Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Sports 31 nagħmlu b'aktar. Il-media sportive f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lil-logħba tal- waterpolo jew tagħmel dan biss matul ix-xhur tas-sajf? Dejjem hemm fejn wieħed jista' jtejjeb, però naħseb illi jekk tqabbel il-media exposure f 'Malta għall- waterpolo barra minn Malta, mhuwiex ħażin. Sfortunatament, il-futbol jieħu 80% tal- exposure tal-isport kollu u anke f 'dak li huma riżorsi bħal sponsorships u għajnuniet. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-ASA mmexxija mill-President ferm ħabrieki, Joe Caruana Curran? L-ASA hija assoċjazzjoni attiva ħafna f 'kull qasam u għandha bżonn, anke hi, aktar riżorsi biex tibqa' twettaq dan il-programm kollu. Riżorsi anke ta' nies li, bħal fil-klabbs mhuwiex faċli li ssib. Jien naħseb illi anke hawn l-ASA qed tagħmel il-mirakli. Ma naqbilx ma' kulma tagħmel imma nħoss li fejn ma naqbilx nista' mmur u nsemma' leħni liberament, kif ġieli għamilt. U fuq ir-referis li jirrefjaw il- logħba Maltija tal-waterpolo - kemm dawk Maltin kif ukoll dawk Taljani? Dan huwa sport tar-referis. Sfortunatament, għax iħalli ħafna lok għall-interpretazzjoni. Għandna problema ta' numru ta' referis Maltin, iktar milli ta' kwalità u għalhekk dejjem issib l-istess referis jikkontrollaw il-logħbiet u din toħloq tensjoni żejda. Taqbel li numru sostanzajli ta' referis Taljani jiġu jirrefjaw f 'pajjiżna sena wara l-oħra? Hawn min jgħid li dawn huma spejjeż żejda għall-ASA, iżda huwa fatt magħruf li n-numru ta' referis Maltin li jirrefjaw il-waterpolo f 'pajjiżna huwa wieħed ferm żgħir. Int x'taħseb? Bilfors. M'għandniex għażla għax m'għandniex numru kbir ta' referis Maltin jirrefjaw. Taqbel mat-tibdil riċenti li kien hemm fir-regoli tal-waterpolo fuq livell internazzjonali? It-tibdil kien żgħir meta mqabbel ma' dak li kien suġġerit – sitt plejers flok sebgħa, pitch iżgħar u ballun ħafif. Nixtieq nara inqas tibdil imma iktar konsistenza u inqas regoli li jħallu lok għall-interpretazzjoni wiesgħa. Bħala President ta' Exiles SC, għaddi messaġġ lill-partitarji kollha ta' dan it-tim. Nirringrazzja lil kull min jgħin lill-Exiles biex nibqgħu nikkompetu fl-ogħla livell tal-waterpolo Malti u nħeġġiġhom jibqgħu jersqu lejn il-klabb u lejn il-pixxina għax għandna bżonn lil kulħadd. b'suċċess lil Exiles SC bħala President Twieled f 'San Ġiljan -1969. Matul din is-sena qed jiċċelebra l-20 sena anniversarju sa minn meta nħatar bħala President ta' Exiles SC. Jaħdem qatigħ u jagħti l-enerġija tiegħu kollha tul is-sena kollha għal dan il-klabb li tant iħobb. ANDREW PARIS Ritratt: James Bianchi "Nirringrazzja lil kull min jgħin lill-Exiles biex nibqgħu nikkompetu fl-ogħla livell tal-waterpolo Malti u nħeġġiġhom jibqgħu jersqu lejn il-klabb u lejn il-pixxina għax għandna bżonn lil kulħadd."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018