Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Il-Gvern diġà beda jaħdem fuq abbozz dwar il-maternità surrogata ... Il-Ministeru għas-Saħħa insista li ma għandux mandat biex jibda diskussjoni fuq l-abort wara li l- gazzetta ILLUM żvelat kif il-Fondazzjoni Life Network bdiet kampanja mill-knejjes Minn Yendrick Cioffi ISSA li l-Gvern emenda l-liġi tal-IVF, il-Ministeru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma mal-gazzetta ILLUM li minnufih beda x-xogħol biex jitħejja qafas regolatorju għall-abbozz ta' liġi dwar il-maternità surrogata. Għalkemm ma weġibx meta se jressaq dan l-abbozz fil-Parlament, il-Ministeru qal li se jkun qed iniedi konsultazzjoni pubblika dwar din il-liġi. L-argument li qed isir huwa li l-emendi fil-liġi tal-IVF, partikolarmant l-iffriżar tal-embrijuni u anke aktar 'il quddiem, il- maternità surrogata, fetħu l-bibien biex anke pajjiżna jibda jiddiskuti l-introduzzjoni tal-abort. Kien f 'dan id-dawl li din il-gazzetta staqsiet ukoll lill-Ministeru jekk kienx hemm diskussjoni dwar il-posisiton paper tal- Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, li fost oħrajn, tipproponi l-introduzzjoni tal-abort taħt ċertu kundizzjonijiet, fosthom f 'każi ta' stupru, u anke jekk jaħsibx li xi darba jew oħra, il-Gvern se jkollu jibda diskussjoni dwar l-abort. Il-Ministeru kien skjett fir- risposta tiegħu u insista li "l-Gvern għamilha ċara aktar minn darba li ma jaqbilx mal- introduzzjoni tal-abort f 'pajjiżna, tant li qatt ma talab mandat elettorali f 'dan ir-rigward." Madanakollu l-Fondazzjoni Life Network, diġà xammret il-kmiem u qed issaħħaħ 'il- kampanja' tagħha kontra l-abort, tant li bħalissa membri tagħha, nhar ta' Ħadd, qed iduru l-parroċċi biex jitolbu l-għajnuna ta' kull min għandu għal qalbu "il-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha." Imma l-Gvern għandu mandat li jdaħħal il- maternità surrogata? Huwa minnu li fl-aħħar programm elettorali, li bih il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, ma saret l-ebda referenza għall- abort iżda fl-istess wiegħdi, il-Partit Laburista la jsemmi l-iffriżar tal-embrijuni u wisq inqas il-maternità surrogata li issa qed jimbotta 'l quddiem. B'mod vag, il-programm elettorali kien wiegħed proċedura tal-IVF li tirrifletti "aħjar l-avvanzi li saru fit-teknoloġija" u li minnha "aktar koppji jibbenefikaw," iżda l-maternità surrogata ma tidher imkien. Tant hu hekk li l-Ministru Chris Fearne stess kien qal li l-kiri tal-ġuf, bażikament il- maternità surrogata bi ħlas, se jibqa' illegali għax il- Gvern ma għandux mandat li jagħmel dan. Iżda jista' jkun li meta l-Gvern wiegħed proċedura tal-IVF li minnha "aktar koppji jibbenefikaw," kien qed jirreferi, b'mod indirett għall-maternità surrogata, ġaladarba minn din il-liġi se jkunu qed jibbenefikaw koppji gay. Jonqos biss din il-liġi... Sa issa, huma l-koppji liżbjani biss li jistgħu jibbenefikaw mil-liġi tal- IVF kif emendata. Permezz tad-donazzjoni tal-gamiti, il-bajd ta' waħda minn dawn in-nisa jkun iffertilizzat mal-isperma li tkun ġiet mogħtija b'donazzjoni, minn donatur li ma jistax ikun magħruf. Iżda jekk il-maternità surrogata ssir legali, l-isperma ta' wieħed mill- irġiel f 'koppja gay tista' tintuża għall-fertilizzazzjoni tal-bajd ta' mara. L-embrijun li jinħoloq ikun jista' mbagħad jinġarr minn dik il-mara li min jeddha tkun iddeċidiet li toffri ġufha. Għaldaqstant jonqos l-introduzzjoni tal- maternità surrogata biex kemm koppji eterosesswali u dawk omosesswali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-proċedura tal-IVF u tkun seħħet il-wegħda tal-Gvern li "aktar koppji jibbenefikaw." X'nafu sa issa fuq il- maternità surrogata? Minħabba l-fatt li l-maternità surrogata ma tistax tinfired mill- proċedura tal-IVF, il- Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien ippropona l-introduzzjoni tal- maternità surrogata fil-proposti tiegħu biex jemenda l-Att dwar il- Protezzjoni tal-Embrijuni. Madanakollu, meta ħabbar bidliet għall-emendi proposti oriġinarjament, kien qal li l-maternità surrogata se tkun imressqa f 'liġi separata u esklussivament għaliha. Mal-ILLUM, il-Ministeru għas-Saħħa qal li dan kien frott konsultazzjoni li diġà bdiet. Fost oħrajn, il-Ministeru kien ħabbar dawn il-bidliet anke wara laqgħat li kellu mal-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca li kienet esprimiet ir-riservi tagħha dwar l-emendi kif imressqa oriġinarjament iżda anke meta ġiet biex tiffirma l-liġi emendata. Meta semma għall-ewwel darba din il-proposta, il- Ministru Chris Fearne kien qal li l-maternità surrogata se tkun introdotta f 'Malta b'mod altruwistiku biss, ġeneralment fost membri tal-familja. Dan ifisser li l-maternità surrogata tkun permessibbli biss f 'każi bħal pereżempju meta oħt raġel tiddeċiedi li minn jeddha toffri ġufha biex twelled hi iben jew bint għal ħuha. "Il-Gvern għamilha ċara aktar minn darba li ma jaqbilx mal-introduzzjoni tal-abort f 'pajjiżna, tant li qatt ma talab mandat elettorali f 'dan ir-rigward."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018