Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 16 Opinjoni Tifsira tal-kelma solidarjetà Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Agħżel minn taħt Li tħalli dgħajsa suwed fuq il-baħar għal sebat ijiem Li tagħti ftit ilma u ħobż lill-grupp ta' suwed f 'nofs ta' baħar Li tgħid li s-suwed posthom fl-Afrika ma' xi banana Li tgħid l-istess imma tiekol l-għatba tal-knisja Li tordna s-suwed lura lejn il-ġungla Li targumenta li s-suwed kollha kriminali Li tgħid l-istess imma tiekol l-għatba tal-knisja Li targumenta li r-razza Maltija qed tiġi kkontaminata Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Shift news li tant kellha udjenza kbira li t-tifsira tal-kelma udjenza tfisser - Xejn Agius Decelis li nsejt ismu li baqa' jħobb lil George Pullicino L-Imħallef JG Vella li sar imħallef għax hekk ried Għal ħuh li qallu li ma jkunx ċuċ u ma jaċċettax Lil dak il-bravu li bagħat sms fittizju lil Defni Lil dak li spara rocket ta' vera lill-istabbiliment ta' gazzetta Olandiża Lil Chris Fearne li ma tantx deher dan l-aħħar u ma jħobbx jidher Lil ħuh Keith Fearne li rranġahom tal-Electrogas Lil Robert Abela li jidher sabiħ ħafna imma xorta mhux tajjeb għal leader Lil Adrian Delia li baqa' nieżel u nieżel Lil David Thake li jkompli jaqa' għan-nejk Lill-gazzetta The Times li baqgħet il-gazzetta favorita għal taħt l-ikel tal-qtates Standards fil-ħajja pubblika: għadna nistennew Minn Carmel Cacopardo I s-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja jindika b'mod ċar li l-Att XIII tal-2017 imsejjaħ Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika għadu ma daħalx fis-seħħ. Din il-liġi rċeviet il-kunsens tal-President tar-Repubblika nhar it-30 ta' Marzu 2017 wara li damet perjodu twil pendenti fuq l-aġenda tal-Parlament. Jidher li għad baqgħalna x'nistennew, għax il-partiti politiċi fil-Parlament ma tantx jdher li għandhom għaġla. Il-liġi tipprovdi għall-ħatra ta' Kummissarju dwar l-Istandards fil- Ħajja Pubblika. Dan il-Kummissarju jista' jkun approvat biss kemm-il darba jikseb il-kunsens ta' żewġ terzi tal-Membri Parlamentari. Fi ftit kliem irid ikun hemm qbil dwar il-ħatra tiegħu jew tagħha bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li, sa fejn naf jien, għandhom ma qablux. S'issa ħadd ma jaf xejn, l-anqas jekk ġewx proposti ismijiet, minn min u x'kienet ir- reazzjoni dwarhom. Il-liġi approvata tapplika għall- Membri kollha tal-Parlament, inkluż il-membri tal-Kabinett. Tapplika wkoll għal dawk il-persuni maħtura f 'pożizzjoni ta' fiduċja (position of trust) fil-Ministeri u s-Segretarjati Parlamentari. Meta iktar kmieni matul din il- ġimgħa ltqajt mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, jiena emfasizzajt li dan id-dewmien biex tkun implimentata din il-liġi dwar l-imġiba xierqa tal-Membri Parlamentari u dawk maħtura f 'pożizzjoni ta' fiduċja qiegħed jibgħat messaġġ ċar ħafna: li l-Membri Parlamentari m'għandhom l-ebda ħeġġa biex iwieġbu għal għemilhom. Jiena niftakar lill-Ispeaker, xi snin ilu, jemfasizza li hu ma kienx sodisfatt mill-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-assi sottomessi minn uħud mill- Membri Parlamentari. Issa għandu l-għodda biex jinvestiga dwar il- veraċità ta' dawn id-dikjarazzjojnijiet imma sfortunatament mhuwiex jitħalla jagħmel użu minnhom! Il-Membri Parlamentari għandhom jagħtu kont ta' għemilhom, iżda l-fatt li l-liġi dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika għadha ma daħlitx fis-seħħ qiegħed jostakola dan milli jseħħ. Meta tħares lejn dan in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-liġi waħdu tista' tinterpretah bħala tkaxkir tas- saqajn mill-Membri Parlamentari u l-mexxejja tagħhom li jippreferu ma jitqegħdux taħt il-lenti tal-iskrutinju pubbliku. Imma meta dan kollu tqisu fil-kuntest tar-rapport annwali tal-Ombudsman għas-sena 2017 huwa ċar li dan it-tkaxkir tas-saqajn mhuwiex limitat iżda hu mifrux ħafna. Id-dritt tal-aċċess għall- informazzjoni dwar il-ħidma tal- amministrazzjoni pubblika qiegħed taħt assedju. Il-kontabiltà u t-trasparenza mhumiex slogans. L-anqas huma negozjabbli. Huma valuri fundamentali li jiffurmaw parti essenzjali mis-sisien tal-istat demokratiku. Jiena tlabt lill-Ispeaker biex jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra li dan it-tkaxkir tas- saqajn biex ikun implimentat l-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika mhuwiex aċċettabbli. Huwa essenzjali li l-liġi tkun implimentata malajr kemm jista' jkun jekk iriduna nemmnu