Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Il-Kurja 'b'diskussjonijiet' dwar il- projbizzjoni tal-logħob tan-nar Minkejja li f 'Mejju li għadda l-Kurja kienet fakkret li l-logħob tan-nar minn fuq il-knejjes huwa pprojbit, mal- gazzetta ILLUM tgħid li dwar dan għaddejjin diversi diskussjonijiet Minn Yendrick Cioffi ILKURJA tal-Arċisqof qalet mal-gazzetta ILLUM li għaddejjin diskussjonijiet dwar il-policy tagħha li tipprojbixxi l-logħob tan-nar minn fuq il-bjut tal-knejjes jew inkella binjiet oħra li huma proprjetà tagħha. Hekk kif l-istaġun tal-festi jinsab fl-aqwa tiegħu, il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Kurja jekk kienx hemm għaqdiet tal- festi li talbu li jitkellmu magħha biex jintlaħaq kompromess, dwar il-logħob tan-nar minn fuq il-knejjes. Dan anke għax hawn festi li minħabba limitazzjonijiet, jew raġunijiet varji, ma jistgħux jaħarqu logħob tan-nar tradizzjonali u kienu jiddependu minn xi kaxxa, magħrufa taċ- Ċina, jew inkella musketterija minn fuq il-bejt tal-knisja. Minkejja li l-policy tagħmilha ċara li "ma għandhomx isiru eċċezzjonijiet," il-kelliem għall-Arċidjoċesi, Kevin Papagiorcopulo, qal li dwar din il-kwistjoni "għadhom għaddejjin diskussjonijiet b'diversi laqgħat." Skiet dwar l-ispettaklu tal- Mellieħa L-aktar li huma magħrufa għal-logħob tan-nar minn fuq il-knisja huma l-Melliħin li lejlet il-festa tal-Bambina jtellgħu spettaklu ta' logħob tan-nar sinkronizzat li jiġbed eluf ta' nies lejn il-pjazza tal-parroċċa. L-ILLUM staqsiet dwar dan l-ispettaklu partikolari, fosthom jekk saritx laqgħa mad-dilettanti tan-nar Melliħin, iżda l-kurja għażlet li ma tweġibx din il- mistoqsija u minflok iżżomm mar-risposta ġenerali. Ftit jiem biss wara li l-Kurja fakkret li l-logħob tan-nar minn fuq proprjetà tagħha huwa pprojbit, l-għaqda tan-nar tal-Mellieħa kienet kitbet post fuq Facebook biex tfakkar f 'dan l-ispettaklu annwali. Nhar il-Ħadd 13 ta' Mejju, din il-gazzetta kienet saħansitra staqsiet lill-Arċipriet, il- Kanonku Joe Camilleri, jekk l-ispettaklu hux se jsir u kien qal biss li kienu għaddejjin diskussjonijiet mal-għaqda tan-nar. Din il-ġimgħa staqsiet lill-istess Arċipriet dwar jekk ittiħditx deċiżjoni u jekk dan l-ispettaklu hux se jsir. Minkejja dan, Dun Joe Camilleri qal biss li d-deċiżjoni tittieħed mill- Kurja u kwalunkwe mistoqsija għandha tkun indirizzata lilha. Deċiżjoni simili fuq id-dwal mal-faċċati? Hu mifhum li l-Kurja kienet ħadet din id-deċiżjoni biex ma ssirx ħsara lill-faċċati tal-knejjes u kien għalhekk li l-gazzetta staqsiet lill-Kurja jekk hux tikkunsidra li tieħu deċiżjoni simili fuq id-dwal mal-faċċati tal-knejjes fi żmien il-festa. Dan anke għax diversi parroċċi diġà, minn jeddhom, iddeċidew li jneħħu jew inaqqsu d-dwal li jinxtegħel mal-faċċati tal-knejjes fi żmien il-festa. Għal din il-mistoqsija, il-gazzetta ILLUM baqgħet mingħajr tweġiba. Ingaġġ ta' Casual Substitutes fid- Dentistrija Il-Ministeru għas-Saħħa qed jilqa' applikazzjonijiet għal Dental Surgery Assistants bħala Casual Substitutes fuq bażi definita (Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 254/2018). L-applikanti eliġibbli jridu jkunu fil-pussess ta': 1. Diploma tal-MCAST (Livell 4 tal-MQF) għad- Dental Surgery Assistant; 2. jew kwalifika oħra xierqa kumparabbli minn istituzzjoni rikonoxxuta. Kopja tad-deskrizzjoni tax-xogħol u dettalji tal-pakkett tas- salajru jistgħu jiġu miksuba mid-Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations (dettalji jinsabu hawn taħt). L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni flimkien ma' Curriculum Vitae ddettaljat u kondotta tal- Pulizija reċenti (mhux iktar kmieni minn xahar) sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa, 15 ta' Lulju 2018. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-: Direttur (Resourcing and Employee Relations) 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt Barriera fis-Siġġiewi se tilqa' skart mill-kostruzzjoni ILMINISTRU għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera jħabbar li wara diskussjonijiet li saru f 'dawn l-aħħar ġranet bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Awtorità tal-Ippjanar (il-PA), WasteServ Malta Ltd., kif ukoll ma' rappreżentanti tal-Malta Developers Association (MDA), ġew konklużi diversi miżuri li se jittieħdu sabiex iservu bħala soluzzjoni immedjata kif ukoll fit-tul. Il-Ministeru qiegħed jinforma lill-pubbliku li barriera ġewwa s-Siġġiewi, li tinsab f 'żona speċjali ta' konservazzjoni u li qiegħda fi stat ta' abbandun, b'mod immedjat minn nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018, se tibda tilqa' materjal nadif li ġej mill- industrija tal-kostruzzjoni. Il-Gvern jirrimarka li fuq din il-barriera hemm diġà ordni ta' infurzar maħruġa mill- Awtorità tal-Ippjanar f 'April tal-2017, u l-ERA imponiet dawk il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex is-sit tkun amministrata skont ir-regoli applikabbli u jiġi aċċertat l-inqas impatt fuq l-ambjent. Sabiex tissostanzja dan, se tkun ukoll qed tinħareġ ordni ta' konservazzjoni. Se tkun il-kumpanija WasteServ Malta Ltd. li se tkun qiegħda tilqa', tamministra u topera dan il-proċess. Għaldaqstant, il-WasteServ se tkun qiegħda tikkomunika r-rati u l-proċeduri fi stqarrija separata fil-mumenti li ġejjin. Intant, l-ERA, f 'dan l-istadju qiegħda tipproċessa permessi għal tmien barrieri privati oħra sabiex ikunu jistgħu jilqgħu radam u materjal ta' kostruzzjoni ieħor—ma' dan il-Malta Developers Association esprimiet qbil. Il-Gvern, permezz tal-ERA u bl-involviment ta' entitajiet oħrajn li għandhom irwol f 'dan il-qasam, qiegħed iħejji strateġija u politika rigward l-iskart tal-kostruzzjoni sabiex jiġu identifikati u diskussi soluzzjonijiet għall-futur.