Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
ĊIFRI li ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO), juru li numerikament f 'Malta teżisti diskrepanza bejn in-nisa u l-irġiel li jfittxu xogħol maniġerjali u dak professjonali. Dan għaliex skont iċ-ċifri provduti għal Jannar tal-2018 kien hemm 71 mara biss li rreġistraw għal dawn l-impjiegi. L-istess informazzjoni turi li kien hemm 255 raġel li rreġistra għal xogħol ta' maniġer jew kariga professjonali. Fuq nota differenti, għat- tieni sena konsekuttiva ma kien hemm l-ebda mara li rreġistrat sabiex taħdem fis- settur tal-agrikoltura u sajd. L-irġiel li fittxu dan it-tip ta' xogħol naqas bin-nofs meta mqabbel ma' Jannar tas- sena 2017, hekk kif kienu 62 persuna li rreġistraw għal dan it-tip ta' xogħol meta mqabbel mal-122 li rreġistraw f 'Jannar 2017. Apparti minn hekk, ix- xogħol klerikali baqa' l-aktar xogħol imfittex mill-irġiel u n-nisa, b'18.7 % u b'35.8 % rispettivament. Fuq nota pożittiva wkoll, in- numru ta' persuni b'diżabbilità li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol f 'Jannar li għadda, naqas b'35 persuna meta mqabbel mas-sena ta' qabel li kien jilħaq mal-284 persuna. Skont l-istess informazzjoni l-irġiel jammontaw għal 78.2% ta' dawk kollha li qed jirreġistraw u li għandhom forma ta' diżabbilità. Apparti minn hekk ir- rapport tal-NSO juri li f 'Jannar li għadda Malta kien hawn 2,000 persuna biss tirreġistra għax-xogħol. Meta mqabbel ma' Jannar tas-sena l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta' aktar minn 889 Intant l-ILLUM staqsiet lill-żewġ deputati nisa fil- Parlament għalfejn jaħsbu li teżisti diskrepanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward ta' xogħol maniġerjali u professjonali u jekk fil-futur jixtiqux jaraw lil Malta timxi fil-passi ta' pajjiżi oħra bl-introduzzjoni ta' kwoti u leġislazzjoni oħra f 'dan ir- rigward. illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 Aħbarijiet Inqas nisa minn irġiel ifittxu xogħol maniġerjali lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Cutajar favur kwoti fuq il-post tax-xogħol 'L-isfidi tal-mara biex tokkupa karigi maniġerjali huma kulturali' "ŻGUR u mhux forsi li din l-istatistika ma tirriflettix in-nuqqas ta' ħiliet u kapaċitajiet tan- nisa. Fil-fatt f 'pajjiżna għandna aktar nisa li jiggradwaw minn irġiel," sostniet id-deputata Laburista Rosianne Cutajar mal-ILLUM Minkejja dan skont Cutajar, "sfortunatament għandna nisa li ma jaċċettawx pożiżżjonijiet manigerjali minħabba responsabiltajiet familjali." Hi kompliet tispjega kif skontha "l-kultura Maltija għadha titfa' prinċipalment r-responsabbilità tal-familja fuq il-mara u għalhekk dan "iwassal biex in-nisa jaspiraw anqas mill-kollegi tagħhom irgiel li jokkupaw karigi għoljin jew manigerjali fuq il-post tax-xogħol, liema karigi jġorru ħafna drabi magħhom ħinijiet itwal ta' xogħol." Cutajar spjegat ma' din il-gazzetta kif ħafna min-nisa jaħdmu 'part-time' jew 'reduced hours' u allura dik iċċaħħadhom milli potenzjalment jingħataw opportunità li biha