Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Sports 30 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Ħija li huwa ikbar minni kien jilgħab il-waterpolo mal-Exiles u kont immur miegħu. Meta kelli 13-il sena, l-Exiles għaqqdu tim ta' taħt l-14-il sena u bdejt nitharreġ flimkien ma' sħabi. Minn dak iż- żmien bqajt involut f 'dan l-isport. U kif iddeċidejt li tidħol fl- amministrazzjoni ta' dan l-isport? Biex ngħid il-verità ma kontx plejer tajjeb imma dejjem kont norganizza. Ta' 17-il sena talbuni noħroġ għall-kumitat. Issa ili 30 sena u kelli l-kariga ta' Segretarju għal sitt snin u ili President għal dawn l-aħħar 20 sena. U għaliex ma' Exiles? Kienet għażla naturali li nibqa' fl- ambjent ta' klabb familjari. X'jinvolvi finanzjarjament biex tmexxi klabb ta' suċċess bi plejers professjonali fosthom dawk barranin, bħal Exiles? Sagrifiċċji kbar u wġigħ ta' ras kontinwu. Peress li aħna klabb relativament żgħir, b'numru limitat ta' riżorsi trid tivvinta kif se tiġġenera biżżejjed flus biex iżżomm il-livell tat-tim kemm jista' jkun għoli għall-baġit li għandek. Trid ukoll tieħu ħsieb it-timijiet l-oħra bħal tan-nisa u ż-żgħar kif ukoll l-għawm. Imbagħad għandek l-ispejjeż kapitali tal-klabb li ma jonqsu qatt. Konna għaqlin li seba' snin ilu, fl-2011 ħadna riskju u bi spejjeż tagħna (permezz ta' loan mal-bank li għadu qiegħed jitħallas), waqqajna u erġajna bnejna l-klabb mill-ġdid. Dan kien ta' piż u ta' wgigħ ta' ras kbira imma l-introjtu tal-klabb inbidel. Li kieku m'għamilniex hekk ma konniex inkampaw. U x'għajnuna ssibu mill-isponsors? Anke hawnhekk limitati. Jekk ma jkunux membri jew benefatturi tal-klabb diffiċli ssib għajnuna. Biex tgħaxxaqha, aħna qegħdin bejn tliet ġganti tal-waterpolo fl-istess żona. Bosta jsaqsu d-domanda ta' x'fettillu bniedem ta' suċċess bħalek, jintriga ruħu fl-isport billi jokkupa l-kariga ta' president ta' tim tal- waterpolo, li lkoll nafu kemm jinvolvi spejjeż, u fejn int mal- membri tal-kumitat sħabek tagħmlu dan ix-xogħol b'mod voluntarju. Kif tirribbatti għal dawn il-kummenti? L-ewwel nett il-mara tiegħi dejjem kienet ta' sapport kbir għalija kemm f 'xogħli kif ukoll fil-kariga ta' President tal-klabb. Mingħajr dan is-sapport ma kienx jirnexxieli. Jien nagħti ħafna lill-Exiles u lil dan l-isport li tant inħobb però nħoss li nirċievi wkoll lura għax il-ħbiberiji ġenwini u r-rispett li tani l-waterpolo ma tistax tagħtih valur. Jien ukoll kburi li qed noffri xi ħaġa pożittiva lis-soċjetà Maltija, speċjalment liż-żgħażagħ li jħobbu dan l-isport. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol professjonali tiegħek u mal- amministrazzjoni bħala president ta' Exiles SC? Mhux faċli. Ġranet twal fuq ix- xogħol ikunu segwiti minn laqgħat tal-kumitat jew tal-ASA jew il- pixxina nsegwi t-taħriġ tat-tim. X'qed jagħmel it-tim ta' Exiles biex jindokra t-timijiet tal-Youths fi ħdanu? L-Exiles dejjem kien klabb li jagħti importanza kbira lill-qasam taż- żgħar u dan l-aħħar ukoll tan-nisa. L-akkademja ssaħħaħ il-klabb minn kull livell. Xorta nixtieq nara aktar plejers żgħar jaslu mat-tim tal-kbar u din hija ħaġa li dejjem nimbotta għaliha. Narak ferm emozzjonat waqt il- logħbiet li fihom issegwi