Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 ...tkompli minn paġna 5 INBIDLET l-arma tal-partit biex il-ġdida fiha ħafna aktar abjad u ħafna inqas aħmar (il-kulur assoċjat max-xellug u mas-Soċjalisti), ma baqax jitkanta l-innu uffiċjali tal-Partit Laburista ('Lejn din l-għaqda fis nittajru...' kantata minn Mary Spiteri) u saħansitra nbidel l-isem biex mill-Malta Labour Party (MLP) sar Partit Laburista (PL) – (ħalliha li mal-MFSA għadu reġistrat bħala Malta Labour Party.) Wara Muscat, f 'kull elezzjoni fuq il-palk kellek dejjem skjerati żgħażagħ puliti, lebsin ħwejjeġ sbieħ li għad-deher huma persuni 'moderni', bi ħsieb frisk u żgħażugħ u (għad-deher) li ġejjin mill-klassi tan-nofs. Għall-fini ta' messaġġ politiku ftit li xejn jiswew. Iċapċpċu xħin jgħidulhom iċapċpu u jqumu bilwieqfa kull xħin jgħidulhom. Kollox teatru u teatrin! Imma fil-verità dan it-teatru politiku jiswa biex ibiddel l-immaġini ta' partit li sal- 2008 kien assoċjat mat-telf u esklussivament ma' klassi waħda tal-poplu. L-għażla tan-nies, l-għażla tal-etajiet u l-għażla tad-dehra kienet konxja mhux spontanja. Kienet magħmula biex min kien qed isegwi seta' jara fil-PL u f 'Muscat persuni li setgħu jidentifikaw magħhom. Il-Partit Laburista kien sar sinonimu fil-perċezzjoni, anke jekk mhux ġust jew reali, li huwa partit maqtugħ miż- żgħażagħ, partit antikwat, li mhux 'cool'. Dan inbidel. Fl-aħħar tmien snin, il-labour sar attraenti tant li Muscat ġibed u għadu jiġbed il-maġġoranza ta' dawk fl- etajiet ta' bejn 18 u 35 sena lejh (l-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday juri illi 43.4% ta' votanti ta' din l-età jafdaw lil Muscat l-aktar, filwaqt li 14% biss jafdaw lil Delia). Dan kien xejn inqas minn miraklu fil-kapaċitajiet ta' marketing, li wassal biex illum għandna ġenerazzjoni ta' żgħażagħ (16+) li għalihom il-Partit Laburista huwa partit Ewropejist u Liberali, kapitalist u "korrot" (imma "korrott daqs l-oħrajn"), il-partit ta' Joseph Muscat... li mexxa l-presidenza tal-UE. Għal ħafna minnhom l-partnership u l-fatt li l-Labour ried din it-tip ta' għaqda mal-UE, huwa kunċett aljen u irrelevanti għal ħajjithom illum. Muscat kamalejonte; jinbidel u jadatta Saħħa partikolari li rnexxielu jikseb Muscat kien proprju dak tal-kapaċità li jkun flessibbli fl- ideat tiegħu. Hemm min jgħid li l-flessibilità tiegħu hija fil-fatt opportuniżmu, superfiċjalità u ipokrezija. F'diversi kwistjonijiet Muscat biddel il-fehma jew il-pożizzjoni tiegħu meta jew 1) ħass li ma kellux iktar raġun jew inkella meta (u probabilment kienet din) 2) ħass li kellu aktar ċans jirbaħ/ma jitlifx voti jekk ibiddel il-pożizzjoni tiegħu. Kellna l-każ tat-tibdil fil-ħsieb tiegħu fuq iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess u l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess ukoll. Riċentement rajnieha wkoll fil- każ tal-art taż-Żejtun. Kien ċar illi d-deċiżjoni kienet ittieħdet diġà biex medda ta' art