Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 'Tiffirmax' jinsistu s-sidien tal-każin De Paule Minkejja li l-President iffi rmat il-liġi tal-IVF għax qalet li ma kellhiex triq oħra, is- sidien tal-każin De Paule għadhom qed jittamaw li Coleiro Preca ma tiffi rmax il-liġi li qed jipproponi l-Gvern biex isalva l-każini mill-iżgumbrament ILLINKA fuq il-liġi emendata tal-IVF għadha lanqas nixfet u fil-ġranet li ġejjin, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca tista' tiffaċja grupp ieħor ta' nies jinsistu li ma għandhiex tiffirma l-liġi. Is-sidien tal-binja li ilha snin tintuża mis- Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid, għadhom qed jittamaw li l-President "bħala l-ħarriesa tal-Kostituzzjoni" ma tiffirmax il-liġi li qed jipproponi l-Gvern li, fost oħrajn, tipproteġi lill-każini mill-iżgumbrament. Fi stqarrija maħruġa ftit jiem wara li l-Gvern ressaq l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad- Djar, is-sidien kienu ħarġu stqarrija li fiha saħqu li l-emenda proposta mill-Gvern tmur kontra l-Kostituzzjoni u tiksrilhom id-dritt bażiku li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Iżda ġaladarba l-President iffirmat il-liġi tal-IVF, li ddikjarat pubblikament li għandha riżervi dwarha, x'se jżommha milli tiffirma din il-liġi? L-ILLUM għamlet din il-mistoqsija lill- Avukat Hugh Peralta, li qed jirrappreżenta lis-sidien u wieġeb li hemm baħar jaqsam bejn il-liġi emendata tal-IVF u din l-emenda. Insista li jekk l-Avukat Ġenerali, fil-każ tal-emendi tal-IVF, kien qal li huma 100% Kostituzzjonali, ma jfissirx li se jagħmel l-istess f 'dan il-każ. L-Avukat Ġenerali x'parir qed jagħti lill-Gvern? Din il-gazzetta staqsiet direttament lill-Avukat Ġenerali, Peter Grech, x'kien il-parir li ta lill- Gvern dwar din l-emenda (li bażikament tħassar ordni ta' żgumbrament li tkun ingħatat mill-Qorti lil każin tal-banda) u jekk hux minnu li din l-emenda tikser il-Kostituzzjoni. Fir-risposta tiegħu, l-Avukat Ġenerali qal biss li "l-informazzjoni mitluba hija koperta bis-sigriet professjonali," iżda rreferina għall-ispjegazzjoni legali li l-Gvern ta fid-dibattitu Parlamentari. Għall-kuntrarju ta' dak li qed jisħqu s-sidien, il-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, u l-Kultura, Owen Bonnici, dejjem insista li din il-liġi toħloq bilanċ bejn l-interess tas-sid, għax se jieħu kera ogħla, iżda fl-istess waqt se tipprovdi saqqu lill-każini tal-banda li jiffaċjaw ordni ta' żgumbrament. 'Għandi pariri minn avukati fl-Ewropa' Minkejja kollox, l-Avukat Hugh Peralta baqa' jinsisti mal-gazzetta ILLUM li jeżistu deċiżjonijiet li nqatgħu mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u li jikkonfermaw dak li qed jisħqu s-sidien, jiġifieri li jekk din il-liġi tidħol fis-seħħ, se jkun qed jinkisrilhom id-dritt bażiku li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Tant hu hekk li bħal-lum ħmistax, il-gazzetta ILLUM żvelat kif is-sidien se jużaw din 'l-arma' u se jieħdu lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem. L-Avukat Peralta jinsab ċert li s-sidien se jirbħu dan il-każ u l-Qrati se jiddikjaraw li din il-liġi tikser il-Kostituzzjoni. Mistoqsi mill-ġdid kif jista' jkun daqshekk ċert, l-Avukat Peralta insista li għandu pariri mingħand avukati viċin il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u li huma tal-istess fehma li din il-liġi tikser id-drittijiet tas-sidien