Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Sports 27 San Ġwann FC Nursery tagħmel isem għal pajjiżna Sqallija u l-Portugall minn Cristian Antony Muscat F'DAWN l-aħħar ġimgħat, in-nursery rinomata f 'pajjiżna ta' San Ġwann FC kompliet tagħmel isem għal pajjiżna hekk kif ħadet sehem b'suċċess f 'tournaments fi Sqallija u fil-Portugal. L-ILLUM tkellmet ma' wieħed mill-kowċis bravi fi hħan in-nursery, Xavier Saliba li tana ikar dettalji. Huwa qal li: "F'Mejju li għadda bħala nursery ta' San Ġwann FC, ħadna sehem fid- disa' edizzjoni tat-Tazza Sportland 2000, fejn ipparteċipajna b'żewġ timijiet fl-Under 9 taħt il- gwida tal-kowċis Jonathan Sant u Clayton Felice, żewġ timijiet fl-under 11 taħt il-gwida tiegħi bħala kowċ u l-head coach Sandro Zammit Fava, u tim ieħor fl-under 13 taħt il-gwida tal-kowċis Frans Spiteri u Sergio Hili. Fl-Under 9 wieħed miż- żewġ timijiet ġie fit-tieni post fit-tournament kollu kif ukoll wieħedmill- plejers fi ħdanu, rebaħ l-aqwa goalkeeper tat- tournament. Aħna, l-under 11 b'tim minnhom wasalna sal- kwarti tal-finali fejn inqlajna mal-qawwa tal- Catania fejn tlifna bl-iskor minimu ta' 1-0, u dawn spiċċaw tilfu l-finali bil- penalties. Fl-under 13 wasalna sas-semi-finali fejn tlifna biss bl-iskor ta' 1-0 u f 'din il-kategorija, wieħed mill-plejers tagħna rebaħ ukoll l-unur tal- aqwa goalkeeper tat- tournament. Ta' nota huwa l-fatt li f 'dan it-tournament jieħdu sehem timijiet bħall-Catania, Palermo kif ukoll skola affiljata ma' Torino FC, apparti t-tim tal-lokal li jkun jismu bħat-tournament, Sportland 2000. Intant, l-esperjenza riċenti fil-Portugal kienet esperjenza tal-ġenn kemm għat-tfal kif ukoll għall- ġenituri u għalina l-kowċis. Kien tournament organizzat tajjeb ħafna fejn lgħabna l-gruppi fi grupp fejn l-istadium tal- Benfica u l-fażijiet finali ġol-istadium innifsu. It-tfal ħarġu għal-loghob minn taħt it-tunnel meta lagħbu ġol-istadium u bl-innu taċ-Champions League fl-isfond, li kienet xi ħaġa emozzjonanti ħafna. Bħala riżultati, wara l-logħob tal-gruppi, it- tournament jinqasam fi tliet Tazzi: 'The Cup', 'The Plate' u 'The Shield'. Aħna pparteċipajna b'żewġ timijiet fl-under 10 u b'tim minnhom ikkwalifikajna għal 'The Plate' u rbaħna s-semi- finali bil-penalties u tlifna l-finali bl-iskor ta' 2-0, u b'hekk ġejna fit-tieni post. B'tim ieħor, ikkwalifikajna għal 'The Shield' u tlifna s-semi- finali bl-iskor minimu ta' 1-0 b' penalty u tlifna l-finali tat-tielet u r-raba' post bl-għoti tal-penalties u spiċċajna fir-raba' post. L-aktar ħaġa importanti imma hija l-esperjenza li ħadu t-tfal, liema waħda mhux ħa jinsew qatt!" Sean Galea u Alexia Debattista jkomplu jimpressjonaw fil-Powerlifting RIĊENTAMNET, ġew organizzati l-World Powerlifting Single lifts f 'Malta, taħt l-awspiċi tal- WDFPL. Id- differenza ewlenija bejn powerlifting events u single lifts hija li ssoltu f 'kompetizzjoni tagħmel Squat, bench-press u deadlift, waqt li fis-single lifts tista' tagħżel refgħa waħda minnhom biss. Fl-1 ta' Ġunju kien hemm Squats, fit-2 ta' Ġunju bench press u fit-3 ta' Ġunju deadlift. Fost atleti oħrajn Sean Galea u Alexia Deba- tista ħadu sehem fl-is- quat u Alexia refgħat ukoll fid- deadlift. Alexia ħadet sehem fil- kategorija tat-58.5kg u għamlet squat ta' 92.5kg fejn b'din ir- refgħa rebħet event u ġiet fl-ewwel post u b'hekk saret il-Junior World Champion. L-istess ġara fid-dead lift fejn rebħet ukoll b'refgħa ta' 122.5kg. Sean Galea ħa sehem fil- kategorija tal-75kg u għamel squat ta' 197.5kg li tagħtu t-tieni post f'dawn il-World Single Lifts wara l-Belġjan Indra li kien l-aqwa squatter tal- ġurnata bil-punti. Dawn iż-żewġ atleti jittrejnjaw fil-gym ta' SFC (Sean Fitness Classes). Sean Galea u Alexia Debattista San Ġwann FC Nursery imkien mal-kowċ Xavier Saliba Sqallija