Illum previous editions

ILLUM 6 MAY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/977915

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 06 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio MADWAR 100 akkademiku minn diversi fakultajiet fi ħdan l-Università ta' Malta ngħaqdu f 'dokument ta' riflessjoni li juri t-tħassib tagħhom għall-emendi proposti mill-Gvern għal- Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Id-dokument 'Matters of Concern,' jisħaq li l-emendi proposti "jdgħajfu ħafna l-protezzjoni tal-embrijun fl-aktar stadju vulnerabbli tiegħu." Filwaqt li jaqblu mas- servizz tal-IVF kif mogħti bħalissa fl-Isptar Mater Dei, l-akkademiċi jisħqu li "għalkemm il-liġi se żżomm l-istess isem, l-emendi jagħmlu farsa mit-titlu stess għax filwaqt li jindirizzaw il-bżonnijiet ta' ġenitur jew ġenituri prospettivi, kważi jinjoraw għalkollox il-protezzjoni tal-embrijun uman." Fost l-akkademiċi li ffirmaw dan id-dokument hemm l-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Borg, l-eks Imħallef tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem Giovanni Bonello, l-eks Rettur tal-Università Juanito Camilleri, l-Ambjentalista Alan Deidun u oħrajn. Id-dokument jidħol f 'diversi aspetti fosthom l-iffriżar tal-embrijuni, id- donazzjoni tal-isperma jew il-bajda tal-mara u l-kiri tal-ġuf. "L-iffriżar tal-embrijuni... diskriminazzjoni" Dwar l-iffriżar tal- embrijuni, l-akkademiċi jisħqu li dawn l-emendi jassumu li jekk wieħed iżid l-embrijuni ffriżati se jkun qed iżid il-possibilità ta' suċċess, ipoteżi li potenzjalment hija vera. Minkejja dan jisħqu li dan iqajjem diversi mistoqsijiet morali, legali u psikoloġiċi, anke għax il-proċess jinvolvi l-għażla ta' wħud għall- implantazzjoni filwaqt li oħrajn jitpoġġew fil-friża. "Filwaqt li wħud jingħataw iċ-ċans li jiżvillupaw, oħrajn se jitpoġġew f 'limbu ffriżat," jisħaq id-dokument. L-akkademiċi jkomplu jispjegaw li l-għażla bejn embrijun u ieħor tfisser diskriminazzjoni sempliċiment għax ma jistgħu jagħmlu xejn biex jipproteġu l-interessi tagħhom. Lesti jaddottaw embrijuni inferjuri? L-emendi jorbtu wkoll l-iffriżar tal-embrijuni mal- adozzjoni, fejn ġenitur jew ġenituri prospettivi jridu jagħżlu li jagħtu għall- adozzjoni dawk l-embrijuni li ma jintużawx. Dan ukoll ħasseb lill- akkademiċi u staqsew jekk ġenituri prosepettivi hux se jkunu lesti li jaddottaw embrijuni li diġà kienu meqjusa inferjuri fl-ewwel proċess ta' għażla. Bil-liġi kif inhi bħalissa, l-iffriżar tal-embrijuni huwa permessibbli biss f 'każijiet eċċezzjonali, bħal pereżempju meta l-omm tkorri, tweġġa' jew timrad ftit qabel ma jsir il-proċess tal-implantazzjoni. 'Id-donazzjoni tal-gamiti u r-riskju s-saħħa' Dwar id-donazzjoni anonima tal-isperma jew il-bajda, l-akkademiċi jisħqu li wieħed ma jistax jinjora l-fatt li dan iġib miegħu riskji ta' saħħa. Filwaqt li jinnota li l-emendi proposti jaħsbu biex inaqqsu r-riskju tat-trasmissjoni ta' mard ġenetiku, id-dokument jisħaq li din mhijiex l-unika kwistjoni, għax hemm "toqol psikoloġiku" marbut magħha. "Id-donazzjoni anonima tal-gamiti tagħmel farsa mid-dritt tat-tfal li jkunu jafu l-oriġini bijoloġika tagħhom." F'kelma waħda, l-akkademiċi jisħqu li t-tfal kollha għandhom id-dritt ikunu jaf min hu l-veru missierhom u min hi l-veru ommhom. "It-tfal imwielda mid- donazzjoni tal-gamiti qatt mhu se jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu kwalunkwe relazzjoni mal- ġenituri