Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Sports 27 Suċċess kbir d-39 Edizzjoni tal-World Medical and Health Games ID39 edizzjoni tal-World Medical and Health Games, li għadhom kemm ġew fi tmiemhom il-ġimgħa li għaddiet kienu wirja eżemplari ta' ħbiberija u sport. Fil-jiem li għaddew Malta laqgħat il-fuq minn 1,400 atleta li ħadu sehem f 'dawn il-Logħob li huma magħrufa ukoll bħala il-Medigames. Għalkemm kien hemm wirjiet ta' kompetizzjoni qawwija fis-26 dixxiplina li ntlagħabu, kien hemm ukoll wirjiet ta' solidarjetà u għajnuna bejn l-atleti u kollegi li ħeġġew lil xulxin matul il-kompetizzjoi kollha. Il-Logħob kienu miftuħa għall-atleti li jaħdmu jew qedin jistudjaw fil- professjonimedika, kif ukoll kien hemm numru ta' mistednin li ħadu sehem fil- kompetizzjonijiet varji. Il-Logħob bdewbil- Parata tan-Nazzjonijiet nhar il-Ħadd 17 ta' Ġunju. Din il-parata rat lil-atleti skortati minn Banda Maltija fil-Pjazza ta' Buġibba fejn ġew milqugħa minn numru ta 'dinjitarji lokali u internazzjonali. Il-Kompetizzjonjiet saru matul il-ġimgħa u l-programm ta'avvenimenti, mifrux matul il-ġurnata kollha, sar f 'diversi lokalitajiet tal-gżira, inkluż f 'Għawdex li rat l-aħħar tellieqa taċ-ċikliżmu ssir fin- Nadur. Il-kompetizzjonijiet nżammew f 'diversi faċilitajiet sportivi lokali bħalma l-Iskola Nazzjonali ta 'l-Isport, is-Sala Universitarja tal-Isport, il-Pixxina Nazzjonali tal- Qroqq, il-kumplessi tal-futbol tal- 'Luxol, Melita u Ta 'Qali, kif ukoll lokalitajiet bħal Buskett u Miżieb, Triq il-Kosta, fis- Salina, ir-Rabat,l-i Mdina u Ħad-Dingli – postijiet mgħażula għas-sbuħija tagħhom u li forsi huma inqas magħrufa mal-atletli barranin. "Dawn il-Logħob kienu opportunità mill-isbaħ biex juru l-potenzjal li l-gżejjer Maltin għandhom għal dawn it-tip t'avvenimenti ta'kalibru u għoli u fuq skala kibra. Malta toffriruħha sew għal dawn it-tip ta'kompetizzjoni li minbarra li toffri rotot xeniċi, Malta għanda numru ta' amministraturi sportivi li l-passjoni tagħhom lejn l-isport tiġi trasmessa fil- mod li jiġu organizzati dawn l-avvenimenti" - Jonathan Barbara, Ko-ordinatur Sportiv. Malta rat total ta' 75 atleti jieħdu sehem f 'diversi dixxiplini. Sitt atleti Maltin ġew nominati mill- Federazzjonijiet rispettivi tagħhom bħala Ambaxxaturi Sportivi u dawn inkludew lil Victor Calvagna (Triathlon), Ivan Esposito (Judo), Joseph Castillo (Judo), David Debono (Golf), Mario Mifsud (Powerlifting) u Jessica Pace (Table Tennis). L-Ambaxxaturi tal-Logħob maħtura huma individwi magħrufa sew li għamluko ntribuzzjonijietsinifikanti fl-oqsma rispettivi tagħhom iżda huma wkoll atletliattivi fil-qasam tal-isport tagħhom. Biżżejjed wieħed jgħid li l-Ambaxxaturi Sportivi kollha marru tajjeb ħafna f 'dawn il-Logħob, bil-biċċa l-kbira minnhom jirbħu numru sabiħ ta' midalji. Il-Logħob taw opportunita lil atleti Maltin li jikkompetu m' atleti internazzjonali, li wħud minnhom għandhom ammont sostanzjali ta' partiċipazzjoni f 'dawn il-Logħob. Minkejja l-kompetizzjoni qawwija, l-atleti Maltin marru tajjeb fid-dixxiplini rispettivi tagħħhom. Il-kumitat organizzattiv tad-39 edizzjoni tal-World Medical and Health Games jirringrazzjaw għal- kontribut siewi tagħhom il-Malta Amateur Athletics Association, Badminton Malta, Malta Basketball Association, Malta Chess Federation, Malta Fencing Federation, Malta Football Association flimkien ma' Luxol St. Andrews FC, Melita FC, Sirens FC, Malta Football Referees Assocation, Royal Malta Golf Club. Royal Malta Yacht Club, Malta Judo