Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
Aħbarijiet 4 Minn Yendrick Cioffi MINKEJJA l-istennija li kien hemm għas-summit ta' nhar il-Ħamis li għadda dwar l-immigrazzjoni, is- sigħat twal ta' diskussjoni ma wasslu għall-ebda deċiżjoni konkreta li tista' verament iddewwi l-pjaga tal-immigrazzjoni u n-nuqqas ta' qbil li jeżisti fuq din il-kwistjoni. Il-ftehim li ntlaħaq kmieni l-Ġimgħa filgħodu, isemmi t-twaqqif, dejjem fuq bażi volontarja, ta' ċentri komuni għall-kontroll tal-immigranti fil-pajjiżi membri u li fihom isir il-proċess immedjat li jiddetermina minn ħaqqu l-protezzjoni u min għandu jintbagħat lura. Il-mexxejja qablu wkoll li anke r-rilokazzjoni fost il-pajjiżi membri tal- immigranti li ħaqqhom il-protezzjoni għandu jibda jsir fuq bażi volontarja. Dan ifisser li s-sistema ta' kwoti, bil-għan li jkunu mgħejjuna dawk il-pajjiżi l-aktar milquta, fosthom l-Italja u l-Greċja, sfaxxat fix-xejn, wara l-oppożizzjoni qawwija tal-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja. Il-mexxejja qablu wkoll, kif intqal diversi drabi, li jsaħħu l-miżuri biex ma jkunx hemm dewmien żejjed meta persuni li ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni jiġu biex jintbagħtu lura. 'Is-summit iġġustifika l-azzjonijiet li ħadet Malta...' Intant, ftit wara li ntemm is-summit, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal fuq Twitter li l-pajjizi membri qablu wkoll li l-bastimenti fil-Mediterran għandhom jirrispettaw il-liġijiet u mhux jostakolaw il-ħidma tal-Gwardi tal-Kosta Libjani. Insista li dan jiġġustifika l-azzjonijiet li ħadet Malta din il-ġimgħa dwar il- bastiment Lifeline. Wara ħamest ijiem bejn sema u ilma, il-Gvern Malti aċċetta li jdaħħal Malta l-bastiment Lifeline wara li disa' pajjiżi qablu li jieħdu xi immigranti. Malta, kif saħqet ukoll li għandu jsir l-Italja, ikkonfiskat il-bastiment u arrestat lill-kaptan wara li dan injora struzzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani biex ma jmurx hu jsalva lill-immigranti għax kienu ħierġa għalihom il-Gwardji tal-Kosta Libjani. Iż-żewġ pajjiżi kienu qed jinsistu li bl-aġir tiegħu, il-kaptan kiser il-liġijiet nazzjonali. Intant, il-Ħamis waranofsinhar, il-Gvern Malti ħabbar ukoll li se jkun qed jagħlaq il-portijiet tiegħu għal NGOs, simili għal dawk li kienu qed imexxu l-operazzjoni abbord il-bastiment Lifeline. Fi stqarrija kien qal li ħa din id-deċiżjoni minħabba informazzjoni li sa dakinhar ma kinitx għadha magħrufa u insista li Malta trid tkun ċerta li l-NGOs, li qed jużaw is-servizzi tal-portijiet Maltin, qed jaħdmu skont il-liġijiet nazzjonali u internazzjonali. Conte kuntent imma Merkel aktar kawta Minkejja li kienu diversi l-opinjonisti li wrew id- diżappunt min-naħa tagħhom wara dan is- summit, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte kellu kliem ta' tifħir u qal li issa l-Italja ma għadhiex waħedha u wara dan is- summit, l-Ewropa hija aktar responsabbli u solidali. Sa ftit ħin qabel is-summit, l-Italja kienet qed thedded li tinjora l-konklużjonijiet kollha tal- Kunsill jekk il-pajjiżi membri ma jaċċettawx it-talbiet tagħha. Iżda, meta mistoqsi mill- ġurnalisti jekk l-Italja hux se taċċetta li jkollha ċentri ta' kontroll li dwarhom intlaħaq qbil, il-Prim Ministru Taljan qal li d-deċiżjoni tittieħed aktar 'il quddiem. Min-naħa tagħha, il- Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel ħarġet ftit aktar xettika u qalet li fadal ħafna aktar xi jsir biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li dwarhom għad ma hemmx qbil. Ara wkoll l-editorjal f 'paġna 19. illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Opportunitajiet ta' Finanzjament Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (2014 – 2020) jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qed jinbidlu, filwaqt li jrawwem reżistenza ekonomika u sostenibbilità ekoloġika. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal- Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-pubbliku li t-tielet sejħa għall- proposti ġiet mnedija fit-28 ta' Ġunju 2018. Artiklu 30 – Miżura I.6 Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul Artiklu 41(1) – Miżura I.20 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima Investimenti abbord; verifiki u skemi tal-effiċjenza fl-enerġija; studji Data ta' l-għeluq: 31 ta' Awwissu 2018 (11:00 am) Is-sejħa marbuta mal-Miżuri msemmija għandha allokazzjoni totali ta' € 500,000.00 f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni. L-Applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mill-web link www.eufunds.gov.mt / www.eufundsmalta.gov.mt Laqgħa ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fl-20 ta' Lulju 2018. L-pubbliku għandhu jirreġistra l-interess tiegħu sabiex jipparteċipa f'din il-laqgħa sa mhux aktar tard mit-13 ta' Lulju 2018 (f' nofs in-nhar). Il-formola ta' reġistrazzjoni għal-laqgħa ta' informazzjoni tista tiġi miksuba mill-web link msemmi aktar il-fuq inkella tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt. * Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira, jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta' 30% fl-intensita' tal-għajnuna pubblika, mentri operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) titnaqqsilhom l-intensita' tal-għajnuna pubblika b'20%. Din tapplika biss għall-Artiklu 41(1) – Miżura I.20. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 12.5% Fondi Nazzjonali; 50% Fondi Privati* Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Xejn ġdid mis-summit tal-mexxejja tal-UE Addio kwoti...rilokazzjoni fuq bażi volontarja Punti oħra ewlenin: • Tisħiħ tal-kontrolli fuq il-fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea u aktar finanzjament għat-Turkija u pajjiżi oħra fl-Afrika ta' Fuq. • Il-possibilità li jkun hemm ċentri, barra mill-Unjoni Ewropea, li fihom jitniżżlu l-immigranti salvati. • Aktar ħidma biex ma jinħolqux rotot ġodda għall- immigrazzjoni, la fuq il-baħar u lanqas fuq l-art. • €500 miljun mill-Unjoni Ewropea għall-Afrika bil-għan li tassisti lill-kontinent sabiex jissaħħaħ soċjalment u ekonomikament. • Aktar ħidma biex tkun aġġornata l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-ażil, fosthom bidliet fir-regolamenti magħrufa bħala ta' Dublin. • Aktar għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex tassisti l-ħidma ta' pajjiżi membri, fosthom Spanja, minħabba l-influss tal-immigranti fil-Punent tal-Mediterran u anke għajnuna lil dawk il-pajjiżi minn fejn qed jitilqu l-immigranti, partikolarment il-Marokk.