Illum previous editions

ILLUM 1 JULY 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li għad fadal kważi 10 xhur għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż kollu, sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-PN qed ibati ħafna biex isib kandidati għall-elezzjonijiet lokali, filwaqt li sostnew li għad hemm inċertezza jekk fil-fatt il-partit hux se jkollu kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Għawdxi. "Il-partit għandu problemi serji saħansitra biex isib kandidati li se joħorġu fiż-żewġ lokalitajiet li dejjem kisbu maġġoranza Nazzjonalista, jiġifieri r-Rabat Għawdex u n-Nadur. Dan minħabba li Edward Said, is-Sindku preżenti u ħu Chris Said, diġà pubblikament qal li mhux se joħroġ għall-Kunsill Lokali (għalkemm m'għamilx pubblika r-raġuni), kif żvela li se jagħmel Samuel Azzzopardi, is-Sindku tar-Rabat, ukoll. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat illi hemm ċans illi Samuel Azzopardi ikun fuq il-lista tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jidher issa li anke din il-kandidatura hija inċerta. Għalkemm l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew (PE) mhux waħda li fiha jivvutaw in-nies skont id-distrett u allura l-pajjiż jiġi distrett wieħed, kandidat Għawdxi jista' jkun meqjus bħala għodda tajba biex partit jattira lejh aktar votanti f 'distrett illi fl-aħħar elezzjonijiet dejjem kellu riżultat qrib ħafna bejn il-PL u l-PN, bil-Partit Laburista saħansitra jirbaħ dan id-distrett għall-ewwel darba fl-istorja fl-2017. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli aċċerta lil din il-gazzetta illi l-PN se jkollu kandidat Għawdxi għal din l-elezzjoni partikolari għalkemm ma elaborax meta mistoqsi min jistgħu jkunu l-kandidati Nazzjonalisti għall-elezzjoni. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi jeżisti diżappunt fost l-għeruq tal-partit, hekk kif minkejja li dawk li vvutaw lil Delia pretendew li jseħħu ċerti bidliet, diversi attivisti qed jinsistu li dawn il-bidliet ma seħħewx. "Il-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex huwa l-unika kumitat fil-PN li ma nbidilx . Kollox baqa' kif kien u min kien imexxi dan il-kumitat baqa' hemm. L-istess nies, l-istess storja." Is-sors li tkellem ma' din il- gazzetta sostna li kienu bosta Nazzjonalisti li ppretendew li mal-bidla fit-tmexxija tal- partit, se jkun hemm bidla fil-Kumitat Reġjonali. Puli wieġeb u filwaqt li ammetta li huwa vera li dan il- kumitat għadu l-istess li kien qabel ma kien elett Adrian Delia Kap tal-PN, sostna li kien hemm diversi bidliet fil-kumitati tal-PN madwar il-pajjiż inkluż Għawdex u "kif kien hemm bidliet f 'kumitati oħrajn ikun hemm bidliet fil-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex, li jista' jinbidel jew li jista' jiġi rikonfermat." Imma ħafna aktar minn hekk is-sors li tkellem mal-ILLUM sostna li fost in-Nazzjonalisti kollha, inkluż f 'Għawdex hemm diżillużjoni kbira. "Ftit huma dawk li jridu joħorġu għall-elezzjoni, jistaqsuna x'se noħorġu għall-elezzjoni nagħmlu meta l-probabilità hija li nitilfu l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew?" Mal-ILLUM Puli nnega li hemm xi problema biex il-PN isib kandidati madwar il-pajjiż anzi sostna li qatt daqs din l-elezzjoni il-PN ma kien 'il quddiem fl-għażla tal-kandidati. Huwa sostna illi minkejja li jista' jkun li hemm distretti fejn instabu aktar kandidati minn Għawdex, il-partit qed jaħdem fuq dan id-distrett ukoll. It-tielet raġuni li kellimna dwarha kienet in-nuqqas ta' preżenza tal-partit, meta mqabbel mal-preżenza qawwija tal-Labour, speċjalment il-Ministru Justyne Caruana, "li qed iddur u taħdem ħafna man-nies." Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li l-unika "pożittiv" għall-PN f 'Għawdex huwa li Anton Refalo m'għadux Ministru u sezzjoni mill-votanti tiegħu, li jivvutaw lilu biss, huma jew kienu rrabjati dwar dan. "Inti għaliex taħseb li jrid iżommu kuntent lil Refalo? Ħalli Refalo jerġa' jkun kandidat u jekk hemm min ma jridx jivvota, eventwalment jivvota." "Il-Labour jieħu ħsieb in-nies tiegħu. Inti taħseb," irrimarka s-sors tal-ILLUM, "li n-nies ta' Franco Mercieca li għalissa m'għadux fix-xena ma ħadux ħsiebhom?" L-aħħar stħarriġ tal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna wera illi meta mistoqsijin lil min jafdaw 49.7% tal-votanti Għawdxin wieġbu 'Joseph Muscat' filwaqt li kienu biss 24% li wieġbu 'Adrian Delia'. L-istess stħarriġ wera li l-istess persentaġġ li jafdaw aktar lil Muscat, kieku kellha ssir elezzjoni llum jivvutaw lill-PL. Min-naħa l-oħra 37% jivvutaw lill-PN, li juri illi persentaġġ ta' Nazzjonalisti Għawdxin, għalkemm lesti li jivvutaw lill-PN, ma jafdawx jew għadhom mhux ċerti minn Delia. Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali PROGRAMME MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Programme Manager (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 13 ta' Lulju 2018. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-28 ta' Ġunju 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcin gandCompliance/FormsandTemplates.aspx Il-PN qed jaffaċċja diffikultajiet biex isib kandidati f 'Għawdex... Puli jiċħad • Għawdxin Nazzjonalisti jgħidu li l-PN qed jiff aċċja problema serja biex isib kandidati għall-2019 • Clyde Puli jiċħad u jgħid li l-PN qatt ma kien daqstant 'il quddiem fl -għażla tal-kandidati isib kandidati li se joħorġu fiż-żewġ lokalitajiet li dejjem kisbu maġġoranza Nazzjonalista, jiġifieri r-Rabat Għawdex u n-Nadur. Dan minħabba li Edward Said, is-Sindku preżenti u ħu Chris Said, diġà pubblikament qal li mhux se joħroġ għall-Kunsill Lokali (għalkemm m'għamilx pubblika r-raġuni), kif żvela li se jagħmel Samuel Azzzopardi,

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 JULY 2018