Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum 17 17 F 'dawn l-aħħar jiem rajna lill-Prim Ministru Joseph Muscat jaġixxi f 'eżerċizzju uniku u b'saħħtu ta' statesmanship. Diffiċli tispjega eżatt xi tfisser statesmanship. Forsi l-eqreb definizzjoni li tista' tagħti hi li "l-arti li timmaniġġja bl-aħjar mod l-affarijiet pubbliċi". Biss hemm iktar minn hekk. Bħal kull ħaġa oħra importanti tintebaħ kemm hi importanti u x'inhi fin-nuqqas tagħha. F'sitwazzjonijiet diffiċli u ta' ċertu attenzjoni tintebaħ iktar bin-nuqqas ta' statesmanship milli bil-preżenza tagħha. Biss fil-każ ta' Joseph Muscat, tant kemm irnexxielu jżewweġ l-enerġija mal-esperjenza li l-ħiliet ta' tmexxija jidhru ċar b'mod immedjat. Jiena ġieli niltaqa' ma' ħbieb tiegħi – anke Nazzjonalisti ġenwini – li jgħiduli li lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għad li se jivvutawlu, fil- fond ta' qalbhom ma jarawhx fit-tmexxija tal-pajjiż. Huwa dan is-sens ta' statesmanship li jagħġen politiku minn ieħor. Min-naħa l-oħra anke Nazzjonalisti ġenwini li ma jaqblu f 'xejn mal-politika tal-Gvern preżenti jgħiduli li fil-fond ta' qalbhom f 'Joseph Muscat jaraw kwalità ta' tmexxija, ta' statesmanship li tirrendih personaġġ li jattira rispett u fiduċja fil-mumenti ta' prova għal pajjiżna. Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru b'kalma u bit-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod deċiżiv irnexxielu jmexxi 'l quddiem lil pajjiżna f 'mumenti li kienu u għadhom delikati ħafna. Il-mod kif indirizza l-kwistjonijiet mal-Italja, dawk relatati mal-ewwel vapur (Aquarius) u t-tieni wieħed (Lifeline) u r-relazzjonijiet mad-diversi fora Ewropej – inkluż il- Kummissjoni Ewropea – kien mudell eċċezzjonali ta' kif għandu jaġixxi Prim Ministru għaqli u matur. Fil-mumenti tal-prova, Joseph Muscat jirnexxilu juri l-aħjar tiegħu u joħroġ lil Malta iktar b'saħħitha milli kienet qabel inħolqot l-isfida jew diffikultà. Jien f 'għajnejja fl-aħħar jiem il-Prim Ministru kiseb żewġ riżultati pożittivi importanti ħafna għal pajjiżna. L-ewwel nett għall-ewwel darba b'mod daqshekk veloċi u spedit numru ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u anke pajjiż ieħor barra l-Unjoni Ewropea offrew li jipprattikaw il-famuż burden sharing. Kellha tkun inizzjattiva ta' Prim Ministru wieħed – dak tagħna – li ġabet lil għadd mhux żgħir ta' pajjiżi Ewropej jaħdmu flimkien biex jipprattikaw is-solidarjetà bil- fatti. Dak li ma kienx intlaħaq fl-għexieren ta' snin ta' qabel, Joseph Muscat wettqu b'għaqal u attenzjoni fi żmien ftit jiem. It-tieni riżultat pożittiv kien il-qbil unanimu tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea li pajjiżna aġixxa skont il-liġi u r-regoli u li fejn jidħlu l-NGOs li joperaw l-hekk imsejħa operazzjonijiet ta' salvataġġ dawn għandhom jobdu r-regoli u l-liġijiet huma wkoll. Ir-rule of law tapplika għal kulħadd – kemm għall-pajjiżi u kemm għall-għaqdiet mhux Governattivi. Naturalment