Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet Muscat: 10 snin Mexxej Laburista Kien għadu bil-'goatee' u qalilna biex "inħobbu lil Michelle"... 10 snin wara nagħtu ħarsa lejn it-trasformazzjoni ta' Muscat, minn Mexxej Laburista, għal Prim Ministru... mill-Joseph tal-'Partnership' għal PM ta' Malta fit-tmun tal-UE... ILĠIMGĦA 6 ta' Ġunju 2008, kważi 10 snin ilu, il-Partit Laburista eleġġa Mexxej ġdid permezz ta' vot mid-Delegati Laburisti. Muscat kiseb 574 vot mit- 865 vot validu filwaqt li l-avversarju tiegħu f 'din it-tiġrija, George Abela kiseb 291 vot. Minn hemmhekk il-Partit Laburista mexa għal tibdil kważi assolut fil-mod kif kien perċeput minn bosta, rebaħ ħafna mit- territorji politiċi liberali, waqqa' ħafna mill-ħitan li kien dawwar lilu nnifsu bihom. Biddel ismu, biddel l-arma, kiseb l-akbar suċċessi elettorali li qatt kiseb il-partit politiku Malti mill-Indipendenza u mexxa u għadu qed imexxi Gvern ta' suċċessi u kontroversji, kisbiet u skandli. Hekk kif minn hawn u ftit xhur oħra Muscat jagħlaq 10 snin mexxej Laburista u fl-isfond tal-indikazzjoni tiegħu li se jkompli t-triq kollha ta' din il-leġislatura, din il-gazzetta tat ħarsa lejn l-aħħar 10 snin li matulhom il-persuna ta' Muscat iddominat ix- xenraju politiku Laburista kif ukoll dak tal-pajjiż. Ħarisna lejn dak li għollieh, li ġablu suċċessi u dak li baxxieh u serjament tebba' jew affetwa l-persuna politika tiegħu. Naraw ukoll, dak li jista' jkissru hekk kif bħalissa, minkejja kollox għad hemm ħafna xfafar li jistgħu jaqgħu fuq rasu u politikament jagħmlulu ħafna ħsara. Muscat; il-miraklu tal- marketing Joseph Muscat huwa xi ftit jew wisq bħal kamaleonte; jinbidel, jadatta u jissopravivi, anke meta jkun jidher impossibbli li fil-fatt jelgħleb l-isfidi ta' quddiemu. Fuq nota inqas serja Muscat biddel l-apparenza tiegħu u kliemu. Mill- Mexxej bid-daqna, jagħti diskorsi kważi teatrali u mimlijin emozzjoni u jgħid lil dawk li kienu qed jisimgħuh biex 'iħobbu lil Michelle', iżomm idejh ma' qalbu u jkanta l-Innu Malti waqt li jħares 'il fuq, għal mexxej b'figura ħafna iktar Prim Ministerjali u awtoritattiva. Il-bidliet li beda Muscat ma kinux limitati għall- apparenza tiegħu biss imma l-apparenza tal- partit. Tkompli f 'paġni 6 u 7... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018