Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 23 TV/Ċinema ILGWERRA bejn il-kartelli tad-droga fuq il-fruntiera ta' bejn l-Istati Uniti u l-Messiku kompliet tiħrax. Dawn in-negozjanti gwappi issa qed jittraffikaw it- terroristi lejn l-Istati Uniti. Dan hu x-xenarju prinċipali ta' Sicario 2: Soldado, speċi ta' sequel għal Sicario (2015). Kif dirett mit-Taljan Stefano Sollima, Soldado hu xogħol aktar iebes u vjolenti, kumpatt, ambizzjuż, imdemmi u furjuż, li fil-bidu jagħti ħjiel li se jaqbad il-vija ta' xi dokumentarju, b'ħafna intriċċi u attakki bil- bombi f 'xi stabbilimenti pubbliċi. Josh Brolin u Benicio Del Toro jerġgħu jinterpretaw il-parti rispettiva tagħhom tal-Aġent idealistiku tal-FBI, Matt Graver u Alejandro Gillik, il-misterjuż sieħeb ta' Graver. Dawn lesti biex b'kull mezz possibbli jsolvu din il-problema. Huma qegħdin jikkonċentraw l-aktar fuq mina taħt l-art li minn Texas tagħti għal Messiku, lok minn fejn jgħaddu diversi emigranti u anki terroristi. Meta Alejandro, sorprizament jaħtaf lit-tifla Isabella Reyes (Moner) ta' baruni potenti, din il-gwerra iżjed tikkarga u Graves, bin-nies tiegħu, qed ifittixhom it- tnejn. Sicario 2: Soldado jizvilippu b'mod ħerqan u atmosfera splussiva, b'mużika b'battuti qawwija li tnissel stennija ta' biża', speċjalment fix-xenarji panoramiċi tal-helikopters iħufu madwar id-deżert u bil-lejl b'roqgħa dawl ħierġa minnhom, tgħarrex bla ħniena matul l-art. Ninnotaw ukoll kif tfajjel, minn familja eżemplari, jiskarta l-iskola biex imur idur bil-karozza ma' ħabibu, jingħaqad ma' wieħed minn dawn il-gruppi kriminali u anki bilfors ikollu joqtol (eku tal-films tal- Mafja). Il-ħafna iġsma mxerrda mal-art fid-deżert jfakkru fis- superjuri No Country For Old Men (2009) Sicario 2: Soldado Atturi Ewlenin: Josh Brolin; Benicio Del Toro; Isabela Moner; Catherine Keener; Matthew Modine. Direttur: Stefano Sollima. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 122 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa HEREDITARY hu primarjament thriller psikoloġiku, bi premessa ta' ġenn ereditarju fil-familja, li jaqleb f 'wieħed tal-biża', twerwir u bi ħjiel tas-sopranaturali. L-andament ta' dan ix-xogħol irossok bħal ġo morsa u ma jħallikx liberu minuta waħda. Ellen, il-matrijarka tal-familja Graham tmut u f 'eloġju għaliha, Annie Graham (Collette), bintha tispjega li hi ma kellhiex relazzjoni perfetta magħha. Wara. waqt laqgħa kordjali ta' dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż, Annie tiżvela li ommha kienet ta' għaliha waħedha u li kienet tbati minn mard tal-moħħ. Hi tibda timmaġina lil ommha fil-kamra fejn timmanifattura oġġetti żgħar. Fl-istess waqt, il-familja tibda tiskopri messaġġi strambi u sigrieti tal-waħx dwar l-antenati tagħhom. It- tensjoni fil-familja tant tiżdied li Peter (Wolff ), il-ġuvnott, jibda wkoll jispissja, jaġixxi b'mod stramb u allarmanti fil- klassi waqt li anki jsir jibża' minn ommu. Inċident ieħor fatali jkompli jgħarraq kollox. Aktar ma jikxfu informazzjoni, aktar din il-familja tipprova teħles mid- destin kiefer li waqa' fuqhom. B'mod ikkalkulat li jieħu ftit tal-ħin, id-direttur u kittieb Ari Aster, juri t-tiġrib domestiku ta' familja, li wara traġedja tinbidel f 'melankolija gwappa u f 'ġenn palpabbli. Dan hu film tal-biża', b'andament frisk lejn dan il-ġeneru u oħrajn simili u b'debut sorprendenti minn direttur li jidher li għandu futur tajjeb quddiemu. Il-parti ntensa li tagħti Toni Collette bħala l-omm fi trawma isterika għall-aħħar, li kważi tkexkex, żgur li ma tintesiex. Din il- produzzjoni setgħet faċilment issemmiet Nightmares In A Damaged Brain ! Hereditary Atturi Ewlenin: Toni Collette; Gabriel Byrne; Alex Wolff; Milly Shapiro; Ann Dowd. Direttur Ari Aster. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 127 min. Ċert. 15 Expedition Unknown: Viking Special | 22:00 on Travel Channel