Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham ILGAZZETTA ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern bħalissa qed jaħdem biex iħejji Pjan Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali ġdid, li fost oħrajn se jkun qed jindirizza b'mod partikolari l-aċċess għall-kontraċettivi. Dan jiġi wara l-aħbar żvelata mill-gazzetta ILLUM illi Malta għandha fost l-ogħla rata ta' nies infettati bis-Syphilis, marda trażmessa sesswalment. Fil-fatt rapport 'Health at a Glance' ppubblikat lejn l-aħħar tas-sena l-oħra juri li aktar minn 11-il persuna minn kull 100,000 f 'Malta huma infettati bis-Syphilis. Dan huwa aktar mid-doppju tar-rata medja fl-Ewropa, jiġifieri ta' 5 persuni għal kull 100,000. F'kummenti ma' din il-gazzetta nhar il-Ħadd 3 ta' Diċembru 2017 id- Direttur tal-GU Clinic Valeska Padovese kienet spjegat kif hemm diversi raġunijiet għall-fatt li r-rata ta' persuni bis-Syphilis żdiedet u mistenija tkompli tiżdied. Hija qalet illi l-akbar problema hi li f 'pajjiżna hawn nuqqas gravi ta' għarfien, apparti li indikat illi ż-żieda qawwija ta' 'Massage Parlours' mhux neċessarjament qed tgħin. Intant nhar il-Ħadd 10 ta' Ġunju, din il-gazzetta żvelat ukoll l-aħħar rapport mill- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li juri kif iż-żgħażagħ Maltin li għadhom taħt l-età huma fost l-aktar li kellhom x'jaqsmu sesswalment, imma fost l-inqas li użaw protezzjoni. Fil-fatt 25% tas-subien u 19% tal-bniet ta' 15-il sena diġà kellhom x'jaqsmu sesswalment, minn dawn imma 41% biss qalu illi użaw il-protezzjoni. Mhux l-ewwel attentat... Dan il-pjan mhux l-ewwel attentat għal strateġija jew politika dwar din il- kwistjoni. Fil-fatt fl-2011 l-eks Ministru tas-Saħħa Joe Cassar kien ippubblika strateġija dwar dan is-suġġett b'emfasi partikolari fuq l-edukazzjoni, iżda bi ftit referenzi jew gwidi ċari dwar l-użu tal- kontraċettivi. L-istrateġija tal-2011 kienet tipproponi li jkun hemm għarfien dwar is-suġġett, xi ħaġa li sas-sena l-oħra jidher li d-Direttur tal-GU Clinic qalet li m'hawnx. Ipproponiet ukoll li ssir strateġija ta' edukazzjoni li titratta temi bħar- relazzjonijiet, assertività u l-abbilità li persuna tieħu deċiżjonijiet, ipproponiet ukoll li jsir taħriġ partikolari lill-professjonisti u attenzjoni speċifika lil gruppi bħal minoritajiet etniċi, persuni LGBTIQ, persuni li jużaw id-drogi, immigranti u ħaddiema fl-industrija tas-sess. L-istrateġija tgħid illi hemm nuqqas ta' informazzjoni u li l-edukazzjoni sesswali madwar l-iskejjel hija waħda "mhux ikkordinata". Tgħid li l-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun medikament u xjentifikament korretta, proprizja għall-età ta' min qed ikun infurmat u li tieħu kunsiderazzjoni il-ġeneru, razza, abilità, status u orjentazzjoni sesswali. Il-Ministeru tas-Saħħa qed jaħdem fuq it-tieni Pjan Nazzjonali għas-Saħħa sesswali wara dak ippubblikat lura fl-2011 Mistenni jiżdied l-aċċess għall-kontraċettivi Itfa' qasrija biex iżżomm parkeġġ u teħel €100 multa Minn Liam Carter RIĊENTEMENT il- gazzetta ILLUM irċeviet numru ta' ilmenti dwar tendenza li donnha saret komuni fit-toroq Maltin jiġifieri dik li individwi jpoġġu strutturi diversi bħal xi qasrija jew xi siġġu biex iżommu xi spazju ta' parkeġġ viċin ir- residenza tagħhom. Fid-dawl ta' dan kollu, l-ILLUM bagħtet numru ta' mistoqsijiet dwar dan lill-entità li hi responsabbli mit-toroq arterjali u distributorji kollha, Transport Malta. Fost l-oħrajn din il- gazzetta staqsiet jekk dan l-att iġibx miegħu kontravenzjoni u kif hi qed taħdem biex tindirizza dawn l-abbużi. Fir-risposti tagħha, TM ikkonfermat li hemm dispożizzjonijiet fil- liġi li jipprovdu għal meta xi ħadd b'xi mod jew ieħor jostokala triq pubblika. "Il- Pulizija u l-Gwardjani Lokali jistgħu joħorġu multi fuq dawn il- kontravenzjonijiet." Transport Malta żvelat ma' din il-gazzetta li minn jagħmel dan l-att jista' jeħel multa ta' €100. F'każijiet fejn il-ksur ta' liġi jkun ġej minn kuntratturi din il-multa iżda tiżdied. Transport Malta qalet ukoll li hi kontinwament tiġbor vetturi li jkunu fit-triq illegalment, vetturi, li fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu qegħdin jokkupaw spazji pubbliċi. Għaldaqstant, kelliem ta' Transport Malta saħaq mal-ILLUM li "l-edukazzjoni, biex dawk li jużaw tat- toroq tagħna jkunu responsabbli hija prijorità. TM taħdem kontinwament biex tkompli twassal it-tagħrif u l-għarfien lill kull min juża t-toroq u għandha fil-ħsieb li tkompli din il-ħidma." Minn qasrija sa kantun: xena komuni li tara fit-toroq Maltin biex jinżamm parkeġġ… Transport Malta twissi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018