Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 16 Opinjoni L -applikazzjoni bin- numru PA11067/17 għall-iżvilupp ta' faċilità oħra ta' McDonalds fil- periferija ta' Ħaż-Żabbar huwa attentat ieħor biex tiġi mnaqqra l-art li nirreferu għaliha bħala ODZ. S'issa nimmaġina li kważi kulħadd jaf li l-ittri ODZ ifissru Outside (O) the Development (D) Zone (Z). Jiġifieri barra miż-żona tal- iżvilupp. Dan ifisser li dik l-art, preferibbilment m'għandhiex tkun żviluppata. Imma s-sit li ntgħażel biex possibilment ikun żviluppat fuq faċilità ta' McDonalds qiegħed f 'żona li żviluppat bil-mod fil-passat. Meta l-Pjani Lokali ġew imfassla u ppubblikati tnax-il sena ilu, is-sit fi Triq Salvu Pulis ġewwa Ħaż-Żabbar u l-iżvilupp ta' madwaru kien definit bħala żona residenzjali rurali (rural settlement): li jfisser li kienet żona residenzjali barra miż- żona tal-iżvilupp imma li m'għandhiex titħalla tikber. Lil hinn mil-lingwaġġ tekniku għandna nagħmlu kull sforz biex art barra miż-żona ta' żvilupp tibqa' mhux żviluppata u li fejn diġà hemm l-iżvilupp, dan ma jikbirx. Il-pjani lokali huma supplimentati minn biżibilju ta' regoli u linji gwida li sfortunatament, imma ċertament b'mod intenzjonat u ikkalkulat joħolqu kuntrasti jew kunflitti li jwasslu għall-konklużjoni loġika li kważi kollox hu b'xi mod ġustifikabbli. Li jkun hemm faċilità ta' McDonalds fuq l-art li ntgħażlet f 'Ħaż-Żabbar żgur li mhux kompatibbli man- natura residenzjali tal-inħawi. Imma xejn ma nkun sorpriż jekk ikollna ftit akrobazija ta' livell olimpiku li twassal għall-approvazzjoni tal- applikazzjoni. Il-problema li għandhom numru mhux żgħir ta' dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Awtorità tal-Ippjanar hija li huma nieqsa minn kull sensibbilità ambjentali jew dwar l-ippjanar (tal-użu tal-art). Din l-insensittività hi l-kawża tal-qerda bil-mod tal- kampanja u tal-identità tal- lokalitajiet residenzjali żgħar bil-konsegwenza tal-ħolqien ta' uġigħ soċjali kbir. Ħarsa anke ħafifa lejn il-lista ta' dawk il-każijiet li għamlu l-aħbarijiet tagħtina idea tajba ta' dak li wassal għall- qagħda preżenti. Il-problema bażika hi dawk l-irġiel u n-nisa li ntgħażlu biex jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawk tal- lum mhumiex wisq differenti minn tal-bieraħ: (b'xi eċċezzjonijiet) ġeneralment ma jiswew għal xejn, avolja xi minn daqqiet uħud jippruvaw ikunu raġjonevoli. Hu rari ħafna li jkun hemm xi deċiżjoni li tkun ser taqbżilhom: pereżempju dik dwar il-pompa tal-petrol u d-dijsil fi Triq is-Salini fil-Magħtab. Ir-regoli dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet huma mfassla biex jassiguraw li meta jkun hemm min jażżarda jaqbeż il-linja, b'mod kważi awtomatiku, jiskatta proċess ta' awto-difiża tas- sistema: il-vot ma jitteħidtx dak il-ħin iżda fis-seduta ta' wara. Dakinhar imbagħad ikun possibbli li jissejħu r-riservi (dawk li bosta drabi ma jattendux għal-laqgħat) biex b'hekk fis-siegħa tal- prova jkun hemm kulħadd. Ikun hemm biżżejjed ħin biex dawk li jdumu jew ibatu biex jifhmu jiftħu ftit moħħhom u jikkonvinċu ruħhom. Imbagħad ikun hemm maġġoranza li tista' tagħmel xogħolha bil-kumdità. Dan kollu ħoloq ostaklu istituzzjonali doppju kontra l-ħarsien tal-ambjent. Kien speċifikament maħluq għal dan l-iskop minn min kiteb l-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. B'dan il-mod hemm kontroll istituzzjonali kontra dawk li kapaċi (anke jekk rari jazzardaw) jaħsbu b'moħħhom. Hi l-mewt bil- mod tal-kampanja u l-wirt ambjentali tagħna. Mhux biss f 'Ħaż-Żabbar, iżda madwar il-gżejjer tagħna. Uħud minn dawk li jgorru u kontinwament jimlew il-ġurnali, inkluż dawk elettroniċi, bil-fehmiet tagħhom jeħtieġilhom jikkunsidraw is-sehem tagħhom f 'dan kollu. Għandhom jikkunsidraw jekk huma stess ikkontribwewx biex kibret il-froġa billi repetutament eleġġew lil dawk li kewsu fil-borma. Il-qerda madwarna, dejjem tikber Uħud minn dawk li jgorru, jeħtieġilhom jikkunsidraw is-sehem tagħhom f 'dan kollu. Għandhom jikkunsidraw jekk huma stess ikkontribwewx biex kibret il-froġa billi repetutament eleġġew lil dawk li kewsu fil-borma. Il-problema li għandhom numru mhux żgħir ta' dawk li qed jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Awtorità tal- Ippjanar hija li huma nieqsa minn kull sensibbilità ambjentali jew dwar l-ippjanar (tal-użu tal-art). CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com