Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Intervista 12 M in jafha minn fuq l-interventi li tħobb tagħmel fuq Radju 101, min jafha għax minn Bormla u min jafha għax hi persuna transgender. Terry Muscat jew kif inhi magħrufa aħjar, it-Terry ta' Bormla hi bniedma popolari sew madwar Malta. Minkejja dan il-fatt ftit huma dawk li jafu l-istorja kollha ta' Terry: id-diffikultà biex hi tiġi aċċettata fis- soċjetà, l-inġustizzji li ħabtet wiċċha magħhom fuq il-post tax-xogħol u fil-ħajja minħabba s-sesswalità tagħha u kif ukoll l-esperjenza tagħha wara l-ħabs. Mal-ILLUM, għall-ewwel darba fl-istorja tagħha u mingħajr ebda kantunieri, Terry Muscat tiftaħ qalbha. Ta' 12-il sena tibda jkollha sentimenti omosesswali "Naħseb kelli 12-il sena meta beda jkolli dawn il-ħsibijiet u sentimenti għall-irġiel. Kont dejjem imbeżżgħa li nitkellem man-nies dwarhom. Kont nibża' mir-reazzjoni negattiva tal-familjari u l-ħbieb." Dan kien l-ewwel kliem ta' Terry hekk kif bdiet tirrakkontali dwar l-affarijiet li għamluha u dawk li kważi kissruha, il-mumenti li għamluha b'saħħitha u dawk li kważi ħallewha bla ħajja. "Wara ħafna żmien inżomm kollox ġewwa fija dan kollu kien beda jaffetwali s-saħħa mentali tiegħi allura kien wasal iż-żmien li nitkellem ma' xi ħadd. Kelli ngħid lill- familjari tiegħi. Il-ġurnata kienet lejlet l-ewwel tas- sena," tirrakkonta Terry. Muscat tkompli tispjega, "il-familja tiegħi kienu organizzaw festin id-dar, jien kont ħadt is-sieħeb tiegħi miegħi, kif ħabbat u dħalt id-dar kont introduċejtu bħala l-ħabib tiegħi. Niftakar ftit muniti wara li daqqew it-tokki ta' nofsillejl, ma nafx x'tani. Ġieni kuraġġ liema bħalu, ġbart il-familjari flimkien u għidtilhom l-iktar żewġ kelmiet tqal li qatt għidt f 'ħajti, "Jien gay." Terry tkompli tirrakkonta l-atmosfera fil-kamra wara li hi nisslet dawn iż-żewġ kelmiet, "Missieri tah ħass ħażin. Kelli nitlaq kmieni dakinhar. Missieri kien raġel tajjeb però qatt ma seta' jaċċettani bħala persuna omosesswali aħseb u ara bħala persuna transgender. Kont ninkwieta ħafna dwar missieri, ma ridtx ninkwetah. Meta mbagħad miet, għamilt ċertu bidliet f 'ġismi li dejjem kelli x-xewqa li nagħmel. Iktar faċli tkun persuna transgender illum il- ġurnata ? Terry qalet lill-ILLUM li meta fl-aħħar fetħet il- 'gaġġa' u għamlet it-trapass li dejjem xtaqet tagħmel kienu l-isbaħ ġranet ta' ħajjitha. "Kienu ħafna dawk li jarawni miexja fit-triq u jgħaddu kummenti, forsi xi kultant minħabba karatteristiċi li jien għandi: storbjuża, ċajtiera u skjetta. Oħrajn però kienu jħobbu jgħaddu kummenti bbażati biss fuq id-deċiżjoni tiegħi li nkun persuna transgender." Madanakollu tkompli tgħid Terry, "dawn ma kinux jaqtgħuli qalbi, apparti minn hekk jien dejjem kelli risposta pronta," qalet b'ton ċajtier. Fis-snin li għaddew, il- Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat kien daħħal diversi riformi legali li xprunaw id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, fosthom bl-introduzzjoni ta' żwieġ ċivili u l-emendi riċenti tal- IVF li bihom għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, persuni LGBTIQ se jkunu jistgħu jgħaddu mill- proċess ta' IVF. Dawn il- liġijiet minnhom infushom ġabu bidliet li sa ftit żmien ilu ħafna lanqas biss konna noħolmu li jseħħu. Imma din il-gazzetta