Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet Żewġ sewwieqa b'12-il punt… l-ebda liċenzja revokata Kulħadd attent kif isuq ma jmurx jakkwista xi punt... imma qed taħdem dis-sistema ? MILLBIDU ta' Diċembru, kemm ilha li ġiet estiża għal kulħadd is-sistema tal-penali tal-punti, żewġ sewwieqa laħqu t-tnax-il punt iżda l-ebda liċenzja għadha ma ġiet revokata b'mod effettiv. L-ILLUM staqsiet lil Transport Malta u anke lill-Aġenzija għas-Sistema tal- Infurzar Lokali (LESA) dwar l-andament ta' din is-sistema u jekk hux qed tħalli r-riżultati mixtieqa. Transport Malta spjegat kif f 'inqas minn tliet xhur hemm żewġ sewwieqa li qed jirriskjaw li jitilfu l-liċenzja iżda bħalissa għadhom fiċ-ċans li jappellaw jew iressqu petizzjoni quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet. Mistoqsija dwar ir-riżultati li qed tħalli din is-sistema, il-LESA spjegat kif bejn Diċembru tal-2016 u Jannar 2017 ingħataw 11,071 ċitazzjoni. Bejn Diċembru li għadda u Jannar ta' din is-sena, ingħataw 9,443. Dan ifisser li minn meta din is-sistema bdiet tapplika għal kulħadd u mhux għas- sewwieqa l-ġodda biss, ingħataw 1,628 ċitazzjoni inqas mill-istess perjodu tas-sena ta' qabel. Fi kliem il-LESA, din hija indikazzjoni ċara li s-sewwieqa qed joqogħdu aktar attenti, l-aktar f 'dawk il-kontravenzjonijiet li hemm abbinati magħhom il-punti. L-ILLUM tinsab infurmata li l-aktar kontravenzjoni li naqset hija dik marbuta mal-użu taċ- ċinturin tas-sigurtà. L-aktar kontravenzjoni komuni hija marbuta mas-sewqan eċċessiv u jidher li l-ispeed cameras qed iwaħħlu ammont ta' punti mhux ħażin. Iżda matul dawn il-ġimgħat ma kienx kollox ward u żahar għal din is-sistema. Sidien li jamministraw diversi vetturi kummerċjali, kif ukoll tal-kiri, ressqu diversi lmenti għax il-punti marbuta ma' kontravenzjonijiet li wettqu impjegati jew klijenti tagħhom, bdew jakkumulaw fuq il- liċenzji tagħhom. Meta vettura ma titwaqqafx, iċ-ċitazzjoni ma toħroġx fuq ix-xufier iżda fuq il- persuna li fuqha jkun hemm il-karozza rreġistrata. Kien għalhekk li diversi sidien bdew jispiċċaw jeħlu l-punti għal kontravenzjonijiet li ma jkunux wettqu. Dwar dan il-Kamra għan- Negozji Żgħar u Medji (GRTU) kienet ilmentat li s-sistema qed taffettwa b'mod inġust lis-sidien tan-negozji u kienet ħeġġet lill-Gvern biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet. Madanakollu, id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni kien kiteb fuq it-Times of Malta jinsisti li ma għandux ikun eċċezzjonijiet għas- sistema tal-punti tal-penali. Biex jiġu indirizzati l-ilmenti li tressqu minn dawn is- sidien, li skont il-Ministeru jagħmlu parti mill-GRTU, il-LESA waqqfet sit (les. gov.mt) fejn persuna tista' tirreġistra fl-e-services u b'hekk timmaniġġja portal personali tagħha tal-karozzi kollha li għandha rreġistrati fuq isimha. F'dan is-sit, persuna tista' tħallas ċitazzjoni, tissottometti petizzjoni, kif ukoll tkun infurmata fl-istess ġurnata b'SMS jew email li vettura rreġistrata fuq isimha qalgħet kontravenzjoni. Dan l-istess sit għandu wkoll sessjoni fuq il-punti penali fejn persuna tista' tniżżel dikjarazzjoni u tindika min kien is-sewwieq f 'każi ta' kontravenzjonijiet tal-ispeed cameras. Stqarrija li kienet inħarġet mill-Ministeru tispjega kif din id-dikjarazzjoni tiġi ffirmata kemm minn sid il-vettura u anke mis-sewwieq u jekk dan jaċċetta li l-kontravenzjoni tinħareġ fuqu, il-punti penali jiġu trasferiti fuqu. Fost affarijiet oħra, jekk vettura tkun mikrija għal tul ta' żmien, is-sid jista' jniżżel dikjarazzjoni mil-istess sit fejn tiġi indikata d-data minn u sa meta u lil min il-vettura ġiet mikrija. B'hekk, għal dak il- perjodu, kull kontravenzjoni tinħareġ fuq is-sewwieq direttament. Fuq din is-sistema diġà hemm irreġistrati 25,000 persuna u skont il-Ministeru qed ikun hemm medja ta' 385 reġistrazzjonijiet ġodda fil- ġimgħat. Qabel l-1 ta' Diċembru 2017, din is-sistema tal-punti kienet tapplika għas-sewwieqa l-ġodda, iżda issa tapplika għas-sewwieqa kollha. Meta persuna tilħaq 12-il punt f 'perjodu ta' sena, il- liċenzja tiġi revokata. F'każ li l-liċenzja tas-sewqan tkun revokata għall-ewwel darba, is-sewwieqa jkunu mitluba jirritornaw il-liċenzja lil Transport Malta. Din tingħata lura xahrejn mid-data li l-liċenzja tkun ġiet ritornata, mingħajr ma jkun hemm bżonn tat-test tas-sewqan. Iżda, meta l-liċenzja tkun revokata għat-tieni darba, f 'perjodu ta' tliet snin, is- sewwieqa jistgħu japplikaw għal liċenzja tas-sewqan wara xahrejn mir-revoka. F'dan il-każ, is-sewwieqa jkollhom jerġgħu jagħmlu l-eżami tas- sewqan mill-ġdid. Meta s-sewwieqa jilħqu d-9 punti, jirċievu ittra li tinfurmahom bl-ammont ta' punti li akkumulaw. Fost l-aktar kontravenzjonijiet li jġibu magħhom l-aktar punti penali hemm każijiet ta' hit-and- run, is-sewqan perikoluż, is-sewqan mingħajr liċenzja, l-użu tal-mowbajl waqt is- sewqan, użu ta' earphones jew apparat ieħor li ma jħallikx tisma' sew, il-veloċità eċċessiva u s-sewqan taħt l-effett tal- alkoħol jew id-droga u oħrajn. Kontravenzjonijiet oħra jwaħħlu lis-sewwieqa inqas punti iżda jistgħu jagħmlu differenza jekk ikunu magħduda ma' kontravenzjonijiet oħra. Fost dawn hemm penali għal min jgħabbi l-karozza aktar milli suppost, għal min iħalli l-karozza maħmuġa jew mhux fi stat tajjeb, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà u oħrajn u saħansitra anke min jisma' l-mużika b'volum għoli ħafna. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018