Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 Minn Yendrick Cioffi LAĠENZIJA internazzjonali tal-kreditu DBRS għolliet il-klassifika ta' Malta minn A għal A High. Fl-istess ġurnata, l-aġenzija Moody's ukoll għolliet ir-rating ta' Malta minn A3 stable għal A3 positive. Din kienet l-ewwel darba li din l-aġenzija għolliet il-klassifika ta' Malta mill- 2013 'l hawn. Fir-rapport tagħha, DBRS qed tbassar li d-dejn tal-pajjiż se jonqos għal 41.2% tal-ġid nazzjonali sal-2022. Dan ifisser 7 punti perċentwali inqas mit-tbassir preċedenti. Skont DBRS, l-ekonomija Maltija qed tkompli tiġi xprunata 'l quddiem u tiddeskrivi lil Malta bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li sejjer tajjeb fiż-Żona Ewro. DBRS turi kif it-tkabbir ekonomiku bejn l-2013 u l-2017 kien ta' 6.4%, jiġifieri tliet darbiet aktar mir-rata medja kkalkulata bejn l-2004 u l-2012. Fost l-isfidi li jagħmlu lill-ekonomija Maltija vulnerabbli, DBRS issemmi l-garanzija fuq is-self tal-intrapriżi li huma tal- istat u s-settur finanzjarju "konċentrat." Issemmi wkoll il-pressjonijiet li jista' jkun hemm fuq is-sistema tal- pensjonijiet u anke l-qasam tas-saħħa, minħabba li l-ispejjeż relatati mal-età huma mbassra li jikbru. L-ekonomisti jbassru wkoll li l-ekonomija Maltija se tkompli tikber bir-rata ta' madwar 5% sal-2020. Min-naħa tagħha, Moody's qalet li d-deċiżjoni tagħha li ttejjeb il-pożizzjoni tagħha kienet ibbażata fuq żewġ fatturi, il-fatt li l-Gvern tejjeb il-finanzi tiegħu waqt li naqqas id-dejn u l-garanziji fuq id-dejn. Il-Moody's qalet li s-sena li għaddiet, il-Gvern laħaq surplus ta' 1.5% tal-ġid nazzjonali, kontra defiċit ta' 3.5% fl-2012. Innutat ukoll li parti mit-titjib kien dovut għad- dħul mill-programm ta' ċittadinanza b'investiment iżda l-akbar parti kienet ġejja mill-konsolidazzjoni fiskali u anke mit-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Saħqet li jekk Malta tibqa' sejra hekk, tkun tista' tgħolli r-rating tagħha għal-livell ta' A2. Min-naħa tiegħu, fi stqarrija, il-Gvern laqa' dawn "l-aħħar ċertifikati għal pajjiżna" u qal li jara dan bħala bażi soda għal aktar titjib fiż-żmien li ġej. B'referenza għar-rapport tad-DBRS, il-Gvern qal li minkejja "kampanja kontra l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-ekonomisti jisħqu li l-ambjent politiku f 'Malta huwa stabbli u li l-Gvern qed jaħdem biex il-governanza tissaħħaħ u jitjieb ukoll il- qafas istituzzjonali. 1691- Bandu għall-Kuraturi - Repubblika ta' Malta - Lill-Marixxall tal-Qrati Ikun jaf kulħadd illi b'digriet mogħti fl-24 ta' Ottubru, 2017, il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fuq talba ta' Ann Jenkins (KI 0045261A) ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw il-wirt battal ta' Rosina Scerri, flatti taċ-Ċedola ta' Depożitu u Kontestwali Fidi ta' Ċens numru 1738/2017, fl-ismijiet Ann Jenkins (KI 0045261A) vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' Ċedola ta' Depozitu u Kontestwali Fidi ta' Ċens, ippreżentata fit-23 ta' Ottubru, 2017, fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fl-ismijiet Ann Jenkins, pensjonanta, mart David Brian Jenkins minnu legalment separata, bint