xtaqet tifhem aħjar jekk lil hinn mil-liġi persuni transesswali humiex qed jgħixu aħjar. Staqsejt lil Terry jekk illum il-ġurnata hux iktar faċli li tkun persuna gay. Fuq din hi kienet pronta tisħaq, "għalkemm għandna ħafna liġijiet ġodda, xorta mhuwiex faċli tkun persuna transgender. Għadna ħafna lura, m'għandekx idea kemm hi diffiċli biex issib fejn taħdem meta tkun persuna transgender. Dawk li jsibu x-xogħol jagħmlu dan għax ikunu jaħdmu għal rashom, il-bqija xejn." It-Terry tipprova taqbeż minn fuq wied bil-karozza Mal-ILLUM, Terry tkellmet ukoll dwar wieħed mill-aktar episodji koroh ta' ħajjitha, meta ppruvat tneħħi ħajjitha b'idejha. "Dak iż-żmien kont għaddejja minn żmien xejn feliċi," spjegat Terry, "kont qed inbati minn dipressjoni, fl-istess waqt għaddejt minn xi ħaġa fir- relazzjoni tiegħi li wasslitni fix-xifer. Kont iddeċidejt li naqbeż bil-karozza minn fuq wied. Niftakar kif bdiet miexja l-karozza, smajt vuċi ġo rasi, li bdiet tgħidli Terry, int taf x'se tagħmel, dawwar denbek u erġa' lura. Nirringrazzja lil Alla li dakinhar intervjena u bqajt ngħix din il-ħajja," saħqet Terry pjuttost emozzjonata f 'dan il-punt tal-intervista. Għaliex bniedem bil- familja jeħel il-ħabs darba, ma tagħtihx ċans ieħor? Sentejn ilu Terry Muscat kienet instabet ħatja li forniet id-droga eroina. Dan ġara wara raid mill- pulizija meta kien instab fil-pussess tagħha raża tal-kannabis u gramma droga eroina. Fid-difiża, Muscat qalet li hi kienet xtrat gramma droga eroina għal persuna qrib tagħha li kienet għaddejja minn problema serja ta' vizzju li kienet qed twassalha biex tisraq u tagħmel użu minn labar użati, xi ħaġa ferm perikoluża. Għaldaqstant, Terry xorta waħda tammetti li minkejja l-intenzjoni tagħha li tgħin lil din il- persuna bil-mod kif forsi ħasset li l-aħjar, dak li għamlet kien żball. Fil-fatt għal dan l-iżball weħlet is- sentenza ta' 21 xahar ħabs li minn dawn skontat total ta' tmien xhur ħabs wara li mbagħad ħarġet fuq parole. Imma kull fejn induru u kull fejn inħarsu llum nisimgħu l-messaġġ u l-appelli dwar l-importanza li soċjetà terġa' tilqa' fi ħdanha priġunieri billi tagħtihom ċans isibu impjieg u allura jibdew ħajjithom mill-ġdid. Imma din vera qed tiġri? Terry Muscat ingħatat ċans ieħor? Mal-ILLUM hi tispjega kif dan mhux il-każ, tant li sabet diffikultà biex issib xogħol. "Wara li ħriġt mill-ħabs f 'Settembru mort biex nerġa' nieħu l-post tax-xogħol lura però kien kollu għalxejn hekk kif informawni li x-xogħol tliftu għaliex jiena traffikanta kbira tad- droga. Fuq gramma ġabuni traffikanta kbira tad-droga. Hawn tant pampaluni li baqgħu għaddejjin qisu xejn mhu xejn," saħqet 'Ħadd ma jrid transgender Għalkemm għandha ħafna liġijiet ġodda, xorta mhuwiex faċli tkun persuna transgender. Għadna lura ħafna... " Nitkellmu dwar l-ugwaljanza u l-liġijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu l-ħajja aktar faċli. Imma kemm hi faċli ħajja ta' persuna transgender? U vera li llum eks priġunier isib biss bibien miftuħin? Terry Muscat jew aħjar it-Terry ta' Bormla taqsam mal-ILLUM ir-realtajiet ta' persuna gay, transgender u eks priġuniera. " lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Kont iddeċidejt li naqbeż bil- karozza minn fuq wied. Niftakar kif bdiet miexja l-karozza, smajt vuċi ġo rasi… " "