Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 | illum Sports 29 LUCA Martini - atleta ta' 18-il sena li jispeċjalizza fit- tfigħ tal-hammer throw, u li għandu r-rekord nazzjonali ta' Malta fil- ham-mer throw tal-kategoriji under 18 u l-under 20. Martini nnifsu tana iktar dettalji: "Nittrenja mal-klabb Rush AC u l-kowċis Antonella u Rachid Chouhal. Bdejt nipprattika l-atletika meta kont għadni l-iskola hekk kif fil-brejks tal-iskola tal-form 2 kont immur nagħmel ftit shot put. Xi sentejn wara bdejt ninżel nittrejnja l-Marsa u ltqajt mal-kowċ Antonella Chouhal li hi r-record-holder ta' Malta fix-shot-put, Dis- cus u Hammer u fl-2014 kont imħajjar nipprova l-hammer throw u għoġbitni u bdejt niddedika l-ħin tiegħi tat-trejning għall-hammer throw biss. Ftit tax-xhur wara rnexxieli nikser l-ewwel rekord fil-kategorija. Bqajt niffoka fuqha u s-sena ta' wara erġajt ksirt diversi rekords tal-kategorija. F'dik l-istess sena rnexxieli nintgħażel biex nirrapreżenta lil Malta fil-European Kids Athletics Games ġewwa Brno, u għalkemm ħadt sehem fid-dixxiplina tax-shot put irnexxieli niġi fis-sitt post. F'dik is-sena wkoll għalkemm kont qed nikkompeti f 'kategorija ikbar irnexxieli nirbaħ id-deheb fil-hammer throw fil- FISEC Games li kienu saru hawn Malta li huma logħob għaż- Żgħażagħ taħt it-18-il sena u bl-istess tefgħa ksirt ir-rekord nazzjonali tal-Under 18. Is-sentejn ta' wara kienu ta' sodisfazzjon kbir fil- kategorija l-ġdida, f 'din il-Kategorija ta' taħt it-18-il sena fl-ewwel sena rnexxieli nikser ir-rekord nazzjonali għal seba' darbiet u b'sodisfazzjon kbir irnexxieli wkoll inkun ippremjat bħala l-'Youth Athlete of the Year'. Fl-2016 erġajt intgħażilt biex nikkompeti fil-FISEC Games, iżda sfortunatament ma kienx hemm hammer imma xorta kien irnexxieli nirbaħ bronż fid-discus. Dan għalkemm din ma kinitx id-dixxiplina priniċipali tiegħi.F'din is-sena (it-tieni sena tal-kategorija U18) erġajt irnexxieli nikser ir- rekord nazzjonali għal sitt darbiet u kont onorat ukoll bil-premju 'intermediate athlete of the year award' li jkun mogħti mill-MAAA. Fl-2017 flimkien mal-kowċ tiegħi u xi membri oħra tat-tim konna mistednin nitfgħu fil-kampjonati tal- Lussemburgu. Din kienet l-ewwel esperjanza barra minn xtutna fil-hammer throw fil- kompetizzjoni. Ikkompetejt man-numru 3 tad-dinja Quentin Bigot għal dik is- sena. Jien kont ġejt it-tielet ġol-istess kompetizzjoni u rnexxieli nikser ukoll rekord nazzjonali tal-kategorija. Fl- istaġun tal- 2017 għamilt erba' rekords f 'dik il- kategorija u rbaħt Award for outstanding achievements mogħti mill-MAAA. Fl-2018 erġajt tlajt kategorija oħra. Dan ifisser li dawn huma l-aħħar sentejn qabel ma nibda nikkompeti mal-kbar. F'Diċembru li għadda, kelli taħriġ ġo Mannheim fil- Ġermanja flim-kien mat-tim tiegħi. Hemmhekk, konna segwiti minn kowċ internazzjonali. Wara dan it-taħriġ, bqajna naħdmu fuq ċerti ideat ġodda. Bdejt l-istaġun tajjeb u sa Marzu kont diġà ksirt ir-rekord nazzjonali tliet darbiet imma sfortunatament kelli injury li waqqfitni għal ftit żmien li nista' nittrejnja b'intensità qawwija u allura kelli nnaqqas ċertu trejning