Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
7 Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet LGĦOLI tal-ħajja jifnik, kienet tgħid stqarrija politika fid-90ijiet. U llum l-għoli tal-ħajja qed jifni lill-poplu? Il-ħajja f 'Malta qed togħla jew le? U kemm qed tolqot nies, pereżempju, iż-żieda fil- kera privata? Rapport tal-Eurostat jgħid li f 'ċerti prodotti Malta, iva, għandha prezzijiet pjuttost irħas. Imma fi prodotti oħrajn Malta hija fost il- pajjiżi bl-ogħla prezzijiet. Fil-fatt, f 'dak li jirrigwarda ikel (ħobż, ċereali, prodotti bħal żjut, ħaxix, frott, juices u aktar) l-indiċi ta' Malta huwa ta' 109.8 u allura huwa ogħla mill-medja Ewropea (100). Il-Ġermanja, Ċipru u l-Greċja huma fost il-pajjiżi li għandhom prezzijiet ta' ikel li għalkemm inqas minn Malta, huma pjuttost viċin. Prezzijiet ta' ikel huma l-ogħla fl-Iżlanda, id-Danimarka u l-Iżvezja u huma l-inqas fir-Rumanija, il-Polonja u l-Bulgarija. Dan jirriżulta minn studju 'The European Economy since the start of the Millenium' li sar mill-Eurostat u li jidħol fid-dettall ta' diversi aspetti ekonomiċi tat-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra fejn jirrigwarda prezzijiet u għoli tal-ħajja Malta xorta tibqa' pajjiż relattivament u ġeneralment irħis, fil- fatt minkejja li l-prezzijiet tal-ikel huma fuq in-naħa l-għolja, servizzi oħrajn huma irħas mill-medja Ewropea. Dawl, ilma u aktar fost l-irħas... F'dak li jirrigwarda dawl, ilma, gass u fjuwils oħrajn kif ukoll manutenzjoni tad-dar, b'indiċi ta' 54.5 Malta għandha fost l-irħas prezzijiet. Dan huwa riżultat tal-fatt li fl-aħħar snin il-Gvern preżenti raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma filwaqt li raħħas u stabilizza l-prezzijiet tal- gass. F'dan il-grupp hemm ukoll il-kirjiet, li f 'pajjiżna raw żieda qawwija minħabba d-domanda, speċjalment minn ħaddiema barranin. Minkejja dan, peress li l-persentaġġ ta' dawk li jikru f 'Malta huwa baxx imqabbel ma' dawk li huma sidien ta' darhom, l-impatt ġenerali fuq il-prezzijiet ma jkunx daqstant kbir. Il-prezzijiet f 'pajjiżna huma daqs il-medja jew ftit iktar f 'diversi servizzi fosthom, l-edukazzjoni f 'kull livell u allura l-edukazzjoni privata li hija bil-ħlas, l-edukazzjoni tal-Knisja permezz tad-donazzjonijiet u kull tip ta' edukazzjoni f 'dak li jirrigwarda materjal għall-iskola. Fil-komunikazzjoni, u allura prezzijiet tat- telefonija, TV, internet u tagħmir elettroniku Malta hija kważi daqs il-medja tal-prezzijiet fl-UE, filwaqt li l-prezzijiet huma ftit ogħla mill-medja f 'dak li jirrigwarda alkoħol (spirti), tabakk, inbid u aktar. Il-Maltin; poplu sid ta' daru... Jekk qed tħoss li l-prezz tal-proprjetà matul l-2017 ogħla, fil-fatt kellek raġun. Il-prezzijiet tal-proprjetà fl- 2017 għolew b'4.9%, li tfisser żieda inqas mis-snin ta' qabel, l-2015 u l-2016, meta ż-żidiet kienu 5.8% u 5.5% rispettivament. Din iż-żieda fl-2017 tikkumpara sew mal- medja ta' żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà madwar l-UE, li kienet ta' 4.4%. Imma jekk hemm ċifra illi fiha Malta taqbeż sew il-medja Ewropea, hija dik li titratta dawk li huma sidien ta' darhom. Fil-fatt 81.4% tal-Maltin huma sidien ta' darhom, ċifra li hija 12.2% aktar mill-medja tal-UE. Min-naħa l-oħra huma 18.6% tal-Maltin li jgħixu f 'kirja, ċifra li hija madwar 12% inqas mill-medja fl-UE. Fir-Renju Unit 36.6% tal- poplu jgħix f 'kirja, fi Spanja 22%, fl-Italja 27.7% u Franza 35.1%. Kulħadd jaħdem fis-servizzi Intant l-istess ċifri u statistika turi li l-Maltin bħal ħafna mill-Ewropej qed jaħdmu fis-servizzi, jiġifieri impjiegi f 'lukandi, restoranti, carers, f 'servizzi mogħtija permezz ta' impjiegi mal-gvern, is- servizzi finanzjarji u oħrajn. Fil-fatt 81% tal-Maltin u l-Għawdxin jaħdmu jew għandhom impjieg fis- servizzi, li hija ogħla mill- medja ta' 73% li jaħdmu fis-servizzi fl-UE. 21% tal-poplu Malti għandu impjieg fl-industrija u 1.5% biss għandhom impjieg fl-agrikoltura, li hija 3% inqas mill-medja fl-UE. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Fost l-orħos kontijiet... fost l-ogħla prodotti tal-ikel Ċifri tal-Eurostat juru li pajjiżna għandu fost l-ogħla prezzijiet ta' ikel u xorb non alkoħoliku, imma fost l-orħos kontijiet tad-dawl u l-ilma Jinqabad iġorr 22 pakkett kokaina fil-qalziet ta' taħt ŻAGĦŻUGĦ ta' 26 sena wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti akkużat li nqabad fil-fatt fil- pussess tad-droga. Fil-Qorti nstema' kif l-akkużat instab li kien qed iġorr 22 pakkett kokaina u 6 grammi kannabis fil-qalziet ta' taħt u fuqu kellu €1,010 fi flus kontanti. Fi tfittxija li saret fil- garaxx tiegħu, instabu 7 grammi oħra kannabis u fil-karozza tiegħu nstabet sustanza suspettata ecstacy. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba tad-Difiża biex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill- arrest, anke għax skont l-Ispettur Frank Anthony Tabone, l-akkużat ikkopera mal-Pulizija. Il-Qorti aċċettat it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-akkużat jingħata l-kura kollha li għandu bżonn. Huwa ntalab iħallas depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €1,000 wkoll, apparti li ntalab jiffirma fl-Għassa darbtejn fil-ġimgħa u jsegwi curfew. Inqabad iġorr kokaina u sikkina ġo klabb RAĠEL se jinżamm arrestat wara li nstab li kien qed iġorr 75 pakkett kokaina fi klabb ta' divertiment f 'San Ġwann. L-akkużat li għandu 49 sena kien arrestat ma' żewġt irġiel oħra, li wieħed minnhom għandu 18-il sena, waqt rejd li sar fl-istess klabb. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Apparti d-droga, ir-raġel qed ikun akkużat li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja, li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u wettaq reat viċin post iffrekwentat miż- żgħażagħ. Id-difiża ma talbitx il- ħelsien mill-arrest iżda talbet li jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli. Il-Qorti odnat lid-direttur tal-ħabs biex jinvestiga din il-kwistjoni u jieħu kwalunkwe deċiżjoni li jaħseb li tkun neċċessarja.