Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet patrimonju dinji fil-Belt Valletta Mikiel Arkanġlu. Il-kwadru titulari juri l-ikonografija ġdida mogħtija lill-Qaddis wara r-Riforma Kattolika. Il-pittura mwaħħla fil-lunetta tirrappreżenta d-Dehra ta' San Mikiel fuq il-Muntanja Gargano. Il-kappella hija ddedikata lil San Pawl Appostlu. Il- kwadru titulari ta' Mattia Preti juri l-Konverżjoni ta' San Pawl; dan ix-xogħol ġie kkummissjonat fl-1668. Il- pitturi mwaħħlin fil-lunetti jirrappreżentaw In-Nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta u Qtugħ ir-Ras ta' San Pawl f 'Ruma ta' artist anonimu. Il-kappella kienet imnaqqxa u ndurata b'mod rikk b'motifi tal- fjurdulis, is-simbolu tal- Kuruna Franċiża. Il-kappella tal-Lingwa tal-Italja kienet iddedikata lil Santa Katerina ta' Alessandrija, il-qaddisa patruna tal-kavallieri Taljani. Il-kwadru titulari juri iż-Żwieġ Mistiku ta' Santa Katerina u huwa xogħol ta' Mattia Preti ta' madwar l-1670. Il-pitturi fil-lunetti huma xogħlijiet ta' nofs is-seklu 17 u juru lil Santa Katerina tiddisputa mal-Filosfi u Il-Martirju ta' Santa Katerina, ta' artist anonimu. Il-pitturi laterali mdendlin taħt il-lunetti juru lil Madalena Niedma ta' artist anonimu; San Ġilormu ta' Michelangelo Merisi da Caravaggio kienet il-pittura l-oħra li oriġinarjament kienet imdendla faċċata. Illum il-pittura oriġinali hija ppreservata fl-oratorju. Il-Lingwa tal-Ġermanja kienet tinkludi l-monasteri tal-Awstrija, in-Norveġja, l-Isvezja, id-Danimarka, l-Iżvizzera, il-Polonja, l-Ungerija, l-Alsace u n-Netherlands. Il-kwadru titulari juri x-xena tal- adorazzjoni tal-Maġi lil Ġesù Bambin. L-ewwel kappella fuq in- naħa tan-Nofsinhar tal-knisja kienet iddedikata lill-Verġni Marija u kienet l-ewwel waħda li ngħatat devozzjoni partikolari. Il-kappella ospitat l-ikona tal-Verġni ta' Philermos li l-kavallieri kienu ġabu magħhom minn Rodi. L-ikona meqjusa bħala mirakoluża kienet tiġbed devozzjoni kbira speċjalment qabel xi battalja meta l-kavallieri kienu jiltaqgħu u jitolbu għall-interċessjoni tal-Verġni Marija. Meta kienu jiġu lura rebbieħa, kienu jerġgħu jinġabru fil-kappella u jiżżuha ħajr u jippreżentaw l-imfietaħ tal- fortizzi mirbuħa lill-Verġni. L-imfietaħ tal-fortizzi ta' Lepanto, Passava, Hammet u Patras għadhom fil-kappella. Meta t-truppi ta' Napuljun ħadu lil Malta f 'idejhom fl-1798, il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch ħalla l-gżira u ħa l-ikona miegħu. L-ikona ttieħdet lejn San Pietruburgu, iżda l-post fejn kienet baqa' mhux magħruf għal bosta għexieren ta' snin sakemm imbagħad instabet mill-ġdid fil- Montenegro u issa hija esibita fil-Mużew tal-Arti tagħhom. L-ikona li attwalment qiegħda fil-kappella turi lill- Verġni ta' Lanciano magħrufa bħala l-Verġni ta' Carafa. L-ikona hija miżmuma f 'paraventu ornamentali ta' rħamijiet prezzjużi mwaħħla matul ir-renju tal-Gran Mastru Jean Paul Lascaris Castellar u magħluq b'kanċell tal-fidda li twaħħal fl-1752. Il-kappella tal-Lingwa ta' Auvergne hija ddedikata lil San Sebastjan u l-kwadru titulari jsegwi din id-dedika. Il-pitturi tal-lunetti juru xeni mill-ħajja ta' San Sebastjan. Il-Lingwa ta' Aragona kienet tinkludi l-prijorati ta' Katalunja u Navarra u kienet iddedikata lil San Ġorġ. Hija waħda mill-kappelli l-aktar imżejna b'mod rikk fil-knisja. Il-kwadru titulari f 'din il-kappella jirrappreżenta lil San Ġorġ fuq Dahar iż-Żiemel li huwa xogħol ta' Mattia Preti. Il-pitturi laterali li jirrapreżentaw lil San Franġisk Saverju u San Firmin u l-pitturi ġewwa l-lunetti li juru lil San Lawrenz qed jiltaqa' mal- Papa Sistu II fi triqtu lejn il-Martirju u l-Martirju ta' San Lawrenz huma wkoll xogħlijiet ta' Preti. Il-Kappella tal-Lingwa ta' Kastilja, Leon u l-Portugall hija ddedikata lill-qaddis patrun ta' Spanja, San Ġakbu. Il-kwadru titulari huwa xogħol ta' Mattia Preti u juri lil San Ġakbu il-Kbir. Il- pitturi tal-lunetti juru lil San Ġakbu jegħleb il-Mori u San Ġakbu u l-Verġni tal-Pilar u San Ġakbu il-Kbir. Dawn huma wkoll xogħlijiet ta' Mattia Preti. Mal-artali rridu nżidu wkoll l-Oratorju li jikkonsisti fi struttura rettangolari kbira mibnija bejn l-1602 u l-1605 matul ir-renju tal-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Din il-kappella mdaqqsa hija ddedikata lill-Martirju ta' San Ġwann il-Battista u u serviet bħala l-post ta' devozzjoni għan-novizzi. L-oratorju kien intuża wkoll mill-Confraternità della Misericordia. Fl- 1607 Michelangelo Merisi da Caravaggio ġie kkummissjonat ipitter il-kwadru titulari li juri l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista. Għal ħafna snin, il-konfigurazzjoni tal-kamra baqgħet sempliċi u mingħajr tiżjin ħlief għall-pittura ta' Caravaggio. It-tiżjin preżenti sar bejn l-1679 u l-1690 u kien jikkonsisti fit-tinqix indurat tal-ħnejja u l-arkata fl-apsidi, is-suffett tal-injam indurat ta' stil Venezjan bi tlett xeni mill-Passjoni ta' Kristu mdaħħla f 'dan il-qafas. Il-pannelli l-aktar baxxi fil-ħnejja juru tnejn mill- fundaturi tal-Ordni waqt li pitturi ta' tmien qaddisin oħra jżejnu l-ħitan tal-ġnub. Il-pitturi huma kollha xogħol ta' Mattia Preti. L-arazzi Sa madwar ħamsa u għoxrin sena ilu, bħal-lum għall-festa ta' San Ġwann Battista, din il-knisja katidrali kienet tiżżejjen bl- arazzi mdendlin maż-żewġ naħat tal-korsija ewlenija. L-arazzi juru t-Trijonf tal- Ewkaristija u xeni mill-ħajja ta' Kristu. Id-disinji tal- arazzi dwar l-Ewkaristija kienu bbażati fuq id-disinni tal-artist Fjamming Peter Paul Rubens li kien għamel oriġinarjament għall-Infanta Isabella ta' Spanja. Ix-xeni li juru l-ħajja ta' Kristu huma bbażati fuq kapulavuri oħra ta' Rubens u Poussin. 14-il pannell jirrappreżenta lill- Verġni Marija, lil Kristu s-Salvatur u lill-Appostli. Ir- ritratt sħiħ tal-Gran Mastru Perellos jgħaqqad is-sett. L-arazzi saru biex jiddendlu mill-gwarniċun tul in-nava tal-knisja f 'okkażjonijiet important. L-arazzi kienu kollha minsuġa mill-aktar ħjut fini ta' suf u ħarir u huma għoljin sitt metri. Id-dimensjonijiet kbar u l-karattru massiv tad-disinji jagħmlu lil dan is-sett wieħed mill-iktar interpretazzjonijiet spettakolari tal-arti Barokka u huma l-aktar tiżjin impressjonanti fil-knisja. Is-sett ta' arazzi kien wieħed mill-iktar rigali eċċezzjonali li rċeviet il-knisja. Dan is-sett ta' arazzi kien espressjoni tas-supremazija tal-Knisja Kattolika u l-ġenerożità tal- Gran Mastru u l-Ordni. Illum il-Kon Katidral ta' San Ġwann huwa post fejn minbarra għas-servizzi liturġiċi huwa wkoll post fejn jiġu organizzati attivitajiet kulturali, u huwa wieħed mill-aktar siti kulturali popolari mat-turisti li jkunu qed iżuru Malta. Il- Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li twaqqfet fl-2001, tamministra s-sit u tieħu ħsieb il-konservazzjoni kemm tal-knisja kif ukoll tal-mużew. kienu jiġu lura rebbieħa, imżejna b'mod rikk fil-knisja. Merisi da Caravaggio ġie oħra ta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018