Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Minn Valletta sa Brussell; l-istess diska! "Ninsabu mħassbin ferm biż-żieda fin- numru ta' refuġjati, dawk li qed ifittxu l-ażil u l-immigranti irregolari (fl-Ewropa), li jfisser tbatija, abbuż u sfruttament partikolarment tat- tfal u nisa...naqblu li nirrispondu b'mod deċiżiv u li flimkien niftehemu dwar id-dħul tal- immigranti (fl-Ewropa) fl-aspetti kollha tiegħu, iggwidati mill-prinċipji tas-solidarjetà, għaqda u qsim tat-responsabilità (shared responsability)." Familjari? Mhux mis-Summit ta' din il-ġimgħa għalkemm m'għandniex dubju li dan il-kliem reġa' ntqal u nkiteb f 'xi dokument biex jikkommemora din il-laqgħa ta' mexxejja Ewropej li bħal ta' qabilha ma wasslet għal imkien. Dan il-kliem intqal fid-Dikjarazzjoni Finali tal-Valletta Summit li sar f 'Novembru 2015, iktar minn sentejn u nofs ilu. Tiftakruh dak is-Summit meta l-Ewropa ltaqgħet f 'Malta u kellna ħafna ċirimelli u daqq ta' trombi u anke kxif ta' monument? Waqt li aħna l-Maltin, u bix-xieraq, konna kburin bil-kapaċitajiet organizzattivi u bil-mod kif il-Gvern tal-ġurnata fil-fatt tella' din l-attività, it-28 mexxej tal-Unjoni Ewropea kienu qed jiddiskutu 't-tħassib tal-immigrazzjoni' fuq il-prinċipju tal-qsim tar- responsabilità. Minn dak iż-żmien mhux talli ma nqasmux ir-responsabilitajiet, talli il-Greċja, l-Ungerija u l-Bulgarija bnew il- ħitan, l-Italja ssiġġillat il-fruntieri u għalissa Malta se taqgħlaq il-port, għallinqas għal xi żmien. Nistgħu għalhekk, prattikament b'mod uffiċjali, niddikjaraw il-kunċett tal-'burden sharing' u 'responsability sharing' bħala falluti. Qatt ma ħadem il- kunċett u meta kien hemm attentat sejru biex naqsmu r-responsabilità u t-tagħbija kienu biss Malta u l-Irlanda li qdew dmirhom. Jiġifieri prattikament, il-pajjiżi kważi kollha ġew jaqgħu u jqumu minn dawn il- ħafna dikjarazzjonijiet u wiegħdi wara kull summit, għamlu dak li riedu u ma ġarrewx din ir-responsabilità. Din il-ġimgħa sar dan is-Summit u l-eżerċizzju ta' 'Burden sharing' lanqas biss issemma, minflok għandna sistema ta' rilokazzjoni fuq bażi volontarja, li prattikament tfisser illi pajjiż jaċċetta li jieħu immigranti, sakemm min imexxi dak il-pajjiż jibda jħoss l-għafsa popolari mill-votanti. "Ir-rispons komuni tagħna se jiffoka fuq it-tnaqqis tal-faqar, promozzjoni tal-paċi, governanza tajba, saltna tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem... inqajmu t-tama mill-ġdid fiż-żgħażagħ Afrikani." Hekk intqal fid- dikjarazzjoni tal-Valletta Summit fl-2015. U llum, sentejn u nofs wara, fejn ninsabu? Ninsabu fejn konna sentejn u nofs ilu. Il-kontinent Afrikan għadu mifni bil-faqar u l-instabbilità, biżżejjed inħarsu lejn il-pajjiż ġar tagħna, il-Libja. Minflok f 'dan is-Summit il-mexxejja Ewropej tefgħu €500 miljun lejn il-problemi fl-Afrika, €500 miljun li se jmorru mal-miljuni u biljuni oħrajn li marru fl-Afrika matul is-snin u li ġew imwiegħda summit wara summit wara summit. "Se naħdmu flimkien biex nevitaw u niġġieldu kontra t-traffikar tal-immigranti billi neradikawh (it-traffikar)." Hekk tgħid id- dikjarazzjoni tal-Valletta Summit tal-2015. Eżatt hekk ġara! Qed jingħad li hemm miljuni kollha jistennew biex jitilqu u ħafna minnhom qed jitilqu kif rajna f 'dawn il- ġimgħat. Allura mhux bilfors in-nies jitlifu l-fiduċja fil-mexxejja Ewropej u qed jagħżlu partiti tal- lemin estrem u partiti populisti li jwiegħdu li jwaqqfu l-immigrazzjoni? Il-verità hija li sezzjoni dejjem tikber ta' Ewropej ma jridux Ewropa kożmopolitana u l-politiċi din jafuha. Għalhekk proposti bħall-Visas għall-immigranti u kif hemm miktub fl-istess dikjarazzjoni tal-Valletta Summit "nipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar immigrazzjoni legali..." ġew mogħtija l-ġenb. Ara liema pajjiż se jaqbel ma' din il-proposta, hekk kif eluf ta' immigranti deħlin fil-kontinent? Is-Summit ġie u għadda. Kien hemm apsettativa li xi ftit jew wisq ma ntlaħqitx. Issa nistennew sa summit ieħor biex il-mexxejja Ewropej jerġgħu jiltaqgħu, jieħdu l-'family photo', jippużaw għall-udjenza lokali, jinqaflu ġo kamra u wara ftit sigħat joħorġu bl-istess soluzzjoni u dikjarazzjonijiet irriċiklati li smajna sentejn u nofs ilu fil-Valletta Summit. Xi ħadd għandu bżonn ibiddel il-plakka tal- monument tal-għoqda li saret biex tikkomemora l-Valletta Summit u minflok jikteb 'L-għoqda tgħaqdet ħafna iktar u l-Valletta Summit ma sewa (kważi) għalxejn." Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018