Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134
Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum 17 17 I d-deċiżjoni li ħadna li Borġ in-Nadur jinfetaħ b'mod regolari bħalma jinfetħu s-siti kollha l-oħra maġġuri ta' Heritage Malta niżlet tajjeb ħafna. Niżlet tajjeb ħafna għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett Borġ in-Nadur hu sit li ftit nies jafu bih. Ngħid għalija, għad li jien min-Nofsinhar ta' Malta, qatt ma kont żort is-sit qabel dan l-aħħar u li kieku xi ħadd kellu jurini ritratt tiegħu żgur li ma kontx nagħrfu. It-tieni nett, Borġ in-Nadur hu sit ta' valur storiku. Il-fatt li dan it-tempju għandu iktar minn 4,000 sena jirrendih importanti. Għad li mhux kbir ħafna fid-daqs, żgur li tempju ta' 4,000 sena jixraqlu li jkun espost u mpoġġi għall- wiri għall-Maltin u t-turisti li jridu jżuruh. It-tielet nett, Borġ in- Nadur jifforma parti minn triangolu ta' patrimonju storiku importanti – ħdejh hemm Għar Dalam u ftit iktar 'il fuq hemm ta' Kaċċatura. Kollha siti interessanti li jixhdu l-importanza storika ta' pajjiżna bħala post li fih ġiet kull ċivilità maġġuri. Borġ in-Nadur ġie skopert 99 sena ilu minn Margaret Murray u naħseb wasal iż-żmien li fl- aħħar nagħtuh l-importanza li jixraqlu L-aħbar niżlet tajjeb ħafna mal-pubbliku ta' Birżebbuġa u tal-madwar. Ironikament kien hemm min saqsieni jekk hux se nagħmlu tinda protettiva fuq dan is-sit bħalma għamilna fis-siti ta' Ħal Tarxien u l-Qrendi. Tbissimt għax meta għamilna t-tinda fuq Ħal Tarxien kien hemm min ikkritikaha ħabba l-estetika… jidher li issa tant indraw li ngħoġbu! Dan hu biss l-ewwel pass. Irridu ntejbu l-aċċessibbilità ta' dan is-sit u l-esperjenza trid tkun ħafna isbaħ milli hi llum. Però persważ li b'rieda tajba naslu. Irridu nagħtu valur ferm u ferm iktar lill-wirt storiku li għandna għaliex dan jagħmilna pajjiż uniku b'ħafna affarijiet sbieħ. Nieħu l-opportunità li nfakkar li fit-22 ta' Lulju li ġej Għar Dalam u Borġ in-Nadur se jkunu miftuħin b'xejn għall-pubbliku li jkun irid imur u jarah. Grazzi ħafna lit-tmexxija ta' Heritage Malta li għandha daqsi għal qalbha l-ħtieġa li dawn is-siti storiċi nrodduhom lura lill-pubbliku. World Cup Jien u nikteb dan l-artiklu ma nafx ir-riżultat tal-Ingliżi mal-Isvediżi però naf kemm ġew il-Brażil mal-Belġju u naf ukoll li Franza kisbet rebħa importanti. Bħala ministru ta' pajjiż Ewropew nieħu gost meta nara pajjiżi Ewropej javvanzaw u nawgura li jkun pajjiż Ewropew li fl-aħħar tal- ġurnata jgħolli t-tazza. Fil-verità jien inżomm mat-tim Ingliż imma tant bridt dan l-aħħar li lanqas naf għadnix nikkwalifika bħala supporter jew le. Minflok nippreferi nissapportja l-plejers individwali tat-tim favorit tiegħi – Southampton FC – meta dawn jilagħbu mat-tim nazzjonali tagħhom. Minn dawn kien hemm 4 f 'din it-tazza tad-dinja – Tadiċ tas-Serbja (li fil-frattemp iddeċieda li jitlaq lis-Saints u jmur mal-Ajax), Cedric tal-Portugall (li nqalgħu), Yoshida tal-Ġappun (li nqalgħu) u Bednarek tal-Polonja (li nqalgħu). Għalhekk spiċċajt iltim kalċistikament! Fit-tim nazzjonali Ingliż m'hemm ebda plejer li jilgħab mas-Saints iżda dan l-aħħar reġgħet qisha xegħlet ġamra ta' interess anke għaliex l-aqwa erba' plejers tal-Ingliżi jilagħbu mat-Tottenham u tlieta min-nies li nirrispetta ħafna jżommu ma' dan it-tim simpatiku ta' Londra, mhux l-inqas missieri Karmenu li qatta' ħajtu kollha jsegwi lit- Tottenham. Allura, għaliex le, ddeċidejt li nibda nittama li l-Ingliżi jirbħu din il-World Cup b'rispett tal-plejers tajbin tat-Tottenham li hemm jilagħbu mat-tim Ingliż! U ngħiduha kif inhi, qas tista' ma żżommx mal-Ingliżi meta l-aqwa plejer tagħhom ikun jismu Hurricane! (Harry Kane). Mela waqt li England