u kien għalhekk li tenna l-Qorti se tiddikjara din il-liġi bħala nulla u invalida. "Għalhekk aħna rridu soluzzjoni permanenti, anke għall-każin," saħaq l-Avukat. Intant, l-Abbozz ta' Liġi għadda mill-istadju ta' Kumitat Parlamentari u għalhekk issa jmiss biss il-vot finali fil-Parlament. Sa issa, minkejja li l-Oppożizzjoni wriet ftit tar-riżervi fuq l-emenda proposta, dejjem ivvutat mal-Gvern u għalhekk kollox jindika li din il- ġimgħa, il-vot se jkun wieħed unanimu favur. JEKK tgħaddi tas-sidien mhux se tkun l-ewwel tbeżbiża għall- Gvern Jekk is-sidien jirbħu l-każ quddiem l-ECHR, ikun ifisser li l-isforzi tal-Gvern, biex jevita tbeżbiża oħra mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem, ikunu saru għalxejn. Dan hekk kif mhux l-ewwel darba li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundannat il-liġi tal-kera Maltija li tmur lura għall-1979, li permezz tagħha kirjiet temporanji nbiddlu f 'kuntratt permanenti, bl-inkwilini jħallsu kirja baxxa. Tista' ssemmi eżempju fuq eżempju għax skont id-Deputat Jason Azzopardi, f 'kummenti mat-Times of Malta, sal-2005 kien hemm xejn inqas minn 258 deċiżjoni tal-ECHR li jiddikjaraw li l-liġi tal-kera tal-1979 tikser il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem. Fil-fatt, meta kien qed jitkellem fil-Parlament aktar kmieni dan ix-xahar, il-Ministru Bonnici stess qal li kellu jressaq dan l-Abbozz ta' Liġi minħabba ġudizzji tal-ECHR u anke oħrajn lokali, u li minħabba fihom huma ħafna dawk l-inkwilini li qed jirriskjaw l-iżgumbrament. Biex insemmu eżempju simili, lura fl-2014, sid ta' appartament kien rebaħ €21,550 wara li l-istess Qorti kkonkludiet li kien qed jinkisrlu d-dritt tiegħu li jgawdi l-proprjetà li tagħha huwa sid. F'dan il- każ, Anthony Aquilina kien wiret il-proprjetà mingħand il- ġenituri tiegħu, liema proprjetà kienet mikrija lill-istess sidien sa mill- 1970 għal €65.22 fis-sena. Kien minħabba każi simili li fl-2015 il-Gvern ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li jinforma lill- Qorti Ewropea li l-kirjiet protetti bil-liġi tal-1979 se jkunu riveduti skont l-emendi fil-liġi tal-kera li kienu daħlu fis-seħħ fl-2009. Madanakollu, fejn jidħlu l-każini tal-banda, il-Gvern għadu qed jaqlagħha. Fid-29 ta' April li għadda, din il-gazzetta żvelat kif is-sidien tal-King's Own tal-Belt Valletta tellgħu l-Gvern quddiem l-ECHR. Sa Marzu li għadda, il-Qorti Ewropea wissiet lill-Gvern Malti biex iwaqqaf dak li sejħet bħala "ksur sistematiku" tad-dritt tas-sidien li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Qalet dan meta ddeċidiet favur sidt binja li lura fl-1955 kienet ġiet rekwiżizzjonata biex tintuża bħala każin tal-Għaqda Mużikali San Leonardo u dan minkejja li l-Qorti Kostituzzjonali Maltija kienet iddeċidiet kontra l-istess sidt. Biex jevita ġudizzji simili, fl- 2014 il-Gvern kien daħħal Avviż Legali li permezz tiegħu l-kirjiet protetti tal-każini għolew bl-10% fuq il-kera tas-sena ta' qabel għal tliet snin. Mill-2016, il-kera tal-każini bdiet togħla b'ħamsa fil-mija kull sena sal-2023. Issa, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, il-Gvern qed jagħti d-dritt lill-każini żgumbrati biex iħallsu kera għaxar darbiet aktar biex jevitaw l-iżgumbrament. Madanakollu għas-sidien ta' De Paule dan xorta waħda mhux biżżejjed u minkejja l-isforzi kollha, il-Gvern se jerġa' jispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea.