Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Sports 28 'Dan is-suċċess kollu ma wasalx b'kumbinazjoni, imma huwa frott ta' akkademja li tħaddem sistema professjonali' - David Pace RIĊENTAMENT, ġewwa l-Padiljun Sportiv tal-Università, intlagħbu l-Kampjonati Nazzijonali tat table- tennis. L-akkademja Sharp Shot kellha ħafna rappreżentanti jipparteċipaw f 'kategoriji differenti. Fil-fatt, din l-akkademja kisbet suċċess kbir bir- riżultati fejn minn tmien titli, ir-rappreżentanti tagħha kienu protagonisti f'ħamsa. L-ewwel midalja tal- fi dda ntrebħet mill-aħwa Jessica u Sacha Pace fi s-seniors mixed doubles event. L-aħwa Pace lagħbu logħob ta' attakk u spettakolari ħafna. It- tieni midalja li ntrebħet kienet tad-deheb fi l-ladies doubles, fejn hawnhekk Jessica Pace u May Zahra tal-akkademia Topspin if- formaw tim sod li baqgħu sejrin sal-fi nali biex rebħu t-titlu ta' champions. L-istudent ta' Sharp Shot, Aaron Abela, rebaħ il- midalja tad-deheb meta l-logħob tiegħu wasslu sal-fi nali tal-Men's singles 'plate event'. L-akkadem- ja hija kburija għax dan l-atleta jaħdem u jistinka ħafna fi t-'training ses- sions' ta' Sharp Shot Academy. Ir-raba' rebħa, midalja tad-deheb oħra, intrebħet mill-istudent Christian Degorgio fi l-Men's Dou- bles 'plate event' fl imkien ma' plejer minn klabb ieħor, Claudio Tuffi gno, fejn taw wirja tajba ħafna tal-ħiliet tagħhom. L-aħħar midalja li l- akkademja Sharp shot kisbet kienet dik tal-ladies seniors fejn l-atleta Jes- sica Pace għall-10 sena konsekuttiva rebħet id- deheb wara maratona ta' 'l fuq minn 20 logħba. Il-head coach David Pace jgħidilna li: "Dan is- suċċess kollu ma wasalx b'kumbinazjoni, imma huwa frott ta' akkademja li tħaddem sistema pro- fessjonali għall-iżvilupp tal-atleti żgħar tagħha. Din is-sena, l-akkademja se terġa' tieħu grupp ta' studenti biex jitħarrġu wkoll ġewwa l-Ungerija sabiex ikunu iżjed ip- preparati għal meta jiġu f'kompetizzjonijiet." Ftit ġimgħat ilu, in- temmu wkoll il-Junior Championships ta' Malta fejn ukoll atleti żgħar ta' Sharp Shot rebħu midalji tal-fi dda. Fost l-atleti li kisb s-suċċess kien hemm Zachary Saliba, Gabriel Melillo, Haylie Bartolo u Sabine Darmanin. Jessica Pace -azzjoni Potenzjal kbir fi d-dixxiplini tat-throws MARIAH Zahra hija atleta ta' 15-il sena u għandha potenzjal kbir fid-dixxiplini tat-throws. L-ILLUM tkellmet ma' Mariah innifisha fuq l-esperjenza tagħha fix-xena lokali tal- atletika u għalkemm din ma tantx ilha tittrejnja diġà kisbet xi suċċessi lokali u anke internazzjonali. Mariah tgħidilna: "Xi sentejn ilu bdejt nipprattika t-throws ma' Rush Ath- letic Club. Jien nipprattika x-shot, hammer u discus iżda l-aktar li togħġobni u niffoka fuqha hija d-discus throw. Din is-sena għamilt qabża kbira u kelli titjib kbir f'din id-dixxiplina u fi l-fatt fi l-kampjonati nazzjonali tal-youths rnexxieli apparti niġi l-ewwel, nikser ukoll ir-rekord nazzjonali. Ap- parti dan ħadt sehem ukoll fl -Open National Cham- pionships bħala guest fejn irnexxieli nikseb personal best ta' 31.75 metru u niġi fi t-tieni post fejn għaddietni biss il-kowċ tiegħi. Din is- sena rnexxieli nilħaq ħolma tiegħi li nikkompeti għal Malta fi l- Jeux des iles – COJI fejn irnexxieli nikseb midalja tad-deheb fi d- diskus. Din kienet ħolma li apparti li ħadt sehem f'isem Malta rnexxieli nirbaħ ukoll. Bħalissa qed niffoka u nipprepara għal-Logħob li jmiss li huma l-FISEC Games li se jsiru fi l-Belġju f'nofs Lulju. Jien nittrejnja ħames darbiet fi l-ġimgħa u nagħmel sagrifi ċcji kbar sabiex inlaħħaq mal-iskola u mat-trejning imma jekk issib bilanċ tajjeb jirnexx- ielek tagħmilhom it-tnejn. Ovvjament mingħajr ħafna nies ta' madwari, dawn ir- riżultati żgur ma kinux pos- sibli specjalment mingħajr id-dedikazzjoni tal-kowċ tiegħi Antonella Chouhal, it-tim u r-Rush Athletic club, il-familja tiegħi, u sħabi tat-trejning li jtuni sapport kontinwu li nem- men li huwa importanti ħafna fl -isport tagħna," temmet tgħid Mariah Zahra. Ritratt - Sharp Shot Table Tennis Academy Mariah Zahraf fuq il- podju waqt il-COJI Games f'Catania Sqallija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018