li għall-partiti politiċi fil- Parlament il-kontabilità tfisser xi ħaġa. B'żieda mar-responsabbiltà li jinvestiga l-imġiba kemm tal-Membri Parlamentari kif ukoll dik tal-persuni ta' fiduċja, il-Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika ser ikollu wkoll l-inkarigu li jfassal kemm il-linji gwida kif ukoll ir-regolamenti proposti dwar l-attività tal-lobbying. Dwar din l-attività b'implikazzjonijiet etiċi sostanzjali l-partiti politiċi fil- Parlament ma qablux meta din il-liġi kienet qed tiġi kkunsidrata quddiem il-Kumitat Parlamentari għall- konsiderazzjoni tal-abbozzi ta' liġijiet. Bħala riżultat ta' dan Il-materja intefgħet f 'ħoġor il-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika li meta jinħatar ser ikun hu li jkollu jfassal kemm il-linji gwida kif ukoll r-regolamenti proposti. Il-lobbying hi attivitá essenzjali fil-ħajja pubblika. Jeħtieġ iżda li issir b'mod li jkun assigurat illi d-deċiżjonijiet mittieħda mill-politiċi jkunu kemm trasparenti kif ukoll b'rispett sħiħ lejn r-regoli bażiċi tal- etika. Il-lobbying huwa ta' influwenza kontinwa fuq id-deċiżjoniiet li jittieħdu. Huwa essenzjali li dan issir b'mod mill-iktar trasparenti biex ikun ċar għal kulħadd dwar liema interessi jkunu qed jiġu mmexxija l-quddiem. Dan bla dubju jfisser li ikun meħtieġ il-pubblikazzjoni ta' ammont mhux żgħir ta' informazzjoni li presentement hi fil-pussess ta' membri tal-Kabinett u li ġeneralment tibqa' fil-files – meta tkun miktuba. Din hi informazzjoni li ġeneralment tkun il- bażi għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu. Bla ebda dubju, il-linji gwida u r-regolamenti dwar il-lobbying iridu jindirizzaw u jirregolaw x'jista' jagħmel membru tal-Kabinett meta jispiċċa mill-ħatra, materja magħrufa bħala revolving door policy. Dan minħabba li s-settur regolat mill-Ministru jkollu għatx għal informazzjoni (kunfidenzjali) li dan ikun kiseb kemm ikun ilu fil-ħatra kif ukoll għall-kuntatti u influwenzi akkumulati fuq dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Xi drabi għaldaqstant meta Ministeru jew Segretarju Parlamentari, hekk kif itemm il-ħatra tiegħu jkun offrut impieg f 'dak l-istess settur li ftit qabel ikun dipendenti minnu. Dan ovvjament għax miegħu jġorr aċċess akkumulat kemm għal informazzjoni miksuba kif ukoll għal kuntatti u influwenza fuq il- proċess deċiżjonali. Il-linji gwida u r-regolamenti jridu jistabilixxu kemm jeħtieġ li jgħaddi żmien qabel ma dan ikun jista' jseħħ. Huwa dan kollu li qed nistennew. Hemm ħafna li jeħtieġ li jsir imma ma jidher li hemm l-ebda impenn biex dan isir. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com X'inhi d-differenza bejn Debattistino tal-Patrijotti u De Fremeaux Debattistino ma jilbisx dublett Debattistino ma jikolx kavjar Debattistino ma jitkellimx bl-Ingliż għax huwa Malti Debattistino ma jilgħabx tennis Debattistino mhuwiex miżżewweġ lil Adrian Debattistino mhux Nazzjonalist Debattistino ma jemminx fis-slimming Debattistino m'għandux sefturi barranin Debattistino mhux sabiħ Debattistino m'għandux ġisem sabiħ Għaliex Aaron Farrugia huwa l-għażla naturali għall- kap tal-Lejber? Għax għandu ras kbira Għax ma għandux idea kbira tiegħu nnifsu Għax jemmen li hu bniedem maħbub Għax għadu ma indunax li tela' fl-elezzjoni bi skerz Għax kulħadd jaħseb li huwa joke Għax kulħadd jaf li aħjar isir hu kap milli jsir Robert Abela Għax meta tħares lejh, u tħares sew jaqbdek il-bard Għax wara Joseph, Aaron biss jista' jkun leader Please don't go, Don't go oh, oh, oh... Please don't go Ommi ma, Manwel Delia waqaf jikteb, madoffi nħossni niexef u bla kliem. Kemm qed nimmissjah. Madoffi dawk il-kitbiet profondi ta' persuna li meta tħares fil- mera żgur tinduna li apparti li hija ħoxna u kerha tifhem li mhux ta' b'xejn kulħadd jaħseb li huwa l-akbar ipokrita fid-dinja. Madoffi, how I miss him. Dawk il-kitbiet ħelwin, eleganti mill-eks assistent personali ta' Agostino Gatt, il-ministru li jibqa' mfakkar għal dejjem ta' dejjem għall-iskandlu taż-żejt. Imma bħalma jgħidu tax- shift news kollox déjà vu. Ma tafx! Delia huwa déjà vu, relikwa mill-passat, fwieħa li tfakkarni fl-ilma qiegħed tas-salina, fil-tkassbir ta' min kellu l-ardir jikkontrarja dak il-ħelu Agostino. Jiena lil Manwel nimmisjah, għax għoddni ma rajt lil ħadd li wiċċu u sormu l-istess. Lil Manwel niddedikalu l-kanzunetta tal-KC u Sunshine Band: Please don't go…wa wa, waaaaa, waaaa!! Suċċessi tal-aħħar xhur

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018