lit-tim ta' Exiles mill-istands. X'ikun għaddej minnek dak il-ħin u speċjalment waqt logħbiet kruċjali? Il-waterpolo huwa sport mill-isbaħ għax hemm azzjoni ta' gowl kull 30 sekonda u għalhekk l-emozzjonijiet huma kbar waqt il-logħba. Jien insegwi t-tim tul il-ġimgha kollha u nitkellem ħafna mal-plejers u l-kowċis u għalhekk dak il-ħin waqt logħba nkun qed nevalwa l-prestazzjonijiet kemm tat-tim kif ukoll tal-individwi. Bqajt fit-tmun ta' Exiles bħala President anki meta l-affarijiet ma tantx kienu qed jidhru sbieħ. Il- kummenti tiegħek. Iva. F'20 sena rajt ħafna tlugħ u nżul u xi kultant fiż-żmien ta' nżul jiġuk mumenti fejn tistaqsi x'qed tagħmel hawn. Biss jiena bniedem pożittiv u dejjem inħares 'il quddiem kif nistgħu ntejbu l-qagħda tagħna. F'nofs staġun diġà nkun qed nippjana għall-istaġun li jkun imiss. Kif rajtu jinbidel lit-tim ta' Exiles tul is-snin? Il-bidla kienet kbira. Għall-bidu li bdejt kien tim totalment dilettant jitħarreġ minn Mejju sa Settembru u l-plejers ma jitħallsux. Illum kif għidt tiftaħ staġun qabel ma tagħlaq ieħor. It-taħriġ jibda minn Ottubru sa Settembru u ġustament il-plejers iridu jitħallsu tas-sigħat twal ta' sagrifiċċju li jagħmlu. Rajt ukoll bidla fil-mentalità tal-klabb fejn qabel konna nfittxu riżultati rispettabli kontra min hu aħjar minna waqt li llum ninħarqu jekk nitilfu anke ma' min hu aħjar minna. Din hija xi ħaġa pożittiva. U kif rajt lill-warterpolo lokali b'mod ġenerali jinbidel tul il-medda tas-snin? Bidla mill-għeruq. Staġuni twal, kowċis professjonali, ħafna minnhom barranin, u plejers barranin ta' fama mondjali. Kollox sar iktar professjonali, b'baġits akbar. U r-riżultati qed narawhom fil-livelli kollha ta' dan l-isport fantastiku. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala President ta' Exiles? Il-mument li nara li m'għadnix inħoss ir-rispett ta' min hu involut fl-isport, kemm fil-klabb tal-Exiles kif ukoll barra minnu, ikun il- mument li naħseb li għandi nieqaf. Dan s'issa ma nħossx li qiegħed iseħħ. U l-futur ta' Exiles bħala tim? Dejjem nippruvaw nagħmlu avvanz fuq is-sena ta' qabel. Mhux dejjem facli imma dak huwa t-tir. Taħseb li f 'Malta hemm bżonn li tinbena indoor pool? Iva. Mill-aktar fis għaliex l-akbar problema li għandu l-isport akwatiku huma l-faċilitajiet. Aħna qed nagħmlu l-mirakli b'pixxina waħda, aħseb u ara x'nistgħu Għal dawn l-aħħar 20 sena jmexxi b'suċċess Cristian Antony Muscat Andrew Paris - President ta' Exiles SC fejn matul din is-sena qed jiċċelebra l-20 sena anniversarju sa minn meta nħatar f 'din il-kariga. Jaħdem qatigħ u jagħti l-enerġija tiegħu kollha tul is-sena kollha għal dan il-klabb li tant iħobb. "Il-mument li nara li m'għadnix inħoss ir-rispett ta' min hu involut fl-isport, kemm fil-klabb tal- Exiles kif ukoll barra minnu, ikun il-mument li naħseb li għandi nieqaf. Dan s'issa ma nħossx li qiegħed iseħħ." "F'20 sena rajt ħafna tlugħ u nżul u xi kultant fiż-żmien ta' nżul jiġuk mumenti fejn tistaqsi x'qed tagħmel hawn. Biss jiena bniedem pożittiv u dejjem inħares 'il quddiem kif nistgħu ntejbu l-qagħda tagħna. F'nofs staġun diġà nkun qed nippjana għall-istaġun li jkun imiss."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018