issir fabbriki, kieku ma ntbagħtux l-ittri ta' żgumbrament. Malli filmat mtella' fuq is-sit illum.com.mt beda jinxtered mal-mezzi soċjali minn mijiet ta' persuni, nħolqot u kienet ikkreata oppożizzjoni reali għall-iżvilupp, ħafna minnha ġejja minn persuni li normalment jivvutaw lill-Partit Laburista. Jidħol Muscat fil-kwistjoni żewġt iĦdud ilu, jieħu pass lura, iwiegħed bilanċ u jindika li l-iżvilupp jista' jsir xi mkien ieħor. Għalkemm id-deċiżjoni mhux finali dan juri illi meta jħoss li jista' jiggwadanja jew ma jitlifx ammont ta' voti u jżomm sezzjoni tal-poplu kuntent, Muscat huwa ħafna iktar flessibbli mill-avversarji kollha li kellu s'issa. Dan jibqa' jagħmlu aktar attraenti għall-firxa wiesgħa ta' votanti. Ir-rebħiet li għollewh Joseph Muscat f 'dawn l-10 snin wassal għall-akbar rebħiet li qatt kiseb il-PL u li fil-fatt qatt kiseb partit politiku fl-aħħar snin. Muscat mexxa lill-PL fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009 li fiha l-istess partit kiseb 135,917-il vot, jew maġġoranza ta' 35,431 vot favur il-PL. Fl-2014, f 'elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew il-PL kiseb 134,462 vot, jew maġġoranza ta' 33,677 vot favur il-PL. Fl-2013 Muscat mexxa lill- PL għal rebħa b'maġġoranza ta' 35,107 voti favur il-PL filwaqt li s-sena l-oħra Muscat rebaħ b'maġġoranza ta' 35,288 vot fuq il-PN/PD. Dawn ir-rebħiet storiċi u l-fatt li minkejja kull kwistjoni Muscat irnexxielu jżomm livell ta' appoġġ massiċċ u kostanti għal dawn l-aħħar disa' snin, juri illi minkejja l-kritika, l-iskandli u anke l-kwistjonijiet serji (ara iktar 'l quddiem f 'dan l-artiklu) l-popolarità ta' Muscat baqgħet ftit li xejn imxellfa. L-effett ta' dan kien li kabbar il-persuna politika ta' Muscat. Minkejja kull żelqa u minkejja kull żball, l-aħħar li jbati u l-anqas li jbati f 'termini politiċi huwa Muscat. Daqslikieku Muscat illum jippersonifika l-edifiċju kollu tal-Partit Laburista u allura li dak li jkun jagħti aktar benefiċċju tad- dubju lilu milli lil ħaddieħor. Sa ċertu punt, dan huwa periklu serju. Jekk maġġoranza tal-poplu jieqfu jagħtu l-benefiċċju tad-dubju lil Muscat, l-'edifiċju' Laburista jaqa' u magħha l-moviment li bena Muscat fl-aħħar snin. Attakk politiku serju fuq Muscat jista' jkun l-aktar wieħed dannuż. Panama: L-għerq tal-problemi kollha U fil-fatt meta l-PN ried li jkisser dan l-edifiċju, hekk għamel. Attakka lil Muscat permezz tal-istorja ta' Egrant u ttama li biżżejjed nies, speċjalment meta tqis fatturi Muscat: Dak li għollieh, dak li Maġġoranzi, Panama, VGH, ekonomija, torċa, ottimiżu u lejn dik l-għaqda fi s nittajru... 10 snin ta' Joseph Muscat Muscat jirbaħ l-elezzjoni tal-2013 Mill-promotur tal-Partnership għall- mexxej tal-Presidenza Maltija Konrad Mizzi elett Deputat Mexxej, ftit biss wara li Daphne Caruana Galizia tiżvela li huwa sid ta' kumpanija fil-Panama Michelle Muscat fin-nofs ta' allegazzjoni serja fuqha li skussjat lill- Gvern ta' Joseph Muscat