Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
11 Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet VAR: Min għadu kawt u min jaħseb li hi farsa Din is-sena, għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja qed tintuża t-teknoloġija ġdida tal-VAR. Din it-teknoloġija ġdida qed ittejjeb il-logħba tal-futbol jew kollox baqa' l-istess? L-ILLUM tistaqsi… lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter JEKK segwejt xi waħda mill-partiti tal-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, żgur mhux forsi li indunajt bl- introduzzjoni tal-Video Assistant Referee jew inkella kif inhi magħrufa aħjar bħala l-VAR. Bażikament, b'din it- teknoloġija referee qed jkun mgħejjun fid-deċiżjonijiet tiegħu minn tim ta' referees ieħor li jsegwi x-xandira diretta tal-logħba minn post remot, grazzi għall-instalazzjoni ta' iktar minn 33 kamera differenti fl-istadjum. F'każ li referee jkun indeċiż jew qabżitlu xi ħaġa fil-logħba, it-tim ta' referees jinnotifikawh. Minkejja dan, il-VAR tista' tintuża biss f 'erba' xenarji differenti, f 'deċiżjonijiet ta' gowls, penalties, karti ħomor u każijiet ta' identità żbaljata. Fid-dawl ta' dan kollu l-ILLUM tkellmet ma' diversi esperti fid-dinja tal-isports u staqsiet għall-ewwel opinjoni tagħhom dwar din it-teknoloġija. "S'issa din it- teknoloġija ġibdet lejha spekulazzjoni" -Antvin Monseigneur - ġurnalist u preżentatur sportiv "Min jafni jaf li jiena wieħed minn dawk li dejjem sħaqt li hemm bżonn li tiġi introdotta t-teknoloġija bil-ħsieb li din tista' tagħmel il-logħba tal-futbol kważi perfetta. Madanakollu jkolli ngħid li ma kontx qed nitlob għal din it-tip ta' teknoloġija. Dan għaliex s'issa din it-teknoloġija ġibdet lejha spekulazzjoni kif ukoll kompliet tkabbar id-dubji," sostna Monseigneur. "Kif jgħid il-Malti l-ewwel li tiekol hija l-għajn" u għalhekk sostna Monseigneur, "f 'dan il-każ s'issa assistejna għal azzjonijiet li ngħataw u kienu evidenti li ma kellhomx jingħataw jew inkella bil-kontra." Hu żied jgħid li "ta' min isemmi wkoll li kien hemm deċiżjonijiet ġusti. Biss din it-teknoloġija hekk imsejħa VAR kellha tiġi introdotta bi skop li ma tħalli ebda spekulazzjoni. Fuq dan l-aħħar punt skont Monseigneur, "s'issa s-sistema falliet." "Nistennew u naraw. M'għandix dubju li aktar ma jmur, aktar tipperfezzjona," temm jgħid il-ġurnalist sportiv. "S'issa iktar inqisha bħala farsa" - Cristian Muscat - Editur Sports ILLUM "Għall-bidu kont naqbel magħha però iktar milli qed nara f 'din l-edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja fl-aħħar mill-aħħar xorta tibqa' d-deċiżjoni tar-referee", saħaq Muscat. Hu kompla jgħid kif skontu, "din tiddistingwi jekk ikunx jismek Ronaldo jew le." Cristiano Ronaldo kien involut f 'deċiżjoni kontroversajli nhar it-Tnejn waqt il-logħba bejn il-Portugall u l-Iran. F'azzjoni partikolari, Ronaldo deher ixxejjer daqqa lejn id-difensur tal-Iran. Wara li saru r-reviżjonijiet neċessarji r-referee wera l-karta safra lill-attakkant Portugiż. Deċiżjoni li ħolqot kontroversja hekk kif ħafna kienu tal-opinjoni li Ronaldo missu daħal fid-dressing room qabel l-aħħar tisfira. "B'hekk milli rajt s'issa fit-Tazza tad-Dinja, din it-teknoloġija iktar inqisha bħala farsa. M'iniex waħdi f 'din l-opinjoni," irrimarka Muscat. "Qed jinħela ħafna ħin mil-logħba." Mark Attard - ġurnalist u preżentatur sportiv "Naħseb li bħala teknoloġija l-VAR hi xi ħaġa tajba u importanti," sostna Attard. Minkejja dan hu kompla jgħid li "però għandi r-riservi tiegħi fuq il-ħin li qiegħed jinħela. Kien hemm ħafna każijiet fil-logħbiet li għaddew fejn rajna l-logħob jieqaf. Dan bl-għan li referee jagħti ħarsa lejn l-immaġini tal-logħba. Din il-pawża f 'ċerti logħbiet saret iktar minn darba. Fl-aħħar nett qed tinfluwenza l-ħin mill- partita, li mhux dejjem ikun jista' jiġi kkumpensat fil-ħin miżjud," saħaq Attard.