li kont qed nagħmel. Sa fl-aħħar issa erġajt bdejt intella' ftit l-intensità tat-trejning u bilmod ġej lura għal kif kont qabel. Fil-Kampjonati Nazzjonali rnexxili nitfa' championship record għall-kategorija tiegħi għalkemm għadni ma rkupjajtx mija fil-mija. Dan ir-riżultat ma kinux ikun possibli mingħajr l-għajnuna tal-kowċis Antonella u Ra- chid Chouhal li jaħdmu bla waqfien b'dedikazzjoni kbira u kienu ta' għajnuna kbira fl-aktar mumenti diffiċli meta kelli l-injury, lil ommi li tissapportjani bla waqfien u lil sħabi kollha fil-klabb Rush AC li għalkemm din hija t-tieni sena li ġie mwaqqaf il- klabb, diġà qed nagħmlu ħoss fix-xena lokali," temm jgħid Luca Martini. Bir-rekord nazzjonali tal-U18 u U20 l- hammer throw Ta' 17-il sena jagħmel impatt fl-atletika KRESTIEN Micallef huwa atleta ta' 17-il sena u jittrejnja ma' Rush AC. L-ILLUM talbet lil Micallef jiddeskrivi l-esperjenza tiegħu fl-atletika, fejn għalkemm għadu żgħir diġà qed jagħmel impatt fix-xena lokali. Krestien jgħidilna: "Bdejt nipprattika l-atletika sentejn ilu fejn kienet oħti li ħeġġitni biex nibda dan l-isport. Kienet dejjem tħajjarni biex ninżel nagħmel xi ħaġa magħha l-Marsa peressli hija kienet diġà qed tittrejnja ma' Rush AC. Għall-bidu ma tantx kelli interess f 'dan l-isport imma iktar kemm beda jgħaddi ż-żmien iktar bdejt ninteressa ruħi u bdejt nieħu l-affarijiet aktar bis-serjetà. Wara xi sitt xhur li kont bdejt, kont ġejt magħżul biex nirrapreżenta lil Malta fil-European Kids Athletics Games Brno li kienu saru fir- Repubblika Ċeka u rnexxieli flimkien ma' sħabi nikseb bronż fir-relay 4x60m. Fil- bidu meta bdejt l-atletika kont nittrejnja għal-long jump, 100m u 200m imma wara bdiet togħġobni iktar il-400m u flimkien mal-kowċ tiegħi Rachid Chouhal iddeċidejna li niffokaw iktar fuq dan l-event. Matul dan l-istaġun bdejt niffoka aktar fuqha u b'hekk irnexxieli ntejjeb il-ħin b'żewġ sekondi u ksibt ħin ta' 51.67. Fil- futur nixtieq inkompli ntejjeb dal-ħin. Il-ġurnata tiegħi mhux daqshekk faċli. Kif nispiċċa mill-iskola nibqa' sejjer dritt għat-trejning li jkolli ħames darbiet fil-ġimgħa u għalhekk hija sfida għalija li nlaħħaq ma' kollox, għalhekk nipprova nqassam il-ħin sew biex inlaħħaq kemm skola kif ukoll mat-trejning għax it-tnejn huma importanti u għandhom jimxu flimkien. F'Lulju tas-sena 2017 ġejt magħżul biex nikkompeti fil-Logħob tal-FISEC li saru fl-Italja u li fihom irnexxieli nikseb żewġ midalji - waħda tal-fidda u l-oħra tal-bronż. Bħalissa ninsab ħerqan nistenna l-FISEC Games li ġejjin li se jsiru mill-14 sal-20 ta' Lulju fil- Belġju fejn hemmhekk se nipprova nagħmel l-almu tiegħi biex intejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi. L-atletika saret parti essenzjali minn ħajti u fil-futur nixtieq inkompli nipprattika dan l-isport biex inkompli nikseb aktar suċċess. Nixtieq ngħid grazzi kbira lill-kowċ tiegħi Rachid Chouhal għall-paċenzja u d-dedikazzjoni li għandu biex jgħini ntejjeb il-ħinjiet u nasal fejn irrid, kif ukoll lill-klabb tiegħi, Rush A.C. u lil sħabi kollha tat-trejning li dejjem jissapportjawni u l-aħħar iżda mhux l-inqas lill-familja tiegħi!"