Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 23 TV/Ċinema 'THE Mercy' li għandu xi xeni minnu miġbudin hawn Malta, l-aktar fit-tank ta' Rinella, juri kif l-ispirtu Brittaniku tat-tbaħħir madwar id-dinja li beda qabel ir-Renju ta' Enriku VIII, għadu jiġri fid-demm tagħhom. Din il- produzzjoni tirrakkonta l-istorja vera u inkredibbli ta' Donald Crowhurst (Firth), baħri dilettant li huwa wieħed mill-kompetituri tal-1968 Sunday Times Golden Globe Race. It-tir tiegħu hu li jkun l-ewwel bniedem fl-istorja li waħdu jdur mad-dinja mingħajr ma' jieqaf bid-dgħajsa tiegħu, Teighmouth Electron. B'dan il-ħsieb f 'moħħu ma jħallihx kwiet f 'ġismu u b'dgħajsa għadha mhix lesta għal kollox u b'daru mhix imħallsa, hu jħalli lil martu, Clare (Weisz) u lit-tliet uliedu. Wara ftit li jitlaq jirrealizza li mhu ppreparat xejn, iżda b'rieda qawwija ma jċedix u anki jagħmel progress. Wara xi seba' xhur u nofs waħdu f 'nofs l-oċeani, jibda jħoss għejja kemm mentali u kemm fiżika. Dan forsi hu ħtija tat-temp ħażin li ltaqa' miegħu jew is-solitudni perfetta qed tagħmel tagħha. F'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli, kif se jirreagixxi, meta jaf li lura f 'pajjiżu hemm pressjoni u fervent kbir fuqu? 'The Mercy' hu film ieħor avventuruż li juri li l-ispirtu uman kapaċi jissupera kull ostaklu diffiċli kemm hu diffiċli. The Mercy Black Panther Atturi Ewlenin: Colin Firth; Rachel Weisz; David Thewliss;Ken Stott; Jonathan Bailey. Direttur: James Marsh. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 101 min. Ċert. 12A IDDINJA fantastika tas- supereroj mill-kotba komiks Marvel tkompli bi 'Black Panther', l-ewwel supereroj iswed. Din l-avventura eċitanti teħodna fir-renju Afrikan ta' Wakanda, pajjiż iżolat imma teknikament avvanzat. T'Challa (Boseman) prinċep żagħżugħ, li għandu l-abbilità li jinbidel f 'pantera sewda, jirritorna f 'pajjiżu wara l-mewt ta' missieru, ir-Re tal-pajjiż. Hu se jieħu l-post li jixraqlu li ħalla warajh missieru. Meta żewġ għedewwa perikolużi jikkonfoffaw bejniethom biex jeqirdu lil Wakanda u jwarrbu lil T'Challa minn nofs, hu jinbidel fis-sura ta' pantera sewda bid-dwiefer maħruġin lest biex jipproteġi t-tron u lis-sudditi tiegħu. Miegħu jingħaqad Everett K. Ross (Freeman), aġent tas-CIA li m'għandux ħjiel tar-rikezzi li jeżistu f 'dan il-post. Fit-taqtigħa ħarxa li tinqala', T'Challa jkollu wkoll għajnuna mill-maħbuba tiegħu, Nakia (Nyong'o), gwerriera sewda u nisa ħbieb oħrajn. 'Black Panther' hu film differenti ħafna mill-oħrajn tal-ġeneru tiegħu, b'atturi fil-maġġoraza tagħhom suwed u bid-dehra minn barra ta' Wakanda qisha xi villaġġ mill- films ta' Tarzan jew dik mill- kotba ffilmjati ta' Sir Rider Haggard. Iżda fil-ġewwieni ta' muntanja l-atmosfera hi teknikament tassew mill-aqwa, fejn ix-xjenza u l-ispiritwalità jikkumplimentaw lil xulxin. Il-karattru ta' Black Panther diġà deher f ''Captain America: Ċivil War' u f 'battalja f ''Iron Man'. Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Chadwick Boseman; Michael B Johnson; Lupita Nyong'o; Martin Freeman; Angela Bassett; Forest Whitaker; Andy Serkis. Direttur: Ryan Coogler Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 134 min. Ċert. 12A Il-films għal din il-ġimgħa 'WINCHESTER' hu film tal-biża' u t-tkexkix, ibbażat fuq ġrajjiet li seħħew veru u li originarjament kien se jissemma 'The House that Ghosts Built'. Sarah Winchester (Mirren), l-eredi tal-fortuna magħmula mis-soċjetà tal-azzarini Winchester, bniet dar enormi fuq medda art 50 mil minn San Francisco, f 'San Josè California, lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Din hi l-aktar dar msahhra fid-dinja. Dan hu bini ta' seba' sulari, b'numru kbir ta' kmamar fejn wieħed malajr jintilef li, għall- barranin jagħti l-impressjoni li ġie mibni minn xi ħadd moħħ marid. Hi qed tibni speċi ta' ħabs għall-mijiet ta' iħirsa rrabjati għall-familja Winchester. Dawn aktarx huma vittmi tal-azzarin Winchester, l-arma tant popolari fil-films Western. Jgħixu f 'din id-dar maestuża u tal-waħx hemm in-neputija tagħha, Marion (Snook) u t-tifel ta' tmien snin, Henry (Scicluna-O'Pray) li wkoll ikunu involuti f 'sitwazzjonijiet sopranaturali. Meta l-bord tal- kumpanija Winchester jkunu jridu jeżaminaw lil Sarah biex isiru jafu jekk hix miġnuna, hi stess tagħżel lill-psikjatra, Dr. Eric Prince (Clarke) li jkollu inkontri mad- diversi iħirsa. 'Winchester' jimita lil ħafna oħrajn bħalu, però għandu atmosfera ta' lussu u dekor f 'dar tetra ta' rikezza ornamentali. Winchester Atturi Ewlenin: Helen Mirren; Jason Clarke; Sarah Snook; Finn Scicluna- O'Pray. Diretturi: The Spierig Brothers. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 99 min.