Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Franza jiskorjaw 4 u jagħmluha għall-kwarti tal-nali minn Cristian Antony Muscat Franza ......................... 4 Arġentina .................... 3 F'possibilment l-isbaħ partita sa issa f 'din it- Tazza tad-Dinja, Franza kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lill-Arġentina bl-iskor ta' 4-3, biex b'hekk kisbu post fil-kwarti tal-finali. Franza rebħu penalty fil- 11-il minuta meta Kylian Mbappe qabad ballun minn kważi nofs ground, avvanza madwar 70 metru qabel twaqqa' fil-kaxxa minn Marcos Rojo, biex mill-11-il metru Antoine Griezmann ma żbaljax. Iżda l-Arġentina, ġabu l-iskor indaqs meta Ever Banega għadda tajjeb lejn Angel Di Maria li kellu l-ħin biex jikkontrolla l-ballun qabel permezz ta' xutt mill- isbaħ mid-distanza tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Arġentini ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta rduppjaw l-iskor meta xutt ta' Lionel Messi ġie mxellef għal ġewwa minn Gabriel Mercado. Iżda l-Franċiżi wettqu reazzjoni mill-aqwa biex fis- 57 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Lucas Hernandez għadda tajjeb Benjamin Pavard, li permezz ta' xutt bid-dawra mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, tefa' l-ballun fix-xibka. Franza reġgħu marru fil- vantaġġ fl-64 minuta meta Lucas Hernandez indirizza cross preċiż lejn Kylian Mbappe li permezz ta' xutt angulat fil-baxx tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Arġentin, Franco Armani. Huma skorjaw ir-raba' gowl fit-68 minuta meta Olivier Giroud għadda through pass lejn Kylian Mbappe li tefa' l-ballun fix-xibka biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. L-Arġentina naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud meta Lionel Messi xeħet cross perfett lejn Sergio Aguero, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Franza Lloris, Pavard, Varane, Umtiti, Pogba, Griezmann (Fekir 84'), Giroud, Mbappe (Thauvin 89'), Kante, Matuidi (Tolisso 75'), Hernandez Arġentina Armani, Mercado, Tagliafico, Rojo (Fazio 46'), Banega, Messi, Di Maria, Mascherano, Perez (Aguero 66'), Otamendi, Pavon (Meza 75') Referi Alireza Faghani (IRN) Il-Franċiżi jirħu bil-kbir wara wieħed mill-erba' gowls tagħhom KYLIAN MBAPPE Irreġistra doppjetta personali għal Franza f'din il-partita. Jilgħab ma' PSG fi Franza, fejn ingħaqad magħhom mingħand Monaco. Huwa wieħed mill-aqwa plejers żgħażagħ fid- dinja.