jkomplu jiprogressaw fil-karriera u fuq il-post tax-xogħol. "Hija ħasra li l-istat jinvesti fl-edukazzjoni u għalkemm jigradwaw aktar nisa minn irgiel għadek issib nisa li mhux jagħtu kontribut ekonomiku u jaqsmu l-għarfien tagħhom fis-soċjetà tagħna," saħqet Cutajar. Mistoqsija jekk taqbilx ma' kwoti fuq il-post tax-xogħol, Cutajar wieġbet fil-pożittiv. "Bħalma naqbel mal-kwoti temporanji sabiex ikollna rappreżenża femminili akbar fil-politika, naqbel li wasal iż-żmien li ninkludu l-kwoti fuq il post tax-xogħol ġaladarba għandna sitwazzjoni li ma tirrapreżentax iż-żewg sessi f 'dak il għandu x'jaqsam ma' postijiet maniġerjali." "FISSOĊJETÀ kontemporanja li ngħixu fiha, fejn hawn ferm aktar għarfien u avvanzi dwar drittijiet soċjali, il-gender gap tibqa' sfida kbira anke f 'pajjiżna "sostniet id-Deputata Kristy Debono mal-ILLUM. Id-deputata Nazzjonalista kompliet tgħid kif "sabiex tiġi miġġielda din id- diskriminazzjoni b'mod effettiv, jeħtieġ li aktar nisa jokkupaw pożizzjonijet maniġerjali fuq il-post tax- xogħol." "Skont l-aħħar ċifri tal-World Economic Forum, juru li fl-aħħar erba' snin, pajjiżna waqa' b'41 post fir-rankings dwar in-nisa fir-rwol ta' deċiżjoni, biex issa jinsab fl- agħar pożizzjoni li qatt okkupa tal-121 post. Nemmen li filwaqt li n-nisa qegħdin javvanzaw fil-karriera b'rata tajba, l-isfidi jikbru aktar ma joqorbu biex jokkupaw l-ogħla pożizzjonijet fil-piramida strutturali tal-kumpanija rispettiva li fiha jaħdmu", saħqet Debono. Skont Debono l-akbar sfidi ġejjin minħabba l-fatt li "il-bidla kulturali fis-soċjetà tagħna biex naċċettaw nisa fl-ogħla pożizzjonijiet, biex jimmaniġjaw kemm nisa oħra u anke irġiel, qiegħda tinbidel iżda b'rata anqas mgħaġġla milli wieħed jistenna. Għad hawn element ta' intimidazzjoni b'mara li tokkupa kariga maniġerjali speċjalment f 'kumpaniji tradizzjonali," saħqet Debono. "Sfortunatament teżisti r-realtà li l-impjegatur jippreferi jimpjega raġel biex jelimina kull risku li l-impjegata mara, li tkun qed tokkupa rwol maniġerjali, ikun jeħtieġ li anke b'mod temporanja tbiddel il-metodu tax-xogħol tagħha fiż-żmien bikri tat-trobbija tat-tfal. Apparti minn hekk irwoli maniġerjali jirrekjedu sigħat twal fuq il-post tax-xogħol u allura jeħtieġu support system tajba ħafna għal mara li tkun qed tipprova tibbalanċja l-ħin tagħha bejn ix-xogħol u l-familja." Għall-mistoqsija tal-gazzetta ILLUM jekk hi hix favur jew kontra l-kwoti impost fuq il-post tax-xogħol, Debono saħqet li "l-kwota fuq maniġers u diretturi, jistgħu jwasslu biex iġiegħlu lill-impjegatur iħossu komdu li qed jagħmel il-parti tiegħu billi jingaġġa nisa f 'dawn l-irwoli, skont kif jitolbu l-kwoti determinati, però xorta waħda l-aktar rwol sinifikanti u b'poteri eżekuttivi jibqa' jitħalla f 'idejn l-irġiel." "Nemmen għaldaqstant li l-isfidi tal- mara biex tokkupa karigi maniġerjali huma kulturali, strateġiċi u operazzjonali. Jeħtieġ ir-rieda t-tajba tal-politiċi biex negħlbu dawn l-isfidi u niffaċilitaw kif ukoll l-impjegat sabiex verament innaqqsu din il-gender gap," sostniet Debono.