Illum previous editions

illum 25 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/946239

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Tender għal erba' snin waqt • Mhux ċar għalfejn il-Gvern baqa' jixtri tagħmir mediku għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li ngħata b'konċessjoni lill-privat • Iċċensurati l-klawżoli fi l-kuntratt li jitkellmu dwar l-apparat mediku FI żmien meta kien diġà tħabbar li l-VGH riedet tbigħ il-konċessjoni tagħha lil Steward Health Care, il-Gvern ippubblika tender biex jixtri apparat għall-Isptar ta' Għawdex u li jintuża għall- operazzjonijiet, fosthom dawk li jsiru bil-proċedura tal-laparoscopy. Dan meta l-isptarijiet ingħataw b'konċessjoni ta' 30 sena lill-privat u kien mifhum li se jkun hu li jinvesti u mhux il-Gvern. Il-fatt li l-Gvern ħareġ tenders biex jixtri tagħmir, din id-darba kollha għall- ispejjeż tal-baġit lokali kien deskritt bħala xi ħaġa "stramba ħafna" minn espert fil-qasam tal-Public-Private Partnerships (PPPs) li tkellem ma' din il-gazzetta. Dan it-tender ġie ppubblikat fit-30 ta' Jannar li għadda, fl-istess ġurnata li fiha l-Assoċjazzjoni Medika Maltija ħabbret li se tordna azzjonijiet industrijali, fis-setturi kollha tas-saħħa, kontra l-bejgħ tal- konċessjoni għat-tmexxija tal-isptarijiet, minn Vitals Global Healthcare għall- kumpanija Amerikana Steward Health Care. It-tender huwa għal perjodu ta' erba' snin u jista' jiġġedded għal sitt xhur oħra. Għall-isptar Ġenerali ta' Għawdex, li issa suppost jinsab f 'idejn Steward, il-Gvern qed jintrabat li jixtri sa massimu ta' €807,000 f 'apparat li jintuża għall-operazzjonijiet u l-proċeduri ta' laparoscopy/ thoracoscopy, jiġifieri operazzjoni inqas invażiva, fejn kirurgu ma jkollux bżonn jiftaħ il-ġisem. Skont l-informazzjoni ppubblikata fl-istess tender (CT 2278/2017) li evalwat l-ILLUM, dan l-apparat se jkun iffinanzjat kollu kemm hu mill-baġit lokali, jiġifieri ma hemm l-ebda għajnuna minn Fondi Ewropej. It-tender, li jagħlaq fis-6 ta' Marzu li ġej, se jkun qed jinbiegħ fi tmien lottijiet u l-fornituri se jkunu qed jitħallsu fuq bażi pay-per- use, jiġifieri l-Gvern se jħallas skont dak li jintuża. Għalkemm it-titlu tat- tender ma jagħmel l-ebda referenza għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fuq ġewwa jipprovdi informazzjoni dwar kull apparat meħtieġ fl-Isptar Mater Dei (MDH) u "fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex/ Vitals Global Healthcare (GGH/VGH)," u kemm ikun hemm bżonn minnu kull sena. Fost il-ħafna apparat, il- Gvern se jkun qed jixtri 400 disposable laparoscopic clip applier (€10,433), 80 curved end to end anastomosis surgical double stapler 28mm - 29mm (€30,258), 96 shears for ultrasonic vessel sealing devices 23cms (€62,481), 800 disposable laparoscopic grasper (€37,336) u 1,120 trocar 5-11mm ( €37,240). Dawn u 67 apparat ieħor, il-Gvern qed jintrabat li jixtrihom sal-2022 u jista' jagħti l-każ li l-istess tender jiġġedded għal 6 xhur oħra. Dan ifisser li bħall-VGH il-kumpanija Amerikana Steward Health Care, ukoll se tkun qed issib apparat ġdid mixtri mill-Gvern permezz ta' tender għall- istess sptar li suppost se tinvesti fih il-kumpanija. Kienet din il-gazzetta li l-Ħadd li għadda rrappurtat kif ħafna mit-tagħmir fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li skont rapporti nbiegħ U erġajna bqajna bla risposta… SALĦIN tal- pubblikazzjoni, il-Ministeru għas- Saħħa baqa' ma weġibx mistoqsijiet mibgħuta mill- ILLUM dwar uffiċċju li twaqqaf f 'Awwissu tas-sena li għaddiet, immexxi min-Nutar Charles Mangion, biex jassigura li l-Vitals Global Healthcare iżommu mal-miri u l-obbligazzjonijiet tagħhom. Dan apparti tmien mistoqsijiet oħra li għalihom, din il-gazzetta, ilha ġimgħat tistenna tweġiba. Kien is-sit Illum.com.mt li nhar it-Tlieta żvela kif il-Ministru Chris Fearne kien waqqaf dan l-uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u ħatar bħala ċermen tiegħu lill-eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u ċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion. Il-Ministeru għadu ma weġibx dwar jekk dan l-uffiċċju ġibidx l-attenzjoni tal-Ministru Fearne dwar nuqqasijiet min-naħa tal-VGH u jekk ittiħdux passi. Lanqas ma wieġeb għalfejn il-Kumitat twaqqaf is-sena li għaddiet u mhux qabel. F'kummenti mal- istess sit, Charles Mangion wieġeb biss li dan il-kumitat iwieġeb direttament lill-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne. Skont il-Ministeru, dan l-uffiċċju twaqqaf biex jikkumplimenta x-xogħol ta' kumitati oħra li twaqqfu skont provediment fil-kumitat orġinali bejn il-Gvern u l-VGH. Il-Ministeru saħaq li issa li Steward iffinalizzat il-ftehim mal-VGH, dan l-uffiċċju xorta waħda se jkompli bis- sorveljanza tiegħu.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 February 2018