is leaving home (ħabba l-Brexit), jista' jkun li l-futbol will be coming home? Irrid nammetti wkoll, però, li l-Belġju din id-darba huma forza straordinarja. Tħares fejn tħares issib plejers tajbin għal wieħed tnejn – ibda mill- gowler u spiċċa b'Lukaku. Inkredibbli. Jekk ma jirbħux il-World Cup il-Belġjani nkun verament sorpriż. Imbagħad Fellaini b'dik in-naqra xagħar retro ħelu wisq… Għalhekk jien nemmen li l-Belġju huma l-favoriti imma f 'dan l-istadju se nkun qed inżomm mal-Ingliżi biex jgħollu t-tazza. Ġustizzja Ma nistax nifhem x'fettillu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jibni kampanja li ma fehemha ħadd dwar l-allegati problemi fl- amministrazzjoni tal-Qorti. Għamel press conference li ma fehemha ħadd u beda jwaddab bl-addoċċ mingħajr ma kellu l-fatti quddiemu. Ħa nipprova nispjega x'ġara u ma ġarax. Ftit tal-jiem ilu ġie senjalat li kien hemm drogi f 'żewġ każijiet separati li ma nstabux fil-Qorti. Immedjatament l-Avukat Ġenerali talab li ssir inkjesta u l-Maġistrat Donatello Frendo Dimech mexxiet bla dewmien b'inkjesta fuq iż-żewġ każijiet. Se nkun f 'pożizzjoni li nikkummenta hekk kif tintemm l-inkjesta però fil-ġurnali ġie rrapportat li f 'għallinqas każ minnhom kien hemm żball li sar fl-2004 li bih droga f 'każ minnhom ġiet imniżżla ħażin u allura tpoġġiet fit-taqsima tal- istrongroom li mhijiex dik tad-drogi. Issa kif il-Ministru tas-sena 2018 għandu jirrispondi għal żball li sar fi żmien Ministru tal-2004 xi ħadd irid jispjegali, però kif għidt se nkun f 'pożizzjoni li nikkummenta hekk kif titlesta l-inkjesta. Fl-istess jiem tressqu l-Qorti żewġ impjegati tal-Qorti akkużati li fl-2017 provaw jaħbu proċess u jagħmlu affarijiet li jxekkel il-ġustizzja. M'iniex se nikkummenta għaliex dawn iż-żewġ persuni għandhom dritt għall- preżunzjoni tal-innoċenza u dritt għal smigħ xieraq. Biss, irrid ngħid li lura fl- 2017 konna ħriġna stqarrija fejn konna għidna li żewġ impjegati qed jiġu investigati minħabba allegat għemil illegali. Allura kif Adrian Delia prova jgħid li dawn it-tnejn wettqu xi ħaġa ħażina issa u kif Adrian Delia prova jgħid li l-Gvern ħeba (meta ħabbarnieha lura fl-2017) nixtieq nifhem. Naħseb il-vera każ li Adrian Delia tant għandu taħwid fi ħdan il-Partit tiegħu li qed jipprova jiddevja l-attenzjoni. Intant naħseb ikun aħjar jekk jispjegalna ftit x'inhi din l-idea li Eddie Fenech Adami jitneħħa minn membru bil- vot fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PN. Nassigurah li din kienet deċiżjoni li inforjat ħafna Nazzjonalisti ġenwini u persuni oħra li għad li mhumiex Nazzjonalisti jirrispettaw dak li għamel Eddie Fenech Adami għall- pajjiż. Consuelo Scerri Herrera L-Imħallef Scerri Herrera din il-ġimgħa mistennija tagħmel id-diskors tagħha fl- okkażjoni tal-ewwel seduta. Informat li l-Imħallef Scerri Herrera beħsiebha tgħaddas rasha fix-xogħol u taqta' kemm tiflaħ kawżi biex il-Qorti tal-Appelli Kriminali (Sede Inferjuri) li bħalissa għandha backlog ta' 1,000 (anke minħabba irtirar ta' numru ta' mħallfin fil-Qrati Kriminali li saru riċentement) tiġi mingħajr backlog. M'għandix dubju li se jirnexxilha f 'din il-missjoni mill-iktar ambizzjuża għaliex l-Imħallef Scerri Herrera hija effiċjenti, tajba u bħala Maġistrat ma ħalliet ebda backlog warajha. Awguri mill-qalb. Opinjoni OWEN BONNICI Naħseb ikun aħjar jekk Adrian Delia jispjegalna ftit x'inhi din l-idea li Eddie Fenech Adami jitneħħa minn membru bil-vot fl- Eżekuttiv Nazzjonali tal-PN. Borġ in-Nadur Borġ in-Nadur hu sit ta' valur storiku. Il-fatt li dan it-tempju għandu iktar minn 4,000 sena jirrendih importanti. Għad li mhux kbir ħafna fid-daqs, żgur li tempju ta' 4,000 sena jixraqlu li jkun espost u mpoġġi għall-wiri