Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 90 52 20 78 66 49 26 64 Tlugħ Nru. 730 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kap- pillan Mifsud, Ħamrun Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi St. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara Regional Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida St. Andrew's Dispensary, 34, Triq il-Qasam, Swieqi Brown's Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, Naxxar Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu Felice Dispensary, 105, Triq is- Santwarju, Żabbar Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Gudja Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 2 għal 3 lokalment BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jiżdied għal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR Ħafif li jsir lokalment moderat IMBATT: Ftit li xejn L-aktar bank kontroversjali f 'Malta jaf titteħidlu l-liċenzja Minn Albert Gauci Cunningham LAWTORITÀ Maltija għas- Sevizzi Finanzjarji (MFSA) għadha kemm ħabbret illi se tkun qed titlob lill- Bank Ċentrali Ewropew biex jirtira l-liċenzja tal- Bank Pilatus. Dan il-bank kien f 'nofs kontroversji u allegazzjonijiet jaħarqu. Fosthom u primarjament l-allegazzjoni illi f 'dan il-Bank kien hemm dokumenti li juru illi Egrant Inc. hija ta' mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat u li għaddew mal-$1 miljun dollaru mill-kont ta' bint il-mexxej tal-Ażerbajġan Aliyev. Fi stqarrija l-MFSA sostniet li wara li Ali Sadr Hasheminejad kien arrestat fuq akkużi li ffroda lill-Istati Uniti, biċ-ċans li jqatta' ħajtu l-ħabs, "bħala riżultat ta' din l-akkuża, l-MFSA m'għadhiex sodisfatta li l-UBO (Ultimate Beneficiary Owner) huwa persuna adattata kif meħtieġ mill-Att Bankarju. Iktar kmieni din is-sena Il-Bank Pilatus ingħata daqqa ta' sieq 'l barra mill- Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA). Fi stqarrija l-MBA kienet qalet illi nnotat l-avvenimenti tal-arrest ta' Hasheminejad u allura keċċiet lill-bank mill-istess assoċjazzjoni. Dan il-bank huwa wkoll il-post fejn kienet taħdem Maria Efimova l-mara wara l-allegazzjoni 'Egrant' u li kienet żvelat ukoll kif il- Bank Pilatus jopera fuq id-depożiti ta' madwar 300 klijent biss, bi ftit minnhom li huma klijenti kbar. Fil-fatt, Daphne Caruana Galizia kienet allegat illi skont sorsi li kellmuha tnejn, minn madwar tliet klijenti kbar tal- bank, huma Heydar Aliyev u Leyla Aliyeva. Iben u bint Ilham Aliyev. Hija kienet qalet ukoll li l-akbar klijent huwa Kamaladdin Heydarov, Ministru fl-Ażerbajġan. Il-familja Aliyev, hija waħda li għandha ġid u poter kbir ħafna. Mart Ilham Aliyev hija sidt fondazzjoni li kellha kontroll sħiħ ta' AtaHolding. Il-bniet ta' Aliyev kienu jikkontrollaw kumpanija inkorporata fil-Panama u tnejn oħrajn fil-British Virgin Islands. L-Ażerbajġan ftit kellha rabta ma' Malta għajr għal iktar kmieni fl-ewwel leġislatura ta' Gvern Laburista illi matulha kien iffirmat ftehim mal-ġgant tal-enerġija mill-Ażerbajġan SOCAR, li kien ifisser il-bini tal-Power Station il-ġdida li taħdem bil- gass f 'Delimara. Meta applika u meta inghata l-licenzja... L-applikazzjoni biex dan il-Bank jiftaħ u jopera f 'Malta beda fl-2012, dak iż-żmien taħt Gvern Nazzjonalista. Il-gazzetta ILLUM kienet fil-fatt żvelat dan. Dokumenti tal-MFSA, li fil-fatt kienu ppubblikati fuq l-istess illum.com.mt juru li r-reġistrazzjoni tal-Pilatus saret fis-6 ta' Diċembru 2013 u ħarġet il-liċenzja tal-Bank fis-6 ta' Awwissu 2015. Dokument ieħor juri li fil-fatt liċenzja oħra li ngħata l-Bank (Trading Licence) kien fl- 2014. '...il-Gvern baqa' jkaxkar saqajh...' Intant fi stqarrija l-PN sostna li r-revoka tal-liċenzja tal-bank Pilatus mill-MFSA "waslet xhur tard bi ħsara għar-reputazzjoni ta' pajjiżna. In-nies kienu ilhom daż- żmien kollu jistennew li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet li kellu jieħu sabiex iħares ir- reputazzjoni tajba tas-settur tas-servizzi finanzjarji u l-impiegi u l-ġid li joħloq dan is-settur. Minflok il-Gvern dam xhur jippersisti biex jieħu d-deċiżjoni li kellu jieħu xhur ilu." "Il-Partit Nazzjonalista ilu aktar minn sena jgħid li l-bank Pilatus ma kellux jaħdem f 'Malta għax kien qed jipperikola lis-settur tas-servizzi finanzjarji filwaqt li jtappan ir-reputazzjoni tajba ta' dan is-settur u ta' Malta madwar id-dinja. Għal raġunijiet li jaf hu biss il- Gvern baqa' jkaxkar saqajh u ma ta' każ ħadd," insista l-PN. Il-Bank Pilatus kien fiċ-ċentru tal-aktar allegazzjonijiet politiċi jaħarqu fl-aħħar snin Ali Sadr Hasheminejad kien arrestat fl-Istati Uniti fil-21 ta' Marzu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018