Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Intervista 13 Metsola dwar is-summit tal-UE 1. Sodisfatta b'dak li qablu dwaru l-mexxejja waqt is- summit tal-Kunsill tal-Ewropa? Ir-risposta qasira għal- mistoqsija hija "le". U ngħid dan għaliex minkejja li rajna enfasi kbira fuq l-immigrazzjoni fil-konklużjonijiet xorta jibqa' l-fatt li ħafna mid-diskors li sar huwa dwar ideat ta' x'jista' jsir. Għalija hu aktar inkwetanti l-fatt li minn ċertu aspetti qed inħoss li ċertu pajjiżi qed imorru lura anke mill-impenn li daħlu għalih. Pereżempju, naraw xi ntqal dwar rilokazzjoni ta' persuni li ngħataw l-ażil u jinsabu fl-Italja u l-Greċja. Jekk sa ftit ilu konna qed nitkellmu dwar impenn għall-Istati Membri, issa f 'daqqa waħda qed nitkellmu dwar rilokazzjoni fuq bażi 'volontarja'. Bħala Maltin, qabel l-2013, esperjenzajna xi jfisser meta l-Istati Membri jgħidu li se jieħdu azzjoni b'mod volontarju. Dejjem fisser li jkunu biss il-pajjiżi tal-fruntiera bħalna li jġorru r-responsabiltà. Ma jistax ikun li l-Istati Membri jippretendu li jkun hemm ipproċessar tal- applikazzjonijiet tal-ażil b'mod mgħaġġel u sigur u fl-istess ħin iħallu lil dawk l-istati Membri li ma jridu jagħmlu xejn, jibqgħu għaddejjin qisu mhu xejn. Kien hemm min ipprova jagħti l-impressjoni li hu ddiżappuntat li ma ssemmietx Malta għaliex qabel kienet tissemma. Bir- rispett kollu, kellna nies li jieħdu gost li tissemma Malta fil- konklużjonijiet tal-Kunsill meta fil-konkret u fir-realtà ma kienet tingħata l-ebda soluzzjoni reali u effettiva għal pajjiżna. 2. Taqbel mal-kritika li saret, jiġifieri li mis-summit ma' ħareġ xejn ġdid ħlief proposti riċiklati tal-Valletta Summit? Rilokazzjoni fuq bażi volontarja tista' qatt taħdem? Il-problema mhijiex il-proposti li joħorġu. Il-problema hija l-implimentazzjoni ta' dawk il- proposti. Proposti jsiru ħafna. Biżżejjed wieħed jara l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riforma ta' Dublin u r-rapport tal-Parlament Ewropew fuq l-istess proposta fejn tlabna li jkun hemm sistema ċentralizzata fejn kull pajjiż jidħol għal din ir- responsabiltà. Din ir-riforma iżda hija mwaqqfa għalkollox għax għandek ċertu pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li qed jimblukkaw kollox. Kważi nħoss li morna pass lura mid-dikjarazzjoni tal-Valletta Summit, għax hemmhekk kien hemm qbil li l-pajjiżi jirrispondu b'mod deċiżiv biex flimkien jamministraw l-immigrazzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta' solidarjetà u 'shared responsibility.' L-aħħar konklużjonijiet tal-Kunsill tkellmu biss dwar 'shared effort' fuq bażi volontarja. Hemm bżonn politika ċara ta' kif verament jistgħu jiġu indirizzati l-affarijiet fl-integrità tagħhom. L-esperjenza tgħallimna u turina li r-rilokazzjoni fuq bażi volontarja ma taħdimx. Jekk inħarsu lejn il-figuri tar- rilokazzjoni mill-Greċja u l-Italja - figuri li qabblu fuqhom l-Istati Membri fl-2015 - tara li Malta u l-Irlanda biss żammew mal-impenn li ħadu. Hemm