Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 611 • 01 ta' Lulju 2018 Għall-ewwel darba f 'din it-Tazza tad-Dinja; is-sistema VAR. Imma l-esperti Maltin tal-isport x'jaħsbu? Ara paġna 11 15-il operazzjoni fil-ġimgħa Ikkanċellati In-nuqqas ta' infermiera qed iwassal biex 15-il operazzjoni jkunu kkanċellati kull ġimgħa... il-Kap Eżekuttiv ta' Mater Dei Ivan Falzon jikkonferma Ara Paġna 8 Wara Summit 'xott' Salvini jagħlaq il-portijiet Minn Albert Gauci Cunningham JIDHER li s-Summit tal- Mexxejja Ewropej din il- ġimgħa ma ħalliex wisq effett fuq il-kwistjoni taħraq tal- immigrazzjoni tant li fl-aħħar sigħat il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Renzi ħabbar illi se jkun qiegħed jagħlaq il-portijiet Taljani għall- bastimenti ta' għaqdiet mhux governattivi (NGOs), xi ħaġa li l-Gvern Malti wkoll għamel, iktar kmieni din il-ġimgħa. Salvini qal illi l-Italja se tkun qed tagħlaq il-portijiet u li mhix se taċċetta bastimenti fil- portijiet Taljani, la biex iniżżlu immigranti u lanqas biex isir forniment ta fjuwil u ikel. Imma dan mhux biss. Ilbieraħ, friski wara l-kwistjoni tal-bastiment MV Lifeline li ddaħħal Malta, b'233 immigrant fuqu li se jkunu qed jinqasmu bejn disa' pajjiżi, feġġet dgħajsa oħra, Spanjola bl-isem 'Open Arms'. Salvini mill-ewwel qal illi din id- dgħajsa tinsab fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ (SAR) Libjana u insista li l-aktar port viċin u sigur huwa fil-fatt dak Malti. Pronta kienet ir-risposta minn Malta hekk kif jidher illi fil-fatt id-dgħajsa, b'50 immigrant fuqha, hija eqreb lejn Lampedusa. Fil-fatt, hekk kien jidher sas-12:45p.m ilbieraħ. Intant f 'reazzjoni, il- Ministru tal-Intern Michael Farrugia giddeb lil Salvini u fi tweet sostna, anke permezz ta' viżwal, illi d-dgħajsa fil-fatt hija eqreb ta' Lampedusa. Farrugia ħeġġeġ lill- Ministru Salvini biex jieqaf jgħid affarijiet li ma jkunux korretti. Din l-aħħar dgħajsa se tkompli tikkumplika l-affarijiet u probabilment titfa' r-relazzjoni politika bejn Malta u l-Italja taħt aktar pressjoni. Imma ladarba qegħdin fiż-żona ta' salvataġġ Libjana, għaliex id-dgħajsa ma titteħidx lura lejn il-Libja? Din il-gazzetta tat ħarsa lejn x'tgħid il-Liġi Ewropea (656/2014) u fil-forma ta' mistoqsija u tweġiba spjegat għaliex dgħajsa bħall-Open Arms ma tistax tittieħed lura l-Libja, kif ukoll f 'dan il-każ (u skont il-post fejn kienet sal- bieraħ wara nofsinhar) għaliex għandha tkun Lampedusa li taċċetta l-immigranti. Ara paġni 4, 5 u 19 L-MFSA titlob lill-ECB jirtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus Ara paġna 2

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018