Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Intervista 13 transgender fuq il-post tax-xogħol' Terry. Hi kompliet titkellem dwar id-diffikultà li sabet meta ppruvat issib impjieg, "taf kemm mort napplika postijiet! Kulħadd jgħidli għalxejn bil-kondotta li għandek mhu se tidħol imkien. Saħansitra darba minnhom, kien hemm kumpanija tat-tindif li bagħtitni l-MEPA nnaddaf. Kont ferħana se ntir." Sfortunatament, kellha tkun ferħa bla temma hekk kif sal-10am Terry kienet reġgħet spiċċat bla xogħol. "Fl-10am ġie ta' fuqi u qalli daqshekk għax il-kondotta tiegħek maħmuġa. Infqajt nibki. F'49 sena qatt ma ċċappast mal-Pulizija, żbaljajt darba u se nibqa' nbati ħajti kollha," irrakkontat Terry. Terry kompliet tgħid li, "kienu bosta Membri Parlamentari, Ministri u Deputati Nazzjonalisti li ppruvaw jgħinuni nsib ix-xogħol, il-problema ma kinetx min-naħa tagħhom iżda, mill-kumpaniji. Ħadd ma jrid transgender fuq il-post tax-xogħol, aħseb u ara transgender li f '49 sena fuq din l-art żbaljat darba." Dak li qalet Terry Muscat għall-ewwel darba ma' din il-gazzetta, juri li lil hinn mis-sesswalità tagħha, hemm persuna bi storja, b'realtà, b'ferħ u bi dwejjaq bħal kull persuna oħra. Jekk xejn l-inkontru tal- ILLUM ma' Muscat uriena u għandu juri lill-qarrejja kollha li s-sesswalità ta' persuna hi parti mill- persuna u mhux kollox. Ritratt: Andrew Borg Carbott

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018