Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
11 Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet waqt li l-MAM tħabbar strajk b'ewro, kien għadu kemm inxtara b'investimenti li saru bejn l-2012 u l-2014 bl-għajnuna ta' Fondi Ewropej. Mill-kalkoli ta' din il-gazzetta, dan it-tagħmir sewa €3.6 miljun. "Xi ħaġa stamba ħafna…" Espert fil-qasam tal- Public-Private Partnerships (PPPs) u li tkellem mal- ILLUM iddeskriva l-fatt li l-Gvern qed jixtri apparat għall-Isptar ta' Għawdex meta dan ingħata b'konċessjoni lill-privat, bħala xi ħaġa "stramba ħafna." Kompla jgħid li ma jagħmilx sens u jmur kontra l-loġika tal-PPPs li jkollok konċessjonarju iżda l-investiment jibqa' jagħmlu l-Gvern. "F'ħafna mill-PPPs li saru, huwa l-konċessjonarju li għandu jagħmel dan l-investiment u mhux il- Gvern għalih, inkella missu ma daħħal lill-privat xejn u għamel l-investiment kollu hu" saħaq l-espert. Iċċensurati l-KPI dwar it- tagħmir mediku F'Lulju tas-sena li għaddiet, it-Times of Malta kienet irrappurtat li skont klawsoli li ġew iċċensurati mill-kuntratt li l-Gvern iffirma mal-Vitals Global Healthcare fit-30 ta' Novembru tal-2015, il-Gvern intrabat li jħallas "l-ispejjeż addizzjonali" marbuta mal-prodotti farmaċewtiċi u mediċinali fit-tliet sptarijiet tal-PPP. Dan ifisser, li l-ispejjeż marbuta ma' dawn il- prodotti jmorru lil hinn mis-€70 miljun li l-Gvern intrabat li jħallas kull sena lill-VGH għat-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar San Luqa u Karin Grech. Minkejja dan mhux magħruf jekk il-Gvern kienx laħaq xi ftehim ma' Vitals Global Healthcare dwar ix-xiri tat-tagħmir mediku. Dan hekk kif il-Key Perfomance Indicators (KPI), dwar it- tagħmir mediku, fil-kuntratt "Services Concession for the Provision of Healthcare and Ancillary Services…" huma ċċensurati. Il-KPI jistipulaw il-miri u l-għanijiet li l-konċessjonarju jintrabat li jwettaq fi żmien stipulat. Minkejja dan, partijiet mill-kuntratt, jagħmlu referenza għat-tagħmir mediku u kollox jindika li għandu jkun il- konċessjonaru li jagħmel l-investiment, kemm f 'teknoloġija ġdida u anke meta jkun wasal iż-żmien li jinbidel xi tagħmir. Ġaladarba Vitals Global Healthcare sfaxxaw fix-xejn meta kienu għadhom se jibdew isibu sieqhom fit- tmexxija tat-tliet sptarijiet, għadu mhux ċar jekk Steward hux qed tintrabat kelma b'kelma mal-kuntratt oriġinali ffirmat f 'Novembru tal-2015. Fl-aħħar ġimgħat qamu diversi mistoqsijiet dwar l-investiment li għamlu l-Vitals, bl-Assoċjazzjoni Medika Maltija tisħaq li kulma għamlu kienet ħofra kbira f 'Għawdex u kisja ma' faċċata tal-Isptar San Luqa. Fil-ġimgħat li għaddew, il-gazzetta ILLUM segwiet aktar l-istorja wara l-kuntratt bejn il-Gvern u Vitals Global Healthcare li sar fl-2015. Fosthom, irrappurtajna kif l-iskola ta' Barts ma kienet kuntenta xejn bid-dewmien fix- xogħol, kif it-tim tal-IT u tal-kostruzzjoni waqfu jaħdmu fuq il-proġett minħabba nuqqas ta' ħlas kif ukoll li l-VGH, permezz tal-kumpanija Indjana Shapoorji Pallonji, għad trid tħallas "eluf kbar" lil Gatt Brothers. Lura fl-2015, kienet din il-gazzetta wkoll li żvelat kif wieħed mid-diretturi tal-VGH, Ram Tumuluri, kellu track-record xi ftit jew wisq dubjuż. Fosthom kif il-Qorti Suprema tal-British Columbia kienet iddeċidiet kontra l-kumpanija T & V Hospitality Inc. li tagħha kien direttur u akkużatha li "poġġiet lis-sidien (NLL Holdings) f 'periklu sever… ħassret ir-rekords finanzjarji u ħadet depożiti mill-karti tal-kreditu ta' bookings għall-Milied." ...Għadhom ma tweġbux ukoll 1. Meta sar jaf eżatt il-Gvern li Vitals iridu jbigħu? 2. Għalfejn m'għamilx din l-intenzjoni pubblika mill-ewwel? 3. Il-Ministeru/Ministru u l-Gvern jafu fiċ-ċert min huwa s-sid aħħari (UBO) ta' Vitals li wara kollox ħadu proprjetà pubblika? Jekk iva, min hu? 4. Għalfejn il-unions ma ġewx ikkonsultati malli l-intenzjoni ta' Vitals kienet ċara? 5. Kemm ħadu flus Vitals f 'dawn il-21 xahar? Intalbu jagħtu rendikont tal-flus li ħadu qabel jitilqu minn Malta? 6. Veru li biegħna t-tagħmir għal €1 biss? Kif jista' jkun iġġustifikat dan il-prezz? 7. Għalfejn il-Gvern ma talabx li jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid fi proċess kompetittiv ta' għażla? 8. Meta ġie ffirmat il-kuntratt, bħala membru tal- Gvern u Ministru, kont aċċertat li l-kumpanija VGH kienet f 'pożizzjoni finanzjarja li twettaq tali proġett?