il- proċeduri kriminali pendenti li hemm kontra l-kaptan tal-Lifeline jipprekluduni milli nikkummenta iżda l-fatt li l-UE kollha b'vuċi waħda qalet li kulħadd għandu jobdi r-regoli hu messaġġ ċar u importanti. Naturalment is-sitwazzjoni għadha fluwida u nistennew sajf mimli sfidi. Il-poplu jaf li fit-tmun tal- pajjiż hemm Prim Ministru kapaċi u b'saħħtu li jagħmel l-aħjar għal Malta. Liġijiet Fl-aħħar ġimgħat kont impenjat mhux ħażin biex ngħaddi ħames liġijiet li fil-fehma tiegħi huma ta' ċertu importanza. Is- suġġetti huma pjuttost varji u jolqtu dawn is-suġġetti – liġijiet tal-kera ta' ħwienet kummerċjali, il-protezzjoni tad-data tal-individwu, il- professjoni notarili, id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni vittma tad-droga għat-tieni ċans tagħhom, il-liġijiet tal- kera fil-konfront ta' residenti li joqoghdu fi djarhom bis-saħħa ta' liġi tal-1979 u l-liġijiet tal-kera fil-konfront tal-każini tal-baned. Għad li kollha huma liġijiet u kollha huma marbuta mas-settur tal-Ġustizzja kif timmaġinaw, is-suġġetti huma pjuttost vasti u varji. Hija sfida biex fid-dibattitu Parlamentari tfisser bl-iktar mod sempliċi dawn il-liġijiet iżda nemmen li l-ġid li joħroġ meta l-liġijiet jibdew jitħaddmu huwa kbir. Jiena kuntent ħafna li sa nhar l-Erbgħa li ġej ikollna kollox lest biex dawn l-abbozzi kollha jmorru quddiem il-President għall- firma (tneħħi dak tal-kirjiet kummerċjali li diġà daħal fis-seħħ) u l-poplu jibda jibbenefika mill-ġid li se jġibu magħhom dawn il-liġijiet. Awguri L-aħħar kelma ta' awguri lil żewġ ġudikanti li din il- ġimgħa kienu fl-aħbarijiet. L-ewwel nett lill-Imħallef Joseph Zammit McKeon li nhar l-Erbgħa li għaddew kien l-ewwel Imħallef fl- istorja ta' Malta li ppreseda kawża kummerċjali f 'Għawdex. Dan wara l-iżvilupp tal-Qorti tal- Kummerċ bħala sezzjoni speċjalizzata fejn iddeċidejna li Għawdex ukoll ikollu Imħallef (u mhux Maġistrat kif kien jiġri qabel) li jisma' dawn it-tip ta' kawżi. Fix- xhur li ġejjin se nkomplu naħdmu biex ikollna parità ġudizzjarja sħiħa bejn iż-żewġ gżejjer. It-tieni nett lill-Maġistrat Audrey Demicoli li issa saret Maġistrat Anzjan wara l-ħatra tal-predeċessur tagħha Dr Anthony Vella għal Imħallef. Jixirqilha u nawguralha li jkollha suċċess f 'din il-kariga daqs kemm qed igawdi suċċess it-tim favorit tal- futbol tagħha, ir-Roma! Ċajt apparti, awguri mill-qalb! Opinjoni OWEN BONNICI Kellha tkun inizzjattiva ta' Prim Ministru wieħed – dak tagħna – li ġabet lil għadd mhux żgħir ta' pajjiżi Ewropej jaħdmu flimkien biex jipprattikaw is-solidarjetà bil- fatti. Dak li ma kienx intlaħaq fl- għexieren ta' snin ta' qabel, Joseph Muscat wettqu b'għaqal u attenzjoni fi żmien ftit jiem. Statesmanship Ġieli niltaqa' ma' ħbieb tiegħi – anke Nazzjonalisti ġenwini – li jgħiduli li lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għad li se jivvutawlu, fil-fond ta' qalbhom ma jarawhx fit- tmexxija tal-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018