Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 Sports 30 Qabel dħalt fl-amministrazzjoni tat- triathlon, kont tipprattika xi sport? Meta għalaqt 30 sena kont bdejt nimxi b'mod regolari bħala eżerċizzju u kont daħħaltha f 'moħħi li nimxi r-rotta tan- nofs maratona ta' Malta. Dan għamiltu fl-2006 u minn hemm bdejt niġġoggja ftit u wara bdejt nikkompeti fil-ġiri fit- tul. Ħadt sehem f ' ħafna ġirjiet lokali, fosthom 14-il darba nofs maratona, darbtejn il-maratona u erbgħa darbiet il-Malta Challenge Marathon. Matul dan kollu kont dħalt membru ma' St. Patrick's Athletic Club u fi ftit xhur aċċettajt ir-rwol ta' Segretarju ta' dan il-klabb. Peress li kelli xi ħbieb li jipprattikaw it-triathlon, bdejt nitħajjar u għamilt l-ewwel triathlon fl-2009. Fl-istess żmien kont għent biex niftaħ sezzjoni tat-triathlon fi ħdan is-St Patrick's u fl-aħħar tal-2009 ġejt innominat bħala delegat fuq il-Kunsill tal-Federazzjoni. Meta fl-2011 il- President tal-Federazzjoni ma kienx ħa jikkontesta l-kariga, ġejt inkorraġġut noħroġ u lħaqt President f 'Diċembru tal-2011. X'responsabbilità ġġorr magħha l-kariga ta' President tal-Malta Triathlon Federation? Il-kariga ta' President hija mhux biss unur, imma fuq kollox responsabbilità kbira. Għalija, l-aktar fattur importanti hu li tħares 'il quddiem pass aktar mis-sitwazzjoni preżenti u li tkun kapaċi tmiss il-polz tal-isport u l-isportiv. Apparti mix-xogħol amministrattiv u eżekuttiv, jinvolvi ħafna ħin ta' negozzjati ma' kull min għandu sehem fl-isport: atleti, kowċis, klabbs, sponsors, amministraturi oħra, entitajiet sportivi kemm fuq bażi lokali kif ukoll internazzjonali. Ħafna drabi wkoll trid tmidd idejk għax-xogħol specjalment fil-preparamenti tat- tlielaq. Trid iżżomm quddiem għajnejk li tkun ġust ma' kulħadd u taħdem għat-titjib tal-isport anke jekk dan forsi jista' jagħmlek tidher antipatiku f 'għajnejn xi wħud. Trid tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet li jistgħu jkunu ibsin u tagħti direzzjoni dejjem anke meta is-sitwazzjoni tkun imwiegħra. X'tinvolvi eżatt it-triathlon? It-Triathlon huwa sport relattivament modern li jinvolvi t-tliet dixxiplini sportivi tal-għawm, iċ-ċikliżmu u l-ġiri. Dawn it-tliet dixxiplini jistgħu jingħaqdu f ' formati oħra biex jiffurmaw tlielaq mutlisport oħra, bħala pereżempju Duathlon (ġiri, ċikliżmu u ġiri) jew Aquathlon (ġiri, għum u ġiri). Hemm diversi distanzi ta' triathlon, li jvarjaw minn tlielaq super-sprint (ta' madwar nofs siegħa) sa tlielaq twal li jieħdu 10, 12, 15-il siegħa biex titlesta. L-aktar distanza popolari hija d-distanza 'standard' jew olimpika, li tikkonsista f ' 1.5km ta' għawm, 40km ta' ċikliżmu u ġirja ta' 10km. Ilkoll nafu kemm it-triathlon huwa sport li fih trid tkun aġli mmens. X'tikkummenta? Il-fatt li għandek 3 dixxiplini hu fattur li jitlob mill-atleta mhux biss aġilità u saħħa, imma wkoll preparazzjoni mentali kbira. Irid ikollok prattikament kull muskolu ta' ġismek qed jaħdem tajjeb ħafna peressli qed tuża il-partijiet kollha tal-ġisem. Dan ifisser ukoll li it-taħriġ joffri opportunità għal min ikollu injury biex jibqa' jittrenja u mhux jieqaf kompletament. Huwa minnu li dan l-isport jinvolvi ħafna injuries? Ma naqbilx. L-injuries jiġu meta wieħed ma jkunx ippreparat sew jew biżżejjed. Bla dubju, wieħed irid jibda bil-mod kemm bħala intensità kif ukoll bħala tul u jipprogressa bil-mod biex jagħti ċans lil ġismu jaddatta ruħu. Jekk wieħed jittrenja bil-għaqal, idealment taħt gwida ta' kowċ serju u ppreparat, jista' jippratika dan l-isport mingħajr problemi kbar. X'sagrifiċċji / commitments jinvolvi dan l-isport? L-ewwel nett wieħed irid iħares lejn il-fattur tal-ħin. Dan hu sport li jekk m'għandekx numru ta' sigħat sostanzjali fil-gimgħa għalih, aħjar ma tħarisx lejh. Speċjalment jekk tkun qed tħares lejn tlielaq twal, trid tkun ippreparat li tagħmel perjodu mhux żgħir fejn il-focus prinċipali huwa t-taħriġ u l-preparazzjoni.Hemm ukoll il-commitment finanzjarju għax meta tqis l-apparat li trid speċjalment għaċ- ċikliżmu, il-ħlasijiet ta' postijiet biex tittrenja, kowċing, tlielaq, u oħrajn, l-ispiża mhix waħda żgħira. Però, meta tlesti triathlon, tħoss sodisfazzjon kbir 'Li tkun President tal-Malta Triathlon Federation Cristian Antony Muscat Cyprian Dalli - President tal-Malta Triathlon Federation u li jaħsem qatigħ għall-akbar ġid ta' dan l-isport, li kulma jmur qed jikber l-popolarità f 'pajjiżna. "Jien ninkoraġġixxi lil kull min jixtieq sport li jisfidah u joffrilu sodisfazzjon biex jitħajjar għat- triathlon. Illum il-ġurnata għandna atleti minn 6 snin sa 'l fuq minn 60 sena, nisa u rġiel minn kull settur tal-ħajja. Il-klabbs li huma affiljati magħna joffru servizzi tajbin ħafna u jistgħu jidderieġu lill- atleta li jkun qed jitħajjar iżda ma jafx minn fejn se jibda."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018