Federation, Malta Mountain Bike Association, Malta Drug Free Powerlifting Association, Malta Shooting Sport Federation, Squash Malta, Aquatic Sports Association, Marsa Sports Club, Malta Tennis Tennis Federation, Triathlon Malta, Agones SFC, Birkirkara St Joseph Sports Club, Bugibba Bocci Club, Agones Race Result Timing System, Saint John Ambulance u Malta Red Cross. Grazzi finali ngħaddu lis-Segretarjat għall-Isport, SportMalta, l-Istitut għall- Edukazzjoni Fiżika u l-Isport, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, il-Pulizija ta 'Malta, Kunsilli lokali tal- Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-Baħar uBirżebbugia, Transport Malta u ForziArmati ta' Malta, u l-Awtorità tat-Turiżmu ta 'Malta. X'qalu l-Ambaxxaturi Sportivi "L-esperjenza tiegħi fil-MediGames kienet waħda sodisfaċenti ħafna, speċjalment minħabba il-fatt li għaqdet flimkien lill-kollegi tiegħi biex nipparteċipaw bħala tim wieħed, nirrappreżentaw lil- pajjiżna kif ukoll opportunita li nagħtu appoġġ lil xulxin. Din l-esperjenza għenet sabiex ngħamel ħbieb ġodda minn pajjiżi differenti" Jessica Pace, Table Tennis (Midalja tad-Deheb, Singles, Midalja tal-Fidda – Doubles tan-Nisa, Mixed) "Kienet ġimgħa l-aktar pjaċevoli f 'atmosfera kompetittiva iżda ukoll ta 'ħbiberija kemm fl-ambjent impekkabli tar- Royal Malta Golf Club kif ukoll fil-Villaġġ tal-Medigames. Dan kollhu kien iktar memorabbli bir-rebħa ta'medalja tad-Deheb fil- Kategorija A Golf " David Debono (Golf) "Il-Medigames 2018 Malta kienet esperjenza verament sabiħa li ppermettiet lill-persuni li jaħdmu fis-settur tas-saħħa biex jikkomunikaw permezz tal-isports. Kien hemm parteċipazzjoni tajba fit- tlielaq tat-triathlonsew mill-parteċipanti lokali u kif ukoll barranin. Dan l-avveniment kien, kif dejjem, organizzat tajjeb ħafna. L-impressjoni ġenerali tal-mistednin internazzjonali tagħna kienet estremament pożittiva. Nispera li dawn il-Logħob servew bħala eżempju għall dik il-parti tal-popolazzjoni sedentarja tagħna li minkejja ħajja mgħaggla u ammont kbir ta'xogħol jgħarfu li huwa possibbli li ndaħħlu l-isports bħala parti mill-ħajja ta 'kuljum. Jien ċert jekk aktar nies jipprattikaw xiisport naraw inqas problemi relatati ma' żieda eċċessiva fil-piż, mard kardjovaskulari, kanċer u mard psikjatriku. Nemmen ukoll li l-isports jgħin ukoll biex l-individwu jersaq il-bogħod mill-vizzji tal-alkoħol, in-nikotina u d-droga" – Victor Calvagna (Triathlon) "L-esperjenza tal- Medigames kienet soddisfaċenti ħafna. Kienet opportunita li tiltaqa ma professjonisti fil-qasam tas-saħħa madwar id-dinja, f 'spirtu ta' rispett u ħbiberija" Mario Mifsud – Powerlifting. (Erba' midalji tad-deheb – powerlifting, atletika) "Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħi f 'dawn il-Logħob uniċi. Dawn il- Logħob tawni l-opportunita li nikkompeti fil-kategorija tal-veterani fil-Judo kif ukoll ngħamel ħbieb ġodda. Ċertament ser ngħamel mezz biex nikkompeti fl- edizzjonijiet li jmiss," Joseph Castillo, Judo (Medalja tad- Deheb Kategorija C – 73kgs) "Ir-regatta, mifruxa fuq jumejn kienet opportunità kbira biex jikkompetu f 'atmosferarilassata fl- ambjentsabiħ tal-port ta' Marsamxett. Ir-Royal Malta Yacht Club laqawna ħafna, u kellna appoġġ loġistiku mill-kowċis tagħhom mill- aqwa "Ivan Esposito, Sports Ambassador - Midalja tad-Deheb (Ibburdjar), Midalja tal-Fidda (Kategorija C,Judo). Uħud mill-atleti Maltin li kkompetew l-World Health and Medical Games f'pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018