pajjiżi bħal Polonja u l-Ungerija li lanqas ħadu persuna waħda. Hemm pajjiżi li ħadu aktar min- nofs tal-impenn li daħlu għalih u oħrajn li għadhom ħafna lura. Ma nemminx bis-solidarjetà volontarja. Jew se tkun solidali dejjem jew se tkun solidali meta u fejn jaqbillek biss. Hemm pajjiżi li qed jopponu kwalunkwe miżura f 'dan ir-rigward u kompromess politiku ħafna drabi jispiċċa jitlob li għallinqas taqbel fuq il-minimu li dwaru jista' jaqbel kulħadd. Imma dak ma jfissirx li huwa l-ideali. 3. Il-PN saħaq li l-UE injorat is-sitwazzjoni f 'Malta. Taqbel li s-summit offra soluzzjoni għal pajjiżi bħall-Italja, il-Ġermanja u Spanja u xejn għalina? Nistaqsi lir-rappreżentanti tal-PN kif meta kellna Gvern Nazzjonalista kienu jikkuntentaw sempliċiment għax pajjiżna kien jissemma f 'xi sentenza fil-konklużjonijiet tal-Kunsill mingħajr ma jkunu qatt ingħataw xi soluzzjoni effettiva? Forsi kienu jagħmlu tajjeb ukoll ir- rappreżentanti tal-PN kieku segwew id-diskors tal-President tal-Kunsill Donald Tusk din il- ġimgħa fil-Parlament stess meta tkellem dwar l-appoġġ lil pajjiżna fil-pożizzjoni tiegħu. Il-PN, jew għall-anqas il-Kap tiegħu qal li din mhijiex kwistjoni partiġġjana imma mbagħad tisma' ċertu stqarrijiet u tirrealizza li lanqas għandhom politika jew strateġija għal dan il-qasam. 4. Kważi ħmistax ilu, wara jiem ta' diskussjoni, Malta aċċettat il-bastiment Lifeline u niżżlet għandha l-immigranti. Ċediet jew hekk kien xieraq li tagħmel? Min jgħid li Malta ċediet mhux qed jifhem is-sitwazzjoni. F'Unjoni Ewropea fejn għandek pajjiżi li qatt ma jaqblu li jidħlu għar- responsabiltà kollha flimkien, għall-ewwel darba fl-istorja sabu lill-Prim Ministru tal- iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea jressaq flimkien disa' pajjiżi biex jaqblu bejniethom u jġorru r-responsabiltà flimkien. Min iċedi jbaxxi rasu mhux isib soluzzjonijiet għall-problemi quddiemu. Fi żmien meta kulħadd qed jipprova jaħbi din il-problema taħt it-tapit, pajjiżna qiegħed jaħdem biex jinstab bilanċ li jagħmel sens. 5. Taqbel ma' min qed jgħid "Salvini jiddetta u Muscat isegwi?" Dik hija n-narattiva li ċertu persuni estremi jistgħu jippruvaw jimbuttaw. Ir-realtà hi li Salvini huwa persuna li m'għandux politika. Populist mingħajr strateġija. Persuna li jipprova jirkeb fuq in- nazzjonaliżmu estrem biex imexxi l-unika haġa li jemmen fiha - attakk sħiħ fuq kull min mhux bħalu. Salvini, flok jipprova jsolvi problema fi sħab ma' pajjiżi oħra sħabu, jipprova biss jitfa' l-problema fuq pajjiżna. Min- naħa l-oħra, bil- kapaċità u t- tmexxija tiegħu, Joseph Muscat qam għall- okkażjoni meta ħaddieħor qagħad b'idu fuq żaqqu. 6. Kieku int kont Prim Ministru, f 'din is-sitwazzjoni, x'kont tagħmel differenti? L-aktar ħaġa importanti li f 'kulma nagħmlu naraw li ħaddieħor iżomm l-obbligi tiegħu, li aħna nħarsu l-obbligi tagħna u li naċċertaw ruħna li ma jkunx hemm persuni innoċenti li jitilfu ħajjithom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018