Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Sports 31 li huwa bil-wisq ikbar mis-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt. Int ukoll il-moħħ wara l-Akkademja tat-Triathlon li tant qed tikseb suċċess f 'pajjiżna. Tagħtina iktar dettalji? Meta għamilna studju fl-2012, konna rajna li l-ikbar nuqqas li kellna f ' pajjiżna kien il-fatt li ma kellniex żgħażagħ li jipprattikaw dan l-isport. Ghalhekk ingħaqadna ma' Sport Malta u mal-European Triathlon Union biex fl-2013 waqqafna il-Malta Youth Triathlon Academy, jew kif inhi magħrufa, il-MYTA. Il-moħħ wara dan il-proġett kien Dermot Galea li ħadem bla heda biex jara dan il-proġett jirnexxi. B' sodisfazzjoni ngħid li dan il-proġett kien suċċess u l-MYTA għadha għaddeja tajjeb ħafna, b'entużjażmu kemm mit-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu, kemm mill-kowċis kif ukoll mill-ġenituri tat-tfal. Mis-sena l-oħra bdejna norganizzaw tlielaq apposta għat-tfal u ż-żagħżagħ fl-istess post mat-tlielaq uffiċċjali biex inkomplu nħeġġu aktar parteċipazzjoni. Kemm hemm konkorrenza minn tfal u / jew żgħażagħ f 'din l-imsemmija Akkademja? Illum il-ġurnata, għandna madwar 50 tifel u tifla minn 7 sa 16-il sena li huma parti mill-MYTA. Għandna 3 gruppi b' kollox. Il-grupp tal-Cadets li jinkudi fih it-tfal ta' taħt il-11-il sena, il-grupp tal-Youths u l-grupp tal-Performers. Dawn tal-aħħar jittrenjaw 5 darbiet fil- ġimgħa mal-Akkademja. Rigward riżorsi biex tittrenja dan l-isport hemm biżżejjed f 'pajjiżna meta kkumparati ma' pajjiżi oħra? Issibu għajnuna fosthom dik finanzjarja mill- Gvern jew minn organizzazzjonijiet oħra? Fil-qasam sportiv lokali, ma tantx tista' tqabbel ma' pajjiżi oħra, speċjalment ma' pajjizi kbar. Iżda l-għajnuna min-naħa tal-Kumitat Olimpiku Malti u ta' SportMalta qiegħda dejjem tikber u ta' dan il- Federazzjoni hija rikonoxxenti ħafna. Waħda mill-problemi prinċipali li jsibu l-atleti huwa n-nuqqas ta' rispett minn uħud mis-sewwieqa waqt li jkunu qed jitħarrġu fit-toroq. Importanti li wieħed jgħaddi messaġġ li s-sewwieqa għandu jkollhom ftit aktar paċenzja u attenzjoni għall-atleti fit-triq. FTIT tal-ġimghat ilu, int ġejt ikkontestat għall-kariga ta' President tal-Malta Triathlon Federation, madankollu erġajt ittrijonfajt. Tina iktar dettalji. Interessanti huwa l-fatt li din kienet l-ewwel darba fit-32 sena tal-istorja tal-Federazjoni li kien hemm bżonn elezzjoni għall-Presidenza. Kienet xi ħaġa pożittiva ferm anke l-fatt li aktar minn 80% ta' dawn eliġibili għal-vot attendew u vvutaw f 'din l-elezzjoni. Minn hawn nerġa' nirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom jivvutawli u nħeġġeġ li dawk li ma vvutawlix sabiex iressqu l-proposti tagħhom u flimkien naħdmu għall-ġid tal-isport tagħna. Fil-fatt, il-ħidma ġa bdiet u waqqafna numru ta' kummissjonijiet biex jiddiskutu u joffru suġġerimenti dwar id-diversi aspetti tal-oqsma tal-isport tat-triathlon f 'Malta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li qed jitħajru jagħmlu karriera f 'dan l-isport tat-triathlon. Jien ninkoraġġixxi lil kull min jixtieq sport li jisfidah u joffrilu sodisfazzjon biex jitħajjar għat-triathlon. Illum il- ġurnata għandna atleti minn 6 snin sa 'l fuq minn 60 sena, nisa u rġiel minn kull settur tal-ħajja. Il-klabbs li huma affiljati magħna joffru servizzi tajbin ħafna u jistgħu jidderieġu lill-atleta li jkun qed jitħajjar iżda ma jafx minn fejn se jibda. Fl-istess waqt, aħna bħala Federazjoni nagħtu l-għajnuna tagħna wkoll. Wieħed jista' jsib aktar tagħrif fuq is-sit elettroniku, www. triathlonmalta.org u jikkuntattjana fuq l-indirizz elettroniku, info@ triathlonmalta.org, jew fuq il-paġna tagħna fuq facebook. Ritratt: James Bianchi Federation huwa ta' unur u responsabbilità kbira' Twieled t-12 ta' Frar tal-1975. Huwa l-President tal-Malta Triathlon Federation u li jaħdem qatigħ għall-akbar ġid ta' dan l-isport, li kulma jmur qed jikber l-popolarità f 'pajjiżna. Ġie kkonfermat f 'din il-kariga permezz ta' elezzjoni ftit tal-ġimgħat ilu. Cyprian Dalli "Dan hu sport li jekk m'għandekx numru ta' sigħat sostanzjali fil-ġimgħa għalih, aħjar ma' tħarisx lejh. Speċjalment jekk tkun qed tħares lejn tlielaq twal, trid tkun ippreparat li tagħmel perjodu mhux żgħir fejn il-focus prinċipali huwa t-taħriġ u l-preparazzjoni. Però, meta tlesti triathlon, tħoss sodisfazzjon kbir li huwa bil-wisq ikbar mis-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018