Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Sports 29 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... LUIS ENRIQUE - Minkejja illi Chelsea qed isegwu b'interess lill-kowċ Spanjol Luis Enrique jidher illi anke Arsenal qed jitħajru għalih wara li f'dawn l-aħħar ġimgħat xejn m'huma sejrin tajjeb fil-kampjonat. Il- kwalifikazzjoni għaċ-Champions League tidher ukoll f'riskju u l-ogħla awtoritajiet tal-klabb jistgħu jaġixxu malajr kemm jistgħu jkun billi jipperswadu lil Arsene Wenger itemm ir-renju tiegħu wara 22 sena. Fil-fatt id-diriġenti tal-Gunners qed jevalwaw din il-possibilita' u bħalissa jidher ukoll illi l-isem tal-eks kowċ ta' Barcelona qed jissemma' b'ċertu kontinwita' fil-kurituri tal-Emirates Stadium. LEON BAILEY - Liverpool dawru ħarsithom fuq il-winger ta' Bayer Leverkusen Leon Bailey wara li warrbu l-idea illi jakkwistaw lill-attakkant ta' Monaco Thomas Lemar. Jidher li hemm minn tal-inqas erba' klabbs oħra mill-Premier League Ingliż illi jinsabu interessati fis-servizzi tal-plejer li għandu 20 sena. Fil-fatt Chelsea, Arsenal, Manchester United u Tottenham kollha qed isegwu b'interess il-progress tiegħu. SVEN ULREICH - Il-goalkeeper ta' Bayern Munich Sven Ulreich ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb sas-sena 2021. Dan ġie żvelat fis-sit uffiċjali tal-klabb mill-Bavarja li ħa wkoll il-kummenti tiegħu. Ulreich, illi ilu mat-tim minn Munich sa mis-sena 2015, deher ferm kuntent illi Bayern ġeddew l-fiduċja fih u hu qiegħed iħallas lura dan kollu billi ffirma għal tliet snin oħra. Huwa għandu 29 sena u lagħab 23 darba bejn il-lasti tal- klabb. MICHAEL KEANE - Id-difensur ta' Everton Michael Keane jista' jħalli lill-klabb wara ftit xhur jilgħab magħhom. Skont il-gazzetta The Sunday People, it-Toffees jinsabu lesti li jċeduh lil xi klabb ieħor illi probabbilment ikun miċ-Championship fejn stabbilixxew iċ-ċifra ta' €35 miljun ewro għall-akkwist tiegħu. Minkejja dan l-għidut jista' jkun illi anke Burnley qed isegwu l-progress tad-difensur ta' 25 sena illi lagħab anke ma' Manchester United fl-Ingilterra. JACK BUTLAND - Liverpool u Arsenal jinsabu f 'taqtiegħa sabiex jiksbu l-firma tal-gowlkiper ta' Stoke City Jack Butland. Il-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp ftit għandu fiduċja fil-goalkeepers tiegħu Simon Mignolet u Loris Karius u għandu f 'moħħu illi jġib element bejn il-lasti sabiex iżid is-saħħa difensiva tiegħu li tant dehret vulnerabbli matul dan l-istaġun. Butland huwa stmat illi jiswa madwar £40 miljun u l-objettiv tar-Reds huwa li jġibuh għas-sajf illi ġej. JOACHIM LOEW - Waqt illi kien qed jitkellem fuq l-istazzjon Sky Sport Germany, il-kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż Joachim Loew xejjen kull spekulazzjoni illi jista' jmexxi lil Bayern Munich fl-istaġun illi ġej. Huwa qal illi l-midja moħħha biss biex tivvinta minħabba illi hu ma lissen l-ebda kelma fuq dawn ix-xnigħat illi ġew ivvintati minn persuni partikolari. Huwa fatt magħruf illi Bayern Munich qegħdin ifittxu kowċ għall-istaġun illi ġej minħabba illi Jupp Heynckes mhux ser ikompli fil-kariga. KEVIN DE BRUYNE - Il-futur tal-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Manchester City Kevin De Bruyne jinsab fl-Istati Uniti hekk kif huwa jidher illi ser itemm il-karriera tiegħu fl-MLS League. Minkejja dan l-għidut, il-plejer Belġjan fadallu ħames snin oħra kuntratt mas-Citizens u għalhekk ħafna kkritikaw din l-aħbar illi waslet fi stadju verament bikri tal-karriera tiegħu. De Bruyne ilu mat-tim minn Manchester sa mis-sena 2015 fejn lagħab 87 partita u skorja 20 gowl. minn Cristian Antony Muscat CHRIS SMALLING - Id-difensur ta' Manchester United Chris Smalling reġa' jinsab fir-radar ta' Arsenal hekk kif il-gazzetta Ingliża The Daily Star żvelat illi matul is-suq tat-trasferimenti li jmiss, il-plejer ta' 28 sena jinsab viċin illi jingħaqad mat-tim illi jilgħab fl-Emirates Stadium. Ir-Red Devils lesti li jħalluh jitlaq u s-somma illi qed jitolbu għalih hija ta' €30 miljun. Smalling ilu ma' Manchester United sa mis-sena 2010 u lagħab 172 partita magħhom filwaqt li skorja 8 gowls. ZLATAN IBRAHIMOVIC - L-attakkant veteran ta' Manchester United Zlatan Ibrahimovic jinsab ferm viċin illi jilgħab fil-kampjonat MLS tal-Istati Uniti. Dan kollu fl-isfond ta' tfittxija intensiva illi qed jagħmel il-plejer ta' 36 sena sabiex isib dar fil-belt ta' Los Angeles. Ibrahimovic, li fil-karriera tiegħu libes il-flokkijiet ta' timijiet prestiġjużi bħal Ajax, Barcelona, Milan, Inter, Juventus u PSG, qed isibha ferm diffiċli li jsib post fl-ewwel ħdax tal-kowċ Jose Mourinho.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018