Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Intervista 12 1. Sodisfatta b'dak li qablu dwaru l-mexxejja waqt is- summit tal-Kunsill tal-Ewropa? Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma ħafna inqas minn dak li kien ġie deċiż fil-Parlament Ewropew ta' kif għandha tkun it-triq 'il quddiem u x'azzjonijiet hemm bżonn li jittieħdu dwar il- migrazzjoni. Ma jistax ikun li kif ikun riesaq is-sajf u nibdew nisimgħu b'bastimenti jaqsmu l-ibħra jqum paniku mill-Gvernijiet u mbagħad fix-xhur l-oħra jinsew li din hi problema permanenti. Għalhekk jeħtieġ li l-azzjoni tkun waħda ħolistika, fit-tul u tħares lejn aspetti ta' kif għandha titwaqqaf il-migrazzjoni rregolari u li tgħin lill-poplu li jinsabu f 'diffikultajiet. 2. Taqbel mal-kritika li saret, jiġifieri li mis-summit ma ħareġ xejn ġdid ħlief proposti riċiklati tal-Valletta Summit? Rilokazzjoni fuq bażi volontarja tista' qatt taħdem? Il-Partit Nazzjonalista diġà wera d-diżappunt tiegħu li fl-aħħar summit il-Prim Ministri Ewropej ma waslux għal qbil fuq il-qsim tar-responsabbilità tal-immigrazzjoni u li din tkun waħda mandatorja. Li kull każ jiġi trattat għalih individwalment ma jaħdimx fit-tul għaliex l-immigrazzjoni hi waħda kontinwa. Barra minn hekk li tipprova tfittex soluzzjoni ad hoc għal każijiet differenti jfisser li waqt li jkun għaddej il-ħin jaf ikollok imwiet ta' nies u tfal. Il-ġimgħa li għaddiet rajna tfal mejta fuq l-idejn. Inħsadna, imma billi tinħasad biss ma tkun qed tagħmel xejn u ma ssolvi xejn. 3. Il-PN saħaq li l-UE injorat is-sitwazzjoni f 'Malta. Taqbel li s-summit offra soluzzjoni għal pajjiżi bħall-Italja, il-Ġermanja u Spanja u xejn għalina? Kont nistenna li l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, jikkonvinċi lill-Prim Ministri l-oħra madwar il-mejda fuq il-kwistjoni sensittiva. Infakkar li l-Prim Ministri ta' qablu, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi waqt negozjati diffiċli kienu jaslu għaliex kienu jikkonvinċu bl-argumenti tagħhom. Xtaqt nara lill-Prim Ministru ta' pajjiżna jikkonvinċi dwar soluzzjoni fit-tul. Dan ma ġarax. Nittama u nawgura li f 'okkażjonijiet oħra, inkluż fuq din il-kwistjoni, jasal. 4. Kważi ħmistax ilu, wara jiem ta' diskussjoni, Malta aċċettat il-bastiment Lifeline u niżżlet għandha l-immigranti. Ċediet jew hekk kien xieraq li tagħmel? Aħna niddefendu s-sovranità tagħna. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minna u f 'pajjiżna dwar dak li jolqot lilna. Imma din mhix kwistjoni ta' ċċedi jew iżżomm iebes biex tipprova tagħti lezzjoni lil xi ħadd meta jkun hemm il-ħajja tan-nies fin-nofs. Għalhekk nenfasizza li l-Kunsill Ewropew għandu jdaħħal fis-seħħ inizjattivi li ġew suġġeriti u maqbula fil-Parlament Ewropew. 5. Taqbel ma' min qed jgħid "Salvini jiddetta u Muscat isegwi?" Dawn id-dikjarazzjonijiet jingħadu għaliex il-Gvern Laburista mhux ikun trasparenti dwar il-politika fuq il-migrazzjoni. Hemm bżonn li l-Gvern jgħid x'inhi l-politika tiegħu dwar il-migrazzjoni. Qed jittratta dak li qed jiġri każ b'każ u dan hu żball. Dak li qed jagħmel idgħajjef il-pożizzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, għamilha ċara li jixtieq li f 'pajjiżna jkun hawn qbil nazzjonali dwar l-immigrazzjoni. Nittamaw li l-Gvern jilqa' l-offerta tal- Oppożizzjoni Nazzjonalista. 6. Kieku int kont Prim Ministru, f 'din is-sitwazzjoni, x'kont tagħmel differenti? Jien nista' ngħid x'għamilt jien bħala membru tal- Parlament Ewropew. X'jagħmel il-Prim Ministru hu responsabbli u marbut li jagħti kont għalih hu. Fil- pożizzjoni tiegħi ħdimt biex l-Unjoni Ewropea tieħu inizjattivi biex l-immigrazzjoni tiġi indirizzata b'mod permanenti. Ġejt inkarigata biex flimkien ma' Membru Parlamentari Ewropew Soċjalista nfasslu rapport dwar il-migrazzjoni. Dan ir-rapport ġie approvat b'maġġoranza qawwija u jisħaq dwar il-bżonn ta' tibdil effettiv biex is-soluzzjonijiet ikunu permanenti. Fejn meħtieġ għandu jkun hemm integrazzjoni iżda fl-istess waqt min mhux intitolat għall-protezzjoni jsiru l-arranġamenti biex imur fil-pajjiż li minnu jkun ġie. Ħdimt ukoll biex jiżdiedu l-fondi allokati biex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni biex inqas nies iħossu l-bżonn li jaħarbu minn pajjiżhom u jfittxu kenn f 'pajjiż ieħor. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista f 'aktar tibdil qed tistenna li ssir riforma tat-Trattat ta' Dublin. Irridu li r-responsabbilità ma tkunx biss tal-pajjiżi li jilqgħu l-wasliet. F'INTERVISTA mal-gazzetta ILLUM l-Ewroparlamentari Miriam Dalli u Roberta Metsola wrew id- diżappunt tagħhom għall-fatt li s-summit tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni ma wassal imkien. Minkejja d-diverġenzi politiċi u l-opinjoni differenti tagħhom dwar kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat irnexxielu jikkonvinċi lill- mexxejja tal-Unjoni Ewropea, kemm Dalli u anke Metsola saħqu li flok 'il quddiem, dan is-summit ħa lill-Unjoni Ewropea pass lura. Fost oħrajn, iż-żewġ Ewroparlamentari wrew ix-xettiċiżmu tagħhom dwar ir-rilokazzjoni fuq bażi volontarja li dwarha ntlaħaq qbil. Anzi saħqu li mill-esperjenza wieħed jista' jikkonkludi li r-rilokazzjoni volontarja ma tista' qatt taħdem. Dwar kif ittieħdet id- deċiżjoni fuq l-MV Lifeline, l-Ewroparlamentari ma qablux. Filwaqt li Roberta Metsola saħqet li l-Gvern ma jistax jitratta dak li qed jiġri każ b'każ, Miriam Dalli nsistiet li Joseph Muscat irnexxielu jġib flimkien il- mexxejja ta' disa' pajjiżi. 'Pass lura'; Dalli u Metsola ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio ...Iż-żewġ MEPs jisħqu li r-rilokazzjoni fuq bażi volontarja qatt ma ħadmet u mhux se taħdem issa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018