bijoloġiċi tagħhom," ikomplu l-akkademiċi. Id-dokument isemmi wkoll li huwa minnu li hawn rġiel u nisa li minħabba raġunijiet naturali ma jistax ikollhom tfal. Iżda jisħqu wkoll li dawn is- sitwazzjonijiet huma rari u l-bidliet fil-liġi "għandhom ikunu introdotti biex jissalvagwardjaw in-norma u mhux l-eċċezzjoni." Il-kiri tal-ġuf... Id-dokument ma joqgħodx idur mal-lewża. Anke jekk qed jissejjaħ kiri tal-ġuf altruwistiku, għax mingħajr ħlas, l-akkademiċi jisħqu li l-isem huwa "qarrieqi." Skont il-liġi, omm li twelled tarbija, li se titrabba minn ħaddieħor, trid tirrinunzja kull responsabbilità li trabbi l-wild bħala tagħha. Dan ifisser li t-tarbija ma tingħatax iċ-ċans li tkun konċeputa, żviluppata, imwielda u mrobbija mill- istess omm li ġabitha fid- dinja. "Dan huwa mod ieħor kif il-ġisem tal-mara jitqies bħala oġġett," jisħaq id- dokument waqt li jnaqqas ukoll mill-importanza tal- ġenituri fil-ħajja tat-tfal. Filwaqt li l-akkademiċi jsemmu studji li saru u li juru kif il-kiri tal-ġuf f 'ħafna drabi jirnexxi mingħajr l-ebda evidenza ta' ħsara fuq it-tfal, il-parir huwa li dawn il-konklużjonijiet jittieħdu b'kawtela u jsiru aktar studji, anke għax l-istess riċerka msemmija għandha ħafna limitazzjonijiet. L-emendi ma jiħdux inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet diversi L-akkademiċi lmentaw ukoll li dawn l-emendi tressqu mingħajr ma ġew ikkunsidrati l-opinjonijiet diversi li ħarġu waqt il- konsultazzjoni pubblika li saret fl-2015. "Ġaladarba ma kien ippubblikat l-ebda rapport bir-riżultati tal- konsultazzjoni, mhuwiex possibbli li wieħed jistabbilixxi l-impatt li l-opinjoni pubblika kellha fuq il-mod kif il-Gvern qed jipproponi li jilleġiżla fuq kwistjoni serja u insensittiva," ikompli d-dokument. Jinnutaw ukoll kif kienet injorata għal kollox il- 'position paper' 'Legislation Regulating Assisted Human Procreation,' li kienet inkitbet minn għadd ta' esperti fuq talba tal- Arċidjoċesi. L-akkademiċi ġejjin minn dawn il-fakultajiet: Tax- Xjenza, tal-Mediċina u l-Kirurġija, tal-Liġi, tat- Teoloġija, tal-Edukazzjoni, tal-Arti, tal-Ekonomija, tal-Managment u l-Accountancy, tax- Xjenza għas-Saħħa, tal- Inġinerija, tat-Teknoloġija għall-Informatika u l-Kommunikazzjoni, tal- Midja u tal-Benessri tas- Soċjetà. 'L-emendi tal-IVF jagħmlu farsa mill- protezzjoni tal-embrijun' Tonio Borg, Giovanni Bonello, Juanito Camilleri u Alan Deidun fost 100 akkade- miku li ppubblikaw dokument biex juru t-tħassib tagħhom dwar l-emendi fi l-liġi tal-IVF jirnexxi mingħajr l-ebda Uħud mill- konklużjonijiet tad- dokument minn perspettiva ta' drittijiet • L-embrijuni ffriżati se jkunu mċaħħda mid-dritt li jiżviluppaw • Terz tal-embrijuni se jmutu malli jinħarġu mill-friża • Embrijuni li jiżviluppaw se jkunu mċaħħda mid-dritt uman għall-identità • L-għażla bejn embrijun u ieħor se tkun diskrimatorja u kontra d-dritt tal-ugwaljanza • Il-liġi se tħares l-interessi ta' min jixtieq ikollu t-tfal b'dettriment tal-aktar persuni vulnerabbli • Il-mara se tkun meqjusa oġġett u kkunsidrata bħala inkubatur • Ommijiet se jiċċaħħdu mir- rabta emozzjonali li tista' tinbet bejn l-omm u t-tarbija waqt li qed tiżviluppa • L-interess tat-tfal mhux se jibqa' l-aktar importanti • Ġenituri se jkunu 'sfurzati' jagħtu l-embrijuni tagħhom b'daqqa ta' pinna • Tfal se jkunu mċaħħda mid- dritt li jkunu jafu l-oriġini bijoloġika tagħhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 MAY 2018