Reginald Percy Ward u Anne née Brookes, imwielda Smethwick, irRenju Unit, fit-23 ta' Settembru, 1939, u residenti San Pawl il-Baħar, Malta, u detentriċi tal-karta tal- identità Maltija numru 0045261A VS Kuraturi Deputati sabiex jirrappreżentaw il-wirt battal ta' Rosina Scerri, Illi l-esponenti Ann Jenkins (ID 0045261A) akkwistat il-fond appartament deskritt fiċ-Ċedola ta' Depożitu u Kontestwali Fidi ta' Ċens; Illi l-appartament inkwistjoni huwa r-residenza ordinarja tal-esponenti; Illi 'l fuq imsemmi appartament huwa suġġett għal ċens annwu u perpetwu mhux revedibbli, ammont speċifikat fl-istess Ċedola ta' Depozitu u Kontestwali Fidi ta' Ċens, pagabbli lil Rosina Scerri jew is-suċċessuri tagħha; Illi l-werrieta fit-titolu ta' Rosina Scerri mhux magħrufa u l-esponenti tixtieq tipprevalixxi ruħha mill- fakultà mogħtija lilha permezz tal-Artikolu 1501 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal- Liġijiet ta' Malta) u tifdi dan l-istess ċens ai termini tal-istess liġi billi tiddepożita s-somma ta' €372.60 li tirrappreżenta l-valur tal-imsemmi ċens kapitalizzat bil- 5% biex jiġu liberament żbankati mill-kuraturi deputati nominati biex jirrappreżentaw il-wirt battal ta' Rosina Scerri, wara li titħalla d-debita riċevuta skont il-liġi. Interpellant: Ann Jenkins (KI 0045261A), No. 31, Trafalgar, Flat 6, Triq l-Imrejkba, San Pawl il-Baħar - Notifiki: Kuraturi Deputati, Qrati Superjuri, il-Belt Valletta Direttur tar-Reġistru Pubbliku, Il-Belt Valletta Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f'dan ir-Reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din ilQorti tgħaddi tagħżel Kuraturi tal-Uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl- esekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bixxhieda tal-Onor. Imħallef Miriam Hayman, LLD, Duttur talLiġi. Illum l-24 ta' Ottubru, 2017 Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum it-Tnejn, is-6 ta' Novembru, 2017 Avv. Dott. Frank-Luke M. Attard Camilleri, LLD Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali DBRS u Moody's jagħtu ċertifikat pożittiv lill-ekonomija Maltija Din kienet l-ewwel darba li Moody's għolliet il-klassifika ta' Malta mill-2013 'l hawn Il-ħaddiema tal-Kunsill ta' San Pawl bla paga Il-PN jitlob li jitħallsu mir-Reġjun tat-Tramuntana... ILPARTIT Nazzjonalista fi stqarrija sostna li b'dispjaċir jinnota li l-ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ma ngħatawx il-pagi dovuti lilhom, "pagi li suppost tħallsu lbieraħ. Dan seħħ minkejja li l-Kunsillieri Lokali Nazzjonalisti ta' San Pawl il-Baħar ilhom mill-21 ta Frar 2018 jitolbu informazzjoni lill-Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv biex tinfurmahom x'arranġamenti saru biex jitħallsu l-pagi dovuti lilhom." Il-PN fakkar li fil-21 ta' Frar 2018, il- Kunsillieri Nazzjonalisti bagħtu imejl lill- Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv fuq dan is-suġġett, u "peress li ma ngħatawx risposta, intbagħtu imejls oħrajn fuq l-istess suġġett fit-22 u t-23 ta' Frar 2018 sakemm fl-aħħar ingħatat risposta mingħand l-Aġent Deputat Segretarja Eżekuttiv li l-każ qed jiġi diskuss mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Minkejja li l-ġurnata tal-ħlas tal-pagi skadiet, jidher li dawn id-diskussjonijiet ma wasslu mkien u l-ħaddiema tal-Kunsill Lokali baqgħu bla pagi." Il-PN afferma illi fin-nuqqas ta' azzjoni mill- Gvern ċentrali sabiex jassigura li l-pagi dovuti jitħallsu lil dawn il-ħaddiema, il-Kunsillieri Nazzjonalisti talbu lill-President tar-Reġjun Tramuntana, li l-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar jagħmel parti minnu, sabiex jintervjeni u jieħu l-azzjoni sabiex dawn il-pagi jiġu mħallsa mir- Reġjun. Eventwalment, meta l-Kunsill Lokali jerġa' jibda jopera kif suppost, jiġu rifużi lura lill-istess reġjun. Il-Partit Nazzjonalista għal darb'oħra assigura lir-residenti kollha ta' San Pawl il-Baħar li se jibqa' sal-aħħar jiddefendi d-drittijiet tal-għażla ħielsa li għamlu fl-aħħar elezzjoni li għaddiet tal-Kunsilli Lokali. 'Dawn problemi li ħoloq il-PN...' Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista sostna li l-PN jrid jieqaf "jipprova jwaħħal f 'ħaddieħor għall-problemi li ħoloq hu f 'San Pawl il-Baħar." Il-PL ħa nota kif il-Gvern ħa l-passi kollha meħtieġa bil-għan li "tkun implimentata d-deċiżjoni li tat il-qorti b'rabta ma' dan il- Kunsill Lokali fl-aħħar ġimgħat. Issa l-ballun jinsab f 'saqajn il-Partit Nazzjonalista li jrid iwieġeb hu wkoll għall-fatt li l-ħaddiema baqgħu mingħajr salarju. Dan għax kienet ukoll kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista li rrifjutat li tmur tieħu l-ġurament bħala l-iktar kunsillier anzjan skont il-liġi, b'mod li kienet iżżomm għaddej l-operat tal-Kunsill Lokali," temmet tgħid l-istqarrija tal-PL. Il-kwistjoni u l-inkwiet kollu f 'dan il- Kunsill imur lura għar-riżenja tal-eks Sindku Graziella Galea, wara li l-Kunsillieri tal-Partit Laburista flimkien ma' tnejn li kienu ħarġu mal-PN kienu ressqu mozzjoni ta' sfiduċja fiha. Dawn it-tmien Kunsillieri, li allura jifformaw maġġoranza fil-Kunsill ta' 13-il Kunsillier, riedu jaħtru Sindku Laburista, xi ħaġa li l-PN qed jopponi hekk kif fl-aħħar elezzjoni tal- Kunsilli Lokali kien proprju dan il-partit li kiseb maġġoranza relattiva ta' voti. Il-PN ressaq mandat fil-konfront tal-Kunsill u issa fetaħ kawża biex fi kliemu stess tkun irrispettata d-deċiżjoni tar-residenti fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali l-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza relattiva ta' 47.7%, b'3,701 vot filwaqt li l-PL kiseb 46.9%, jew 3,639. Minkejja li dan huwa wieħed mill- aktar riżultati qrib f 'din l-elezzjoni, kienu biss 39% tal-votanti li vvutaw. Intant tard waranofsinhar il-Ministru Owen Bonnici ħabbar li se jkun qed jeżerċità l-poteri tiegħu u ordna lill-Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv biex b'konsultazzjoni mal-iktar kunsillier anzjan li jaċċetta l-kariga li jmexxi laqgħa, għandhom immedjatament jassiguraw li tissejjaħ laqgħa urġenti tal-kunsill lokali biex jiġu eletti sindku u viċi sindku skont din id-direzzjoni mogħtija mill-Ministru Bonnici, u jittieħdu l-passi kollha amministrattivi sabiex il-funzjonijiet tal-kunsill lokali jkunu qed jinqdew.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018