Bowling Association : Ta' 13-il sena matul l-2017 rebaħ il-kompetizzjoni nazzjonali riservata għall-bowlers taħt is-16 -il sena u kiseb rizultati tajba fix-xena internazzjonali. UFFIĊJAL TAS-SENA Paul SULTANA – Malta Basketball Association: President tal-MBA. Stru- mentali fl-amministrazz- joni tal-MBA u l-moħħ wara l-binja ta' court ġdid u l-modernizzar tal- Padiljun eżistenti. COACH TAS-SENA Angela ADAMOLI – Malta Basketball Association: Kowċ Taljana ilha tmexxi lit-tim nazzjonali Malti tan-nisa għal dawn l-aħħar seba' snin. Matul is-sena li għaddiet dan it-tim kiseb il-midalja deheb fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f'San Marino. Aktar qabel l-istess tim spiċċa fl-ewwel post tal-FIBA Division C Eu- ropean Championships. SPORTIV TA-SENA Duncan MICALLEF – Malta Motorsport Federa- tion u Malta Drag Rac- ing Association: Huwa ċ-champion tal-European FIA Top Fuel Dragster u msejjaħ bħala l-iktar sewwieq veloċi fl-Ewro- pa. Micallef rebaħ tliet rawnds konsekuttivi waqt il-FIA European Top Fuel Drag Racing Championships li saru fl-2017 sabiex rebaħ it-titlu ta' Champion Ewropew tas-sena 2017. ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA Sara XUEREB – Malta Tenpin Bowling Association : Rebħet żewġ midalji tad-deheb fit-Tazza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tat-Tenpin Bowling fis-singles kif ukoll fuq livell ta' team. Kisbet suċċess ukoll fil-kampjonat tal- Mediterran. TEAM TAS-SENA San Ġiljan ASC: It-tim tal-waterpolo ta' San Gil- jan iddomina x-xena tal- waterpolo lokali fl-2017 fejn rebaħ erba' unuri, il-Kampjonat tax-Xitwa, il-Kampjonat tas-Sajf u il- Kompetizzjoni tan-Knock u t-Tazza tal-President. Tul dawn is-suċċessi it- tim rebaħ il-partiti kollha li lagħab. SPORTIVA TAS-SENA Yazmin ZAMMIT STEVENS – Malta Weightlifting Association : Ikkwalifi- kat għal-Logħob tal-Commonwealth u rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja f'kompetizzjoni internazz- jonali. Fl-Open ta' Llubljana kisbet il- midalja tal-fidda u kisret 'il fuq minn 30 rekord nazzjonali fis-sena 2017. L-Unur tal-People's Choice Award din is-sena mar għand il-Ġinnasta Ella Borg, filwaqt li l-Malta Racing Club rebħu l-unur tal-aħjar attivita' internazzjonali tas-sena organiżżata fl-2017 meta ospitaw il-kampjonat tan-Nisa tat-tiġrijiet taż-żwiemel bis-serkin bil- parteċipazzjoni ta' 19 -il pajjiż, avveniment li kien l-avveniment uffiċjali sportiv waqt il-Presidenza Ewropea ta' Malta. Rodney Gauci li jilgħab il-Football u Yowanna Vassallo li tilgħab il-Boċċi ngħataw ir-rikonoxximent bħala l-aħjar atleti ta' Special Olympics matul is-sena 2017. Il-Mistiedna speċjali tas-serata kienet l-atleta Paralimpika